Navigation path

Left navigation

Additional tools

IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Karta l-ħamra. Il-vjolenza u l-intolleranza fl-isport fil-mira tal-UE

Brussell, it-8 ta' Novembru 2011 - Il-Kummissjoni Ewropea tat somom ta' flus bħala appoġġ għal inizjattivi li għandhom fil-mira l-problema tal-vjolenza u l-intolleranza fl-isport, u għat-tisħiħ tal-mod kif jitmexxa l-isport fl-Ewropa. Tnax-il proġett transnazzjonali irċevew għotjiet b'medda ta' bejn EUR 125 000 sa EUR 200 000 (dettalji hawn taħt) bħala parti minn pakkett ta' 'azzjonijiet ta' tħejjija' maħsuba biex ilestu t-triq għat-tnedija ta' subprogramm tal-UE għall-isport, li fost l-oħrajn se jagħti appoġġ għal kampanji fil-livell lokali li jippromwovu l-attività fiżika, l-inklużjoni soċjali permezz tal-isport, u l-ġlieda kontra d-droga fl-isport.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, qalet: "L-appoġġ fil-livell lokali tal-isport huwa wieħed mill-prijoritajiet tiegħi. Mingħajr il-fondi tal-UE ħafna inizjattivi sportivi prezzjużi ma jibdew qatt. Jiena kuntenta ħafna li dawn it-12-il-proġett qed jirċievu l-fondi tal-UE u nixtieqilhom ħafna suċċess."

Sfond: Il-proġetti ffinanzjati bis-saħħa ta' "l-Azzjonijiet ta' Tħejjija" tal-2011

L-appoġġ tal-UE jkopri żewġ temi:

a) Il-prevenzjoni tal-vjolenza u l-intolleranza fl-isport u l-ġlieda kontra tagħhom: Il-proġetti magħżula f'dan il-qasam jappoġġaw netwerks transnazzjonali innovattivi li jikkonċentraw fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni. Il-finanzjament jappoġġa l-iskambju ta' prassi tajba bejn is-settur tal-isport, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-organizzazzjonijiet tal-partitarji, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-awtoritajiet nazzjonali u lokali bl-għan li jinġieb 'il quddiem ir-rispett għall-valuri Ewropej fondamentali fl-isport.

Il-proġetti ffinanzjati huma:

Titlu

ELYS - Educational LABs for European Young Supporters

Objettivi

Is-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-ġlieda kontra l-vjolenza fl-isport

Organizzazzjoni ewlenija

Kumitat Reġjonali għal-Lombardija tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali Taljan

Pajjiżi involuti

EL, ES, IE, IT, NL, NO, PT, RO, UK

Għotja

EUR 200 000

Titlu

Prevenzjoni tal-vjolenza sesswali fl-isport

Objettivi

Il-ħolqien ta' netwerk ta' esperti u organizzazzjonijiet għall-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali fl-isport

Organizzazzjoni ewlenija

Deutsche Sportjugend im Deutschen Olympischen Sportbund e.V.

Pajjiżi involuti

DE, GR, NO, UK, CZ, ES, CY, DK, BE, SI

Għotja

€200,000

Titlu

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-vjolenza u l-intolleranza omofobika fl-isport – Il-Kburija fl-Isport

Objettivi

L-iżvilupp ta' netwerk fil-ġlieda kontra l-omofobija fl-isport

Organizzazzjoni ewlenija

European Gay & Lesbian Sport Federation

Pajjiżi involuti

DE, FR, HU, SL, UK, Organizzazzjoni mal-Ewropa kollha

Għotja1

EUR 160 000

Titlu

Għall-Partitarji - Prevenzjoni permezz ta' awtorizzazzjoni

Objettivi

L-iżvilupp ta' miżuri għall-indirizzar tal-vjolenza u r-razzizmu marbuta mal-futboll permezz ta' skemi preventivi msejsa fuq il-partitarji madwar l-Ewropa

Organizzazzjoni ewlenija

Fonds Wiener Institut für internationalen Dialog und Zusammenarbeit

Pajjiżi involuti

AT, CZ, IE, UK, DE, NL, Organizzazzjonijiet mal-Ewropa kollha

Għotja1

EUR 200 000

b) Il-promozzjoni ta' approċċi innovattivi għat-tisħiħ tal-organizzazzjoni tal-isport fl-Ewropa: Il-governanza tajba hija prekundizzjoni għall-awtonomija u l-awtoregolamentazzjoni tal-organizzazzjonijiet sportivi. L-iffinanzjar jappoġġa netwerks transnazzjonali li għandhom l-għan li jiżviluppaw dimensjoni Ewropea fl-isport. Dawn in-netwerks ifittxu wkoll li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva tal-organizzazzjonijiet sportivi u li jżidu l-livell kompetittiv tal-isport fl-Ewropa.

