Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-kompetittività industrijali hija t-tweġiba għall-irkupru ekonomiku

Brussell, l-14 ta' Ottubru 2011 - Illum il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar "Il-politika industrijali: It-tisħiħ tal-kompetittività", li tħares b'mod speċifiku lejn il-prestazzjoni tal-kompetittività industrijali tal-Istati Membri.

L-irkupru ekonomiku tal-UE kien relattivament bil-mod u jibqa' fraġli. Dan huwa rifless fis-sentiment li dejjem imur għall-agħar fl-ekonomija Ewropea. Barra minn hekk, hemm riskji ċari negattivi li ġejjin mis-swieq finanzjarji, prezzijiet ta' enerġija u materja prima dejjem jiżdiedu, u l-ħtieġa għat-tisħiħ tal-baġit. Madankollu, l-industrija tal-UE qiegħda f'qagħda tajba u għandha l-potenzjali li terġa' tpoġġi lill-ekonomija Ewropea lura għat-tkabbir.

Hemm differenzi konsiderevoli fost l-Istati Membri. il-produttività medja tax-xogħol fil-manifattura tvarja minn kważi 125% ta' valur miżjud gross kull persuna impjegata fl-Irlanda għal inqas minn 20% fil-Bulgarija. Is-sehem tal-kumpaniji innovattivi jvarja minn 80% fil-Ġermanja għal 25% fil-Latvja. Regolament favur in-negozju kien fuq quddiem nett fil-Finlandja filwaqt li fl-Italja jinsab fl-aħħar pożizzjoni Quddiem dan ix-xenarju l-komunikazzjoni tal-lum tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod rapidu l-politiki biex jimxu lejn livelli kompetittivi koerenti mal-parteċipazzjoni għall-ewro u s-Suq Intern.

Dan jeħtieġ politiki industrijali u tal-SMEs li jkunu b'saħħithom u kkoordinati mill-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni hija lesta li tiprromwovi u timmonitorja titjib strutturali minħabba li l-ekonomija Ewropea teħtieġ li terġa' tmur fit-triq tat-tkabbir kemm jista' jkun malajr.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani, responsabbli għall-industrija u l-Intraprenditorija, stqarr: "L-industrija Ewropea hija f'qagħda tajba u lesta biex tikkompeti. Madankollu, it-tnaqqis fl-irkupru għandu jġiegħlna nagħmlu saħansitra aktar kompetittività u tkabbir fuq nett tal-aġenda politika. Neħtieġu riformi strutturali li għandhom l-għan li jeħilsu l-potenzjal għall-intraprendituri tagħna, l-atturi ewlenin għall-irkupru."

Il-komunikazzjoni tal-lum hija akkumpanjata mir-"Rapport tal-2011 dwar il-Kompetittività Ewropea" u r-rapport dwar "Il-prestazzjoni tal-kompetittività u l-politika tal-2011 tal-Istati Membri". Aktar tagħrif

Industrial Competitiveness: "An Industrial Policy for the Globalisation Era"

Oqsma ewlenin għall-azzjoni

It-tisħiħ tal-kompetittività globali tal-industrija Ewropea hija essenzjali, minħabba li 75% tal-esportazzjonijiet tal-UE ġejjin minn kumpaniji tal-manifattura, li jagħmlu wkoll 80% tal-industrija tar-R&Ż. Il-Komunikazzjoni identifikat l-oqsma ewlenin li ġejjin fejn il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE tista' tissaħħaħ aktar sabiex tagħmel progress sinifikattiv lejn il-miri tal-Ewropa 2020:

(1) l-iffaċilitar tal-bidliet strutturali fl-ekonomija, sabiex timxi lejn oqsma aktar innovattivi u bbażati fuq l-għarfien li għandhom tkabbir tal-produttività ogħla li sofra nqas mill-kompetizzjoni globali (bħall-industriji favur l-ambjent, it-tagħmir tal-elettriku u dak ottiku);

(2) l-imbuttar tal-innovazzjoni fl-industriji, b'mod partikolari permezz ta' qsim ta' riżorsi skarsi, billi titnaqqas il-frammentazzjoni ta' sistemi ta' appoġġ għall-innovazzjoni u billi jiżdied il-fowkus tas-suq ta' proġetti ta' riċerka. Is-swieq għall-teknoloġiji ewlenin ta' appoġġ (eż. in-nanoteknoloġiji, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija industrijali), pereżempju, huma mistennija li jikbru sa 50% sal-2015, filwaqt li joħolqu eluf ta' valur miżjud għoli ta' impjiegi ġodda.

