Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-UE tilqa' l-konklużjoni tan-negozjati dwar l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO

Commission Européenne - IP/11/1334   10/11/2011

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

L-UE tilqa' l-konklużjoni tan-negozjati dwar l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO

Brussell, l-10 ta' Novembru 2011 – l-UE, illum laqgħat il-konklużjoni tan-negozjati tal-adeżjoni tar-Russja mad-WTO. L-approvazzjoni unanima tal-lum min-naħa tal-Membri tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO twassal għal tmiem dan il-proċess ta' 18-il sena u twitti t-triq biex jiġu fformalizzati r-riżultati ta' dawn in-negozjati mill-Membri kollha tad-WTO. L-UE issa qed tħares 'il-quddiem għall-approvazzjoni unamanima politika tal-adeżjoni tar-Russja mad-WTO fit-tmien Konferenza Ministerjali tad-WTO fil-15-17 ta' Diċembru ta' din is-sena.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ, Karel De Gucht, laqa' l-aħbarijiet b'dan: "Qed nieħu pjaċir li r-Russja issa hija lesta biex tingħaqad mad-WTO. Dan huwa pass importanti għall-iżvilupp ekonomiku tar-Russja u għas-sistema multilaterali tal-kummerċ. Jien ninsab kuntent ukoll b'dan li nkiseb illum billi l-Ewropa kellha rwol kritiku biex tiżgura li din il-mira ta' żmien twil fl-aħħar ntlaħqet. Issa qed inħares 'il quddiem lejn il-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Diċembru biex napprova b'mod formali l-adeżjoni tar-Russja għall-Isħubija mad-WTO.

L-UE tirrikonoxxi l-isforzi kbar tal-Federazzjoni Russa kif ukoll tal-isħab tagħha fin-negozjati biex isibu s-soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet l-iktar diffiċli, li ġew riżolti f'dawn l-aħħar ġimgħat u jiem. L-UE apprezzat ukoll id-determinazzjoni tal-Gorġja u tar-Russja biex tintlaħaq riżoluzzjoni fil-waqt għall-kwistjonijiet bilaterali sensittivi tagħhom, u aħna nilqgħu bil-ħerqa l-isforzi tal-Gvern tal-Isvezja għar-rwol strumentali tagħhom f'dan ir-rigward.

L-adeżjoni tar-Russja mad-WTO hija sinifikanti kemm minn perspettiva multilaterali kif ukoll minn waħda bilaterali. Ir-Russja, kif ukoll l-isħab kummerċjali tagħha se jibbenefikaw mill-integrazzjoni tar-Russja fis-sistema globali, bbażata fuq ir-regoli tar-relazzjonijiet kummerċjali. L-adeżjoni tar-Russja mad-WTO hija importanti b'mod speċjali fir-rigward tal-UE, l-ikbar imsieħba kummerċjali tar-Russja. Aħna konvinti li dan il-pass se jagħti spinta kbira lill-iżvilupp iktar fil-fond tar-relazzjoni ekonomika tagħna L-isħubija tar-Russja mad-WTO se tkun ukoll pass importanti biex tissaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika bilaterali, ukoll permezz tal-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Ftehim il-Ġdid.

Sfond

Il-benefiċċji għall-UE li r-Russja tingħaqad mad-WTO:

Jinfetħu opportunitajiet fis-suq tar-Russja għall-investituri u l-esportaturi tal-UE. It-tariffi ta' importazzjoni tar-Russja jitnaqqsu u jkun hemm limitu fuq il-livell tad-dazju ta' importazzjoni għal-lista ta' materjali primi essenzjali.

L-adeżjoni mad-WTO għandha ssaħħaħ in-negozju u l-klima ta' investiment globali. Ir-Russja għandha tadotta l-istandards ta' prodotti internazzjonali u r-regoli tad-WTO f'għadd ta' oqsma bħal proċeduri doganali, il-proprjetà intellettwali u l-liċenzjar.

L-adeżjoni u r-riformi ekonomiċi li jsegwu għandhom jgħinu biex l-ekonomija tar-Russja issir iktar trasparenti u iktar prevedibbli. Dan joħloq inċentiv b'saħħtu għal kumpaniji barranin biex jixprunaw l-investimenti tagħhom fl-ekonomija Russa – fis-setturi kollha.

Id-dħul tar-Russja fid-WTO se jkollu valur stmat ta' EUR 3 900 miljun għall-Unjoni Ewropea.

Il-kummerċ tal-UE mar-Russja u ċ-ċifri

Ir-Russja hija t-tielet l-ikbar sieħba kummerċjali wara l-Istati Uniti u ċ-Ċina b'sehem ta' 8.6 % tal-kummerċ tal-UE fl-2010.

L-UE hija l-ikbar imsieħba tar-Russja b'sehem ta' 45.8 % tas-sehem globali tagħha fl-2010. Il-kummerċ totali mar-Russja ammonta għal EUR 244 biljun fl-2010, meta mqabbel ma EUR 183 biljun fl-2009. L-importazzjonijiet mir-Russja żdiedu b'31.4 % fl-2010, u l-esportazzjonijiet mill-UE għar-Russja telgħu bi 38.2 %.

L-UE hija bil-bosta l-iktar investitur importanti fir-Russja. Huwa stmat li iktar minn 75 % tas-sehem ta' investiment jiġi mill-UE.

Links utli:

Dwar relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mar-Russja:

http://ec.europa.eu/trade/creating-opportunities/bilateral-relations/countries/russia/

Dikjarazzjoni mill-President Barroso dwar il-konklużjoni ta' ftehim bilaterali bejn il-Ġorġja u r-Russja dwar l-adeżjoni tar-Russja għall-Organizzazzjoni Dinijija tal-Kummerċ (WTO), 3 ta' Novembru 2011

MEMO/11/759

Contacts :

John Clancy (+32 2 295 37 73)

Helene Banner (+32 2 295 24 07)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site