Il-proġetti ffinanzjati huma:

Titlu

Sport 4 Good Governance (S4G)

Objettivi

Appoġġ u gwida għal governanza tajba fl-organizzazzjonijiet sportivi

Organizzazzjoni ewlenija

Uffiċċju tal-UE tal-Kumitati Olimpiċi Ewropej

Pajjiżi involuti

BE, CR, CY, DE, DK, EE, HR, IT, NL, SI, CH, organizzazzjoni mal-Ewropa kollha

Għotja1

EUR 200 000

Titlu

Governanza tajba fl-isport fil-livell lokali

Objettivi

Iż-żieda tal-kapaċità organizzattiva

Organizzazzjoni ewlenija

Assoċjazzjoni Internazzjonali Sport u Kultura

Pajjiżi involuti

CZ, DE, DK, EE, ES, FR, IT, IE, RO, UK, organizzazzjoni mal-Ewropa kollha

Għotja

EUR 200 000

Titlu

L-iżvilupp ulterjuri ta' netwerk ikkoordinat għall-ikkowjċar fl-isport fl-Ewropa (CoachNet)

Objettivi

It-twaqqif ta' sistema ta' koordinazzjoni għat-titjib tal-ikkowċjar fl-isport

Organizzazzjoni ewlenija

Leeds Metropolitan University

Pajjiżi involuti

DE, ES, FI, FR, HU, IE, NL, PT

Għotja1

EUR 200 000

Titlu

Proġett Fondazzjoni għall-Governanza tal-Lig Ewropew tar-Rugby

Objettivi

L-iżvilupp ta' dimensjoni Ewropea fil-Lig tar-Rugby

Organizzazzjoni ewlenija

Rugby League European Federation

Pajjiżi involuti

CZ, DE, FR, IE, IT, LV, NL, SE, UK

Għotja1

EUR 100 000

Titlu

Titjib tal-governanza tal-futboll permezz tal-involviment tal-partitarji u l-parteċipazzjoni tan-nies tal-komunità.

Objettivi

It-tisħiħ tal-identifikazzjoni tal-partitarji mal-klabb

Organizzazzjoni ewlenija

Supporters Direct

Pajjiżi involuti

BE, DE, ES, FR, IT, PT, SE, UK

Għotja1

EUR 200 000

Titlu

Better Boards, Stronger Sport

Objettivi

Il-promozzjoni tal-kumitati ta' tmexxija fl-organizzazzjonijiet sportivi

Organizzazzjoni ewlenija

Sport and Recreation Alliance

Pajjiżi involuti

EE, FI, HU,IE, PL u netwerks tal-isport transnazzjonali

Għotja1

EUR 125 000

Titlu

Azzjoni għal Governanza Tajba fl-organizzazzjonijiet Sportivi Internazzjonali

Objettivi

L-identifikazzjoni ta' linji gwida u soluzzjonijiet possibbli għat-titjib tal-governanza tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej tal-isport

Organizzazzjoni ewlenija

Danish Institute for Sports Studies / Play the Game

Pajjiżi involuti

BE, CH, DE, DK, NL, SI, UK

Għotja1

EUR 200 000

Titlu

European ABC (Academy for Billiard Champions) on the way to Sport Excellence

Objettivi

It-titjib tal-kapaċità organizzattiva u istituzzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-biljard

Organizzazzjoni ewlenija

Bulgarian Billiard Federation

Pajjiżi involuti

BG, CZ, PL, RO, SI

Għotja1

EUR 30 000

1 Ammonti għad-dritt

Ir-rwol tal-UE fl-isport

Ir-rwol tal-UE huwa li tappoġġa, tissupplimenta u tikkoordina l-azzjonijiet mill-Istati Membri u li tiżviluppa dimensjoni Ewropea fl-isport. Skont l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funsjonament tal-Unjoni Ewropea, l-UE għandha " tikkontribwixxi għat-tmexxija 'l quddiem tal-kwistjonijiet Ewropej tal-Isports, waqt li tieħu in kunsiderazzjoni n-natura speċifika tiegħu, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq il-volontarjat u l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu…[l-azzjoni tal-UE] għanda tkun immirata lejn l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, billi tkun promossa l-ġustizzja u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-koperazzjoni bejn il-korpi responsabbli mill-isport, u billi tkun protetta l-integrità fiżika u morali tal-isportivi, speċjalment ta' dawk l-aktar żgħażagħ fosthom".

Is-subprogramm tal-isport propost mill-UE se jkun parti minn programm usa' li jappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ ('Erasmus għal Kulħadd), li għandu jkun adottat mill-Kummissjoni aktar tard dan ix-xhar. Il-Kummissjoni pproponiet is-somma ta' EUR 15.2 biljuni f'fondi għall-programm Erasmus għal Kulħadd bejn l-2014 u l-2010 (ara IP/11/857).

Għal aktar tagħrif:

Il-Websajt ta' Androulla Vassiliou

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/vassiliou/index_en.htm

Il-Websajt tal-isport

http://ec.europa.eu/sport/index_en.htm

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website