Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Fehmiet konverġenti dwar elementi ewlenin tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 bħala riżultat tal-konferenza ta' livell għoli fi Brussell

Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011 – Il-konferenza ta’ livell għoli ta’ jumejn dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020, li laqqgħet lill-parlamentari nazzjonali, lill-ministri u lill-partijiet interessati l-oħra mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, ġiet konkluża b’fehmiet konverġenti dwar ħafna kwistjonijiet ewlenin, filwaqt li wriet l-ħtieġa li jitkompla djalogu wiesa’ fuq il-bażi tal-proposti tal-Kummissjoni.

Il-parteċipanti saħqu li avveniment bħal dan jirrappreżenta opportunità unika biex ikollhom dibattitu mal-partijiet kollha ewlenin dwar kwistjoni daqstant importanti bħall-baġits futuri tal-UE.

Il-konverġenza ta’ fehmiet ħarġet f'ħafna aspetti essenzjali:

1. il-ħtieġa biex jiġi mmassimizzat il-valur miżjud permezz ta’ rabta ċara bejn il-baġit u strateġija politika ċara, l-istrateġija tagħna Ewropa 2020;

2. il-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq dak li huwa l-aħjar li jsir fl-livell Ewropew, pereżempju s-suq uniku, l-investiment fl-infrastruttura u r-riċerka eċċ.

3. il-ħtieġa li titkompla s-simplifikazzjoni ta’ kif jintnefaq il-baġit, il-ħtieġa li tiġi ssimplifikata aktar ħajjet l-utenti, filwaqt li jiġi rikonoxxut li din hija responsabbiltà kondiviża bejn il-livell nazzjonali u dak Ewropew.

4. il-ħtieġa li jkun hemm baġit aktar flessibbli u li wieħed jiffoka fuq il-kwalità tal-infiq.

5. il-ħtieġa li jinżamm moħħ miftuħ meta tiġi diskussa l-kwistjoni tar-riżorsi, u li jkun hemm stinkar sabiex jinstab mod iktar trasparenti ta’ kif tiġi ffinanzjata l-UE, wieħed li jkun iġib fit-tmiem id-diskussjonijiet dwar il-benefiċjarji u l-kontributuri netti;

6. fl-aħħar nett, il-ħtieġa li jitkompla dan id-djalogu, u b 'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu involuti aktar il-parlamenti nazzjonali.

Lejn tmiem il-konferenza, il-Presidenza Daniża futura tal-UE ħabbret li beħsiebha torganizza t-tieni Konferenza bħal din fl-ewwel nofs tal-2012.

Sfond:

Aktar minn 400 rappreżentant mill-parlamenti nazzjonali, mill-gvernijiet, mill-partijiet interessati u mill-istituzzjonijiet tal-UE kellhom l-okkażjoni li jiltaqgħu u li jiddiskutu l-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-2014-2020 mressaq fid-29 ta’ Ġunju 2011. Żewġ sessjonijiet plenarji ġew ikkumplimentati minn sessjonijiet ta’ ħidma dwar il-prijoritajiet ta’ nfiq, il-futur tar-riżorsi proprji u l-valur miżjud Ewropew. L-avveniment kien koorganizzat mill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Presidenza Pollakka tal-Kunsill. Min-naħa tal-Kummissjoni ħadu sehem fl-avveniment, il-President Barroso u l-Viċi President Šefčovič, kif ukoll il-Kummissarji Lewandowski, Šemeta u Hahn.

Għal aktar tagħrif:

Il-programm tal-konferenza

Il-websajt tal-konferenza

Vidjos tal-Konferenza tal-20 u l-21 ta’ Ottubru 2011:

Diskorsi

Il-ktejjeb "Gwida Bażika għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali" (disponibbli fil-lingwi kollha)

Materjal għall-istampa inkluż dak dwar il-valur miżjud Ewropew

Miti dwar il-baġit tal-UE

Kuntatti :

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Jens Mester (+32 2 296 39 73)

Antonio Gravili (+32 2 295 43 17)

Patrizio Fiorilli (+32 2 295 81 32)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site