Navigation path
Left navigation
Additional tools
![]() IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa Konsulenti esperti nisa biex jgħinu lill-imprendituri nisa jibdew in-negozju tagħhom Brussell, il-15 ta’ Novembru 2011. Illum, il-Kummissjoni Ewropea nediet netwerk Ewropew ġdid ta' konsulenti esperti għall-promozzjoni tal-intraprenditorija fost in-nisa permezz tal-kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-għarfien. In-nisa jammontaw biss għal 34.4 % ta' dawk li jaħdmu għal rashom fl-Ewropa. Sabiex dan il-perċentwal jiżdied, imprendituri nisa ta' suċċess se jkunu qegħdin jgħinu lil nisa imprendituri li waqqfu impriża ġdida bejn sentejn u erba’ snin ilu. Dawn il-konsulenti esperti se jkunu qegħdin jagħtu pariri konkreti lill dawn l-imprendituri l-ġodda fuq kif imexxu u jespandu l-impriżi tagħhom matul din il-fażi bikrija u kritika tan-negozji kif ukoll jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet personali utli għall-ħajja professjonali u jiggwidawhom. Dan in-netwerk se jkopri 17-il pajjiż Ewropew; Se jieħdu sehem 170 konsulent espert. L-intraprenditorja tikkumplementa sew l-għażliet tal-ħajja tan-nisa, b'mod partikolari, għaliex tagħtihom il-flessibilità li jlaqqgħu l-ħajja privata ma' dik professjonali, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħin u l-post tax-xogħol. Barra minn hekk, minħabba l-kriżi ekonomika, ħafna nisa li sfaw bla xogħol jistgħu jużaw il-ħiliet u l-għarfien tagħom, iwaqqfu -kumpanija tagħhom u joħolqu x-xogħol tagħhom huma stess. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani, responsabbli għall-Industrija u l-Intraprenditorija, stqarr: "Huwa ċar li l-kreattività u l-potenzjal intraprenditorjali tan-nisa huwa s-sors l-inqas sfruttat tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi l-ġodda li għandu jkompli jiġu żviluppat fl-Ewropa. F'dan iż-żmien ta' kriżi ma nistgħux naffordjaw li ninjoraw potenzjal bħal dan Il-fatt li jkollna aktar nisa imprendituri se jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-mara mil-lat ekonomiku u se jsarraf fi tkabbir." Għal aktar tagħrif: http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/promoting-entrepreneurship/women/index_en.htm Sfond L-għażla tal-konsulenti esperti Il-konsulenti esperti se jiġu magħżula minn fost imprendituri nisa (jew irġiel) li għandhom esperjenza personali ta' suċċess bħala sidien jew maniġers ta' SME, għal minn tal-inqas ħames snin u li jafu x'inhuma l-isfidi speċifiċi li n-nisa imprendituri jħabbtu wiċċhom magħhom, li huma lesti u għandom ir-rieda li jaqsmu l-għarfien tagħhom u dak li jafu ma' dawn l-imprendituri l-ġodda fuq bażi volontarja (jiġifieri, mingħajr ħlas), li għandhom iċ-ċans jiltaqgħu magħhom b'mod regolari matul minimu ta' sena u li huma lesti li jiggwidaw mill-inqas żewġ imprendituri ġodda. Il-konsulenti esperti għandhom jiltaqgħu mal-imprendituri l-ġodda li jkunu qed jiggwidaw regolarment u jiddiskutu magħhom kemm il-kwistjonijiet kurrenti kif ukoll dawk strateġiċi tat-tmexxija tal-kumpaniji tal-imprendituri l-ġodda, sabiex jgħinuhom jibnu / jiksbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kunfidenza/attitudnijiet meħtieġa. Sabiex jiġu evitati kwalunkwe kunflitti tal-interess, il-konsulenti esperti ma jistgħux jieħdu interess ekonomiku fil-kumpaniji tal-imprendituri li huma jkunu qegħdin jiggwidaw Il-potenzjal tal-imprendituri nisa fil-ħolqien ta' tkabbir ekonomiku u ta' impjiegi ġodda:
L-intraprenditorija femminili hija differenti minn dik maskili u għaldaqstant hemm bżonn ta' miżuri ta' appoġġ speċifiċi għan-nisa:
In-Netwerk Ewropew tal-Konsulenti Espeti għall-Imprendituri Nisa hija waħda mill-azzjonijiet proposti fir-Reviżjoni tal-2011 tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar. Dan se jkopri 17-il pajjiż (l-Albanija, il-Belġju, Ċipru, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Montenegro, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija, is-Serbja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, it-Turkija u r-Renju Unit).
|
Side Bar