Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob għal rispons iżjed qawwi min-naħa tal-UE sabiex tiġġieled kontra d-drogi sintetiċi ġodda

Strasburgu, 25 ta’ Ottubru 2011 – Il-Kummissjoni Ewropea illum tat spinta ġdida lill-politika ta' kontra d-droga billi ħabbret bidla radikali tar-regoli tal-UE fil-ġlieda kontra d-drogi llegali, b’mod partikolari s-sustanzi psikoattivi l-ġodda, li jimitaw l-effetti tad-drogi perikolużi bħall-ecstasy jew il-kokaina u huma problema li qed tikber dejjem aktar. Fl-2010, L-UE identifikat numru rekord ta’ 41 sustanza ta’ dan it-tip b'24 aktar mis-sena ta' qabel. Dawn id-drogi qed ikunu dejjem aktar disponibbli fuq l-internet u nfirxu malajr f’ħafna Stati Membri, li qed ikollhom diffikultà biex iwaqqfuhom milli jinbiegħu. Iżjed drogi ġodda qed jidħlu fis-suq. Matul dawn l-aħħar snin, kull ġimgħa faqqset sustanza ġdida. L-Istati Membri ma jistgħux iwaqqfu l-firxa tad-droga waħedhom: infurzar strett fuq il-livell nazzjonali jista' sempliċement iġiegħlu lill-kriminali jitrasferixxu l-produzzjoni tad-droga għall-pajjiżi ġirien jew ibiddlu r-rotot tat-traffikar. Bit-Trattat ta’ Lisbona fis-seħħ, l-UE għandha għodod ġodda biex tindirizza l-flaġell tad-drogi. Matul ix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni ser tiżviluppa regoli eħrex u iżjed ċari li jittrattaw id-drogi ġodda u t-traffikar – kemm tad-drogi llegali u l-kimiċi użati biex jagħmluhom.

“Drogi ġodda sintetiċi qed jsiru disponibbli fil-wisgħa b’rata mgħaġġla bħal qatt qabel fl-Ewropa. Barra minn hekk, it-traffikar tad-droga sar wieħed mill-iżjed reati transkonfinali importanti mwettqa fl-Unjoni Ewropea” qalet il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja Viviane Reding. “Ir-rispons tal-Ewropa kontra d-drogi irid ikun wieħed qawwi u deċisiv. Għalhekk għandna bżonn ta’ azzjoni mifthiema fuq livell tal-UE sabiex inwaqqfu l-provvista tad-drogi u nnaqqsu d-domanda, inkluż permezz ta' sanzjonijiet kriminali li huma ta' deterrent. Hemm bżonn ta' regoli effettivi mingħajr lakuni sabiex b’mod partikolari ż-żgħażagħ ma jaqgħux fin-nassa li jużaw drogi perikolużi, li huma ta’ theddida prinċipali għas-saħħa u l-benessri tagħhom.”

Skont stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru, d-drogi sintetiċi ġodda, li jistgħu jkunu perikolużi daqs is-sustanzi projbiti qed ikunu dejjem aktar popolari b’ 5% taż-żgħażagħ Ewropej jgħidu li użawhom. Iċ-ċifri huma l-ogħla fl-Irlanda (16%), segwita mill-Polonja (9%), il-Latvja (9%), ir-Renju Unit (8%) u l-Lussemburgu (7%). L-istħarriġ juri li madwar is-27 Stati Membri kollha, il-maġġoranza l-kbira ta’ dawk bejn il-15 u l-24 sena huma favur il-projbizzjoni ta’ dawn is-sustanzi.

Biex jindirizzaw din it-theddida li qed tikber dejjem aktar, il-Kummissjoni ressqet approċċ ġdid għal rispons Ewropew aktar qawwi li jinkludi:

  • Leġiżlazzjoni tal-UE iżjed ħarxa fuq sustanzi psikoattivi ġodda ħalli b’hekk l-UE tista’ tieħu azzjoni iżjed malajr, inkluża l-possibililtà ta' projbizzjoni temporanja kif ukoll tittratta l-bejgħ tagħhom fuq l-internet;

  • Leġiżlazzjoni tal-UE ġdida li tiffoka fuq t-traffikar transkonfinali tad-drogi permezz ta’ liġi kriminali: il-Kummissjoni ser ittejjeb id-definizzjoni tal-kunċetti ta' reati kriminali u sanzjonijiet u ser tintroduċi obbligazzjonijiet ta’ rappurtaġġ eħrex għall-Istati Membri;

  • Liġijiet tal-UE ġodda sabiex isaħħu l-kontroll fuq il-kimiċi użati fil-produzzjoni tad-drogi;

  • Regoli iżjed effettivi sabiex iċaħħdu lit-traffikanti tad-droga mill-gwadanji finanzjarji tagħhom: fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kummissjoni ser tipproponi regoli dwar il-konfiska u l-irkupru ta’ assi involuti f'reati serji, inkluż it-traffikar tad-droga;

  • Iżjed kooperazzjoni fuq livell internazzjonali, speċjalment mal-pajjiżi ta’ tranżizzjoni u produzzjoni barra mill-UE, kif ukoll mal-pajjiżi meqjusa bħala punt tad-dħul prinċipali għad-droga fl-Ewropa.