(3) il-promozzjoni tas-sostenibilità u l-effiċjenza tar-riżorsi, b'mod partikolari billi jippromwovu l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji aktar nodfa, billi jiżguraw aċċess ġust u prezzijiet mhux imxekkla ta' materja prima u enerġija u billi jaġġornaw u jagħmlu interkonnessjoni tan-netwerks tad-distribuzzjoni tal-enerġija;

(4) it-titjib tal-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari billi jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u billi jkun hemm promozzjoni tal-kompetizzjoni fost il-fornituri tas-servizz li jużaw l-infrastruttura tal-broadband, l-enerġija u t-trasport;

(5) il-benefiċċju mis-suq uniku, billi tappoġġa servizzi innovattivi u billi jiġi implimentat bi sħiħ ir-Regolament dwar is-Suq Uniku, b'mod partikolari d-Direttiva dwar is-Servizzi; L-implimentazzjoni sħiħa tad-Diretttiva dwar is-Servizzi tista' twassal għal gwadann ekonomiku madwar l-UE ta' EUR 140 biljun, li jirrappreżenta tkabbir potenzjali ta' 1.5% tal-PDG;

(6) l-appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs), b'mod partikolari billi jiffavorixxi l-aċċess għall-finanzjament, billi jiffaċilitaw l-internazzjonalizzazzjoni u l-aċċess għas-swieq, u billi jiżgura li l-amministrazzjonijiet pubbliċi jnaqqsu ż-żminijiet tal-ħlas.

Ir-riżultati ewlenin tar-rapporti

  • Il-produttività tax-xogħol (kull persuna impjegata fil-manifattura): Ir-rata tal-produttività hija ogħla mill-medja tal-UE fl-Irlanda, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fl-Awstrija, fil-Finlandja, fil-Belġju, fil-Lussemburgu u fl-Isvezja filwaqt li hija inqas mill-medja fis-Slovakkja, il-Polonja, is-Slovenja, Ċipru, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Portugall, l-Estonja, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Latvja u l-Bulgarija.

  • L-UE għandha inqas kumpaniji ġodda u innovattivi: Il-kumpaniji tal-UE għandhom prestazzjoni ifqar f'termini tal-applikazzjonijiet u l-kummerċjalizzazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-Istati Uniti u l-Ġappun. Is-sehem tal-kumpaniji innovattivi fost il-kumpaniji kollha huwa għoli b'mod partikolari fil-Lussemburgu, il-Belġju u l-Portugall, filwaqt li huwa baxx fl-Ungerija, il-Polonja, il-Latvja u l-Litwanja.

  • L-industrija kull ma tmur qiegħda tkun dejjem aktar minsuġa mas-servizzi: B'mod partikolari s-servizzi tan-negozju dwar għarfien intensiv qegħdin jintużaw dejjem aktar b'mod dirett u indirett bħala inputs mill-industrija, li jammontaw għal sa 9% tal-esportazzjonijiet tal-UE-12 u 18% tal-UE-15.

  • L-industrija tal-UE qed ittejjeb l-effiċjenza tal-materja prima: Din qiegħda tuża dejjem aktar riċiklaġġ u materjali innovattivi ta' sostituzzjoni, iżda l-aċċessibilità u l-affordabilità ta' materja prima mhux ta' enerġija hija kruċjali għall-kompetittività għal bosta industriji tal-manifattura intensiva tal-materja prima fl-UE.

  • L-effiċjenza industrijali: L-UE qed tħejji t-triq f'bosta każijiet, ġeneralment qabel l-Istati Uniti u qed tnaqqas id-distanza minn mal-Ġappun. Madankollu, hemm differenzi sinifikanti fil-prestazzjoni madwar l-Istati Membri u s-setturi industrijali fl-UE.

  • Ir-regolament tal-gvern favur in-negozju: Il-grupp ta' pajjiżi fejn huwa inqas ta' piż għall-kumpaniji jinkludi l-Lussemburgu, il-Finlandja, l-Estonja, Ċipru, id-Danimarka u l-Isvezja, filwaqt li l-kumpaniji li jilmentaw l-aktar jinsabu fil-Belġju, il-Portugall, il-Greċja, l-Ungerija u l-Italja. Għal aktar dettalji, ara MEMO/11/702.

Sfond

Bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020, fl-2010 il-Kummissjoni nediet politika industrijali ġdida1 li enfasizzat l-azzjonijiet meħtieġa biex tissaħħaħ l-attrazzjoni tal-Ewropa bħala post għall-investiment u l-produzzjoni, inkluż l-impenn li tissorvelja b'mod regolari l-politiċi ta' kompetittività tal-Istati Membri.

Ir-"Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea" u r-rapport dwar "Il-Prestazzjoni tal-Kompettività u l-Politiki tal-Istati Membri" li joħorġu kull sena se jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni tal-Istati Membri skont il-qafas usa' tas-simestru Ewropew u l-Ewropa 2020.

Aktar tagħrif

Komunikazzjoni "Il-politika industrijali: It-tistħiħ tal-kompetittività"

"Rapport tal-2011 dwar il-Kompetittività Ewropea"

Ir-rapport dwar "Il-Prestazzjoni tal-Kompetittività u l-Politika tal-2011 tal-Istati Membri"

MEMO/11/701 "Politika Industrijali: It-tistħiħ tal-kompetittività"

MEMO/11/702 "Ħarsa ġenerali tal-kompetittività fis-27 Stat Membru"

Kompetittività Industrijali: "Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni"

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/industrial-competitiveness/industrial-policy/index_en.htm

L-Ewropa 2020 u s-simestru Ewropew

http://ec.europa.eu/europe2020/index_en.htm

Kuntatti:

Carlo Corazza +32 2 295 17 52

Andrea Maresi +32 2 299 04 03

1 :

An Integrated Industrial Policy for the Globalisation Era. Putting Competitiveness and Sustainability at Centre Stage, COM (2010) 614


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website