Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tadotta Programm ta’ Ħidma għall-2012 għal tiġdid Ewropew

Commission Européenne - IP/11/1344   15/11/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tadotta Programm ta’ Ħidma għall-2012 għal tiġdid Ewropew

Brussell, il-15 ta’ Novembru 2011 – Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat Programm ta’ Ħidma għas-sena d-dieħla, "It-Twettiq tat-Tiġdid Ewropew". Il-Programm jistipula kif il-Kummissjoni se tibni fuq sett ambizjuż ta’ proposti sabiex tirrispondi għall-kriżi ekonomika b’aktar miżuri mħejjija għas-sena d-dieħla. Huwa jaqleb il-prijoritajiet politiċi identifikati mill-President Barroso fid-diskors tal-Istat tal-Unjoni1 f'azzjonijiet konkreti għas-sena d-dieħla.

Il-programm jenfasizza li s-sena d-dieħla għandha tingħata attenzjoni sinifikanti sabiex jiġu mwettqa l-proposti diġà adottati jew ppjanati fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn jinkludu miżuri fuq l-ekonomija, is-Suq Uniku, u l-firxa wiesgħa ta’ proposti li bħalissa qed jitressqu dwar programmi ta' nfiq sabiex imexxu ‘l quddiem ir-riforma u t-tiġdid. Proposti ġodda se jibnu fuq dan il-programm sabiex jissaħħaħ l-isforz għal tkabbir li joħloq ix-xogħol.

Il-President Barroso qal, "Fid-Diskors tiegħi dwar l-Istat tal-Unjoni, sejjaħt għal tiġdid Ewropew. L-ogħla prijorità hi li l-pakkett ambizzjuż ta’ proposti jiġi adottat u implimentat malajr sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-ekonomija Ewropea. Il-programm dwar il-ħidma tal-Kummissjoni imur aktar lil hinn u jikkonċentra fuq miżuri li jappoġġjaw il-possibilitajiet kollha sabiex jiġu megħluba il-prospetti ekonomiċi attwali diffiċli.

Il-prijoritajiet ewlenin matul it-12-il xahar li ġejjin jinkludu:

Il-bini ta' Ewropa ta' stabbiltà u ta' responsabbiltà

It-tlestija tar-riforma tas-settur finanzjarju fl-2012 hija waħda mill-għanijiet ewlenin tal-programm, b'enfasi fuq il-protezzjoni tal-investitur. Il-Kummissjoni ser tieħu passi wkoll sabiex tipproteġi d-dħul pubbliku f’oqsma bħar-rifuġji fiskali u l-frodi tal-VAT.

Il-bini ta' Unjoni ta’ tkabbir u ta’ solidarjetà

Ħekk kif is-Suq Uniku qed joqrob lejn l-20 sena minn għeluq sninu, jibqa’ l-iktar mezz importanti għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-sena d-dieħla se ssir enfasi partikolari fuq it-tħaddim aħjar tas-suq uniku diġitali, biex tingħata kunfidenza lill-konsumaturi u lill-operaturi waqt tranżazzjonijiet online. Aġenda tal-Konsumatur komprensiva se tkompli tistabbilixxi aktar passi sabiex tgħin lill-konsumaturi jużaw bl-aħjar mod is-Suq Uniku.

Miżuri oħra se jiffukaw li jħeġġu l-irkupru rikk fl-impjiegi, u li jissukktaw fil-formazzjoni ta’ ekonomija sostenibbli fit-tul. Dan se jinkludi miżuri dwar il-pensjonijiet, dwar l-emissjonijiet tal-vetturi, u fuq il-provvisti tal-ilma.

L-għoti ta' leħen effettiv lill-UE fid-dinja kollha

L-irkupru ekonomiku tal-UE u l-firxa politika tagħha jiddependu minn UE magħquda bħala l-aħjar pjattaforma biex tħares u tippromwovi l-interessi u l-valuri tagħna. Barra milli tippromwovi firxa wiesgħa ta’ ftehimiet kummerċjali, l-UE se tkompli toffri l-appoġġ għall-iżvilupp paċifiku u prosperuż fin-Nofsinhar tal-Mediterran.

F’dawn l-oqsma kollha, il-Programmi ta' Ħidma jenfasizzaw l-ħtieġa għall-UE sabiex tkun magħquda, u biex taħdem flimkien sabiex tiżgura li l-proposti u l-ideat jiġu tradotti f'liġijiet u implimentati fil-prattika tas-sitwazzjoni reali.

Sfond

Id-diskors tal-President dwar l-Istat tal-Unjoni fi tmiem Settembru 2011 nieda dibattitu dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni għas-sena li ġejja. Il-programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni jieħu kont ta’ dawn l-iskambji u jissuġġerixxi azzjonijiet konkreti għall-2012 u lil hinn.

Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni huwa akkumpanjat minn tliet annessi:

  • - lista ta’ 129 inizjattiva2 li l-Kummissjoni bi ħsiebha twettaq fl-2012, u inizjattivi oħra possibbli li se tikkunsidra sat-tmiem tal-mandat (anness 1).

  • - lista ta’inizjattivi ta’ simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv (anness II) u lista ta’ inizjattivi pendenti li għandhom propost l-irtirar (anness III).

Il-Kummissjoni issa se taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif ukoll mal-partijiet interessati, inklużi l-Parlamenti nazzjonali, sabiex tiżgura appartenenza wiesgħa kemm tal-prijoritajiet politiċi kif ukoll tal-inizzjattivi individwali.

Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2012 jinstab:

http://ec.europa.eu/atwork/programmes/index_en.htm

Contacts :

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Mark Gray (+32 2 298 86 44)

1 :

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/president/state-union-2011/index_en.htm

2 :

Pjani ta’ direzzjoni għall-inizjattivi individwali previsti għall-2012 jinstabu: http://ec.europa.eu/governance/impact/planned_ia/roadmaps_2012_en.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site