Il-kuntest

Strumenti legali tal-UE fil-politika ta’ kontra d-droga, b’mod partikolari dwar it-traffikar tad-droga u l-kontroll ta’ kimiċi użati biex jagħmlu d-drogi, kif ukoll id-dħul ta’ sustanzi psikoattivi, data mill-2004 u l-2005 (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/757/JHA u 2005/387/JHA). Dawn ir-regoli jeħtieġu issa li jiġu aġġornati minħabba tibdil reċenti fil-mod kif id-drogi qed jiġu ttraffikati u l-ħruġ ta' drogi ġodda.

Bit-Trattat ta’ Lisbona fis-seħħ, ir-rispons tal-Ewropej għad-drogi jista' jkun iżjed qawwi u aktar deċisiv. It-Trattat jiddeskrivi t-traffikar tad-drogi bħala wieħed mir-“reati partikolarment serji b’dimensjoni transkonfinali” li jippermetti l-adozzjoni ta’ direttivi li jistabilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni tal-kunċetti ta' reati kriminali u ta' sanzjonijiet (Artikolu 83 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Leġiżlazzjoni ġdida li tinvolvi l-Parlament Ewropew, u implimentata mill-Istati Membri, ser tkun soġġetta għal skrutinju mill-Kummissjoni u fl-aħħar nett mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Il-ġlieda kontra t-traffikar u l-abbuż tad-drogi llegali teħtieġ approċċ integrat u koerenti li jiġbor flimkien il-politiki tas-saħħa pubblika, soċjali u l-edukazzjoni kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni internazzjonali.

Talanqas 75.5 miljun Ewropew qalu li użaw il-kannabis mill-inqas darba f’ħajjithom, filwaqt li l-kokaina u l-amfetamini ġew ippruvati minn 14-il miljun u 12-il miljun persuna rispettivament. Stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru dwar l-attitudni taż-żgħażaġħ lejn id-drogi juri u jikkonferma li wieħed minn tlett ġuvintur żgħażagħ (32%) stqarrew li użaw il-kannabis talanqas darba f’ħajjithom imqabbla ma waħda minn ħames tfajliet żgħażagħ (20%). 57% ta’ dawk li rrispondew jemmnu li jistgħu jiksbu l-kannabis faċilment fi żmien 24 siegħa, filwaqt li 22% qalu l-istess ħaġa għall-ecstasy u l-kokaina.

Daħlu diversi mezzi fis-seħħ madwar l-Ewropa sabiex inaqqsu d-domanda għad-drogi u l-konsegwenzi tal-abbuż tad-drogi. Madankollu, għadhom jeżistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni ser twieġeb għall-ħtieġa li jiġu estiżi u mtejba s-servizzi relatati mad-droga billi tiżviluppa għodod ġodda sabiex ittejjeb l-istandards tal-kwalità għall-prevenzjoni tad-droga, it-trattament għaliha u t-trattamenti li jnaqssu l-ħsara.

Huwa importanti d-djalogu kontinwu ma’ pajjiżi terzi sabiex jinkisbu riżultati konkreti fit-tnaqqis tal-użu tad-drogi llegali u fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. L-UE ser tikkonsolida l-assistenza esterna tagħha u l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali mar-reġjuni kruċjali tad-dinja (bħal-Amerika Latina, il-pajjiżi tal-Karibew u dawk Afrikani, l-Istati Uniti, u l-Federazzjoni Russa).

Għal aktar informazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea – il-politika ta’ kontra d-droga

http://ec.europa.eu/justice/anti-drugs/index_mt.htm

Il-paġna ewlenija fuq l-internet tal-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding

ANNEX

Stronger EU action to tackle Europe's drug problem

In the next two years, the Commission will present:

  • a drugs legislative package, proposing the revision of the Framework Decision on drug trafficking and of the Council Decision on new psychoactive substances;

  • legislative proposals on drug precursors;

  • legislative proposals on fighting organised crime, including drug trafficking, through confiscation and asset recovery, and new measures against money laundering;

  • indicators to monitor drug supply, drug-related crime and drug-supply reduction to help improve the effectiveness of supply-reduction interventions;

  • minimum quality standards to improve drug prevention, treatment and harm-reduction services.

 

Contacts:

Matthew Newman (+32 2 296 24 06)

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website