Sélecteur de langues
Chemin de navigation

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa
Il-Kummissjoni ser tirkupra mingħand l-Istati Membri EUR 214-il miljun min-nefqa tal-PAK
Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011 - Total ta’ EUR 214-il miljun mill-fondi tal-politika agrikola tal-UE minfuqa bla bżonn mill-Istati Membri qed jintalbu lura lura mill-Kummissjoni Ewropea skont dik li tissejjaħ approvazzjoni tal-proċedura tal-kontijiet. Dawn il-flus se jerġgħu jidħlu fil-baġit tal-UE minħabba li ma kienx hemm konformità mar-regoli tal-UE jew minħabba li l-proċeduri ta' kontroll tan-nefqa agrikola ma kinux adegwati. Skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri huma responsabbli għall-ħlas u għall-kontroll tan-nefqa, u l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-Istati Membri jkunu użaw il-fondi sewwa.
Korrezzjonijiet finanzjarji ewlenin
Skont din l-aħħar deċiżjoni, il-fondi ser jiġu rkuprati mid-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit. Il-korrezzjonijiet individwali l-iktar sinifikanti huma:
EUR 76.6 miljuni mitluba mill-Isvezja għan-nuqqasijiet fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba' – is-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (LPIS-GIS), il-kontrolli amministrattivi u s-sanzjonijiet għall-infiq tal-għajnuna għaż-żoni, inklużi l-miżuri għall-Iżvilupp Rurali bbażati skont iż-żona;
EUR 70.9 miljuni mitluba mill-Italja minħabba l-kontrolli tard fis-settur tal-ħalib;
EUR 22.3 miljuni mitluba mid-Danimarka għan-nuqqasijiet f'LPIS-GIS, fl-ispezzjonijiet fuq il-post u fil-kalkolu tas-sanzjonijiet;
It-tabelli mehmużin hawn taħt (fl-Annessi I u II) jagħtu d-dettalji dwar il-korrezzjonijiet individwali, skont l-Istat Membru u skont is-settur.
Sfond
L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tal-parti l-kbira tal-pagamenti tal-PAK, speċjalment permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom. Huma inkarigati wkoll mill-kontrolli, pereżempju mill-verifika tat-talbiet tal-bdiewa għall-pagamenti diretti. Il-Kummissjoni twettaq aktar minn 100 verifika kull sena, billi tivverifika li l-kontrolli tal-Istati Membri u li r-rispons għan-nuqqasijiet ikunu suffiċjenti, u għandha s-setgħa li titlob lura l-fondi bl-arretrati jekk l-awditjar ikun jixhed li r-rispons tal-Istati Membri mhuwiex tajjeb biżżejjed biex jiggarantixxi li l-fondi tal-UE jkunu ntefqu kif suppost.
Għal aktar informazzjoni
Għad-dettalji dwar kif taħdem is-sistema tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali, ara l-MEMO/06/178 u l-formola bit-tagħrif imsejħa “Namministraw il-baġit tal-agrikoltura b’mod għaqli", li tista’ tinstab fuq l-internet fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/agriculture/fin/clearance/factsheet_en.pdf
Anness I: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
Deċiżjoni Nru 35: Korrezzjonijiet mill-Istat Membru
Qasam li fih qed issir il-korrezzjoni u r-raġuni għaliha | Ammont f’miljuni ta’ Euro |
L-Awstrija | |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta talli nqabżu l-limiti finanzjarji għas-sena finanzjarja 2006 | 1.304 |
Ċipru |
|
Il-qasam tal-għajnuna – korrezzjoni proposta għal-LPIS mhux tajbin u għan-nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fuq il-post fir-rigward tas-snin finanzjarji 2006-2008 għan-nefqa tal-għajnuna għaż-żoni, inklużi l-miżuri għall-Iżvilupp Rurali bbażati skont iż-żona | 9.086 |
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2009 minħabba nuqqasijiet f'LPIS-GIS | 1.659 |
Id-Danimarka |
|
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006 u 2007 għan-nuqqasijiet f'LPIS-GIS kif ukoll fl-ispezzjonijiet fuq il-post | 20.296 |
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2010 minħabba nuqqasijiet fil-kontrolli tal-istatus tal-bidwi | 1.545 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2008 għan-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti u talli nqabeż il-limitu finanzjarju | 0.331 |
Il-Finlandja |
|
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2009 għan-nuqqasijiet f'LPIS-GIS | 0.462 |
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2010 minħabba n-nuqqasijiet fl-attivazzjoni tal-intitolamenti tal-ġonna tal-ħxejjex, in-nuqqas ta’ rkupru għal pagamenti mhux dovuti u l-pagamenti żejda marbuta mal-ammonti ta’ referenza għall-produzzjoni tal-pitravi zokkrija | 0.529 |
Il-Ġermanja |
|
Frott u ħxejjex – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2008 għan-nefqa mhux eleġibbli fi tliet (3) organizzazzjonijiet tal-produtturi minħabba n-nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi | 0.847 |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għall-ksur fil-materjal fir-rigward tal-popolazzjoni fis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) tal-FAEG fis-sena finanzjarja 2008 | 0.949 |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għall-ksur fil-materjal fir-rigward tal-popolazzjoni li mhux fl-IACS tal-FAEG fis-sena finanzjarja 2008 | 0.697 |
Il-Greċja |
|
Inbid – korrezzjoni propostai għas-snin finanzjarji 2004-2005 minħabba n-nuqqasijiet fil-kontrolli ewlenin, nuqqasijiet biex jiġi stabbilit u jkun hemm aċċess għar-reġistru tal-vinji | 2.918 |
Għajnuna għaż-żona - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007 għan-nuqqasijiet fil-kalkolu tal-intitolamenti | 6.827 |
L-Italja |
|
Prodotti tal-ħalib - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2005-2007 għall-kontrolli li saru tard | 70.912 |
Għajnuna għaż-żona - korrezzjoni proposta għan-nuqqasijiet f'LPIS u fil-kalkolu tas-sanzjonijiet għas-sena finanzjarja 2008 għan-nefqa tal-għajnuna għaż-żoni, inklużi l-miżuri għall-Iżvilupp Rurali bbażati skont iż-żona | 7.607 |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għal ammont iddikjarat fl-2005 u li ma tħallasx fis-sena finanzjarja 2005 | 0.067 |
Qasam li fih qed issir il-korrezzjoni u r-raġuni għaliha | Ammont f’miljuni ta’ Euro |
Malta | |
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għan-nuqqasijiet f'LPIS fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007 għan-nefqa tal-għajnuna għaż-żoni, inklużi l-miżuri għall-Iżvilupp Rurali bbażati skont iż-żona | 0.222 |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għall-irregolaritajiet u d-djun fis-sena finanzjarja 2007 | 0.039 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi | |
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2010 talli nqabeż il-limitu nazzjonali kif ukoll għan-nuqqasijiet fil-kalkolu tal-intitolamenti | 2.243 |
Il-Polonja | |
L-Iżvilupp Rurali – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2005-2007 għan-nuqqas tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali fi proġetti li huma taħt l-20 ettaru fil-qasam tal-afforestazzjoni | 0.201 |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għall-Iżjed Żball Probabbli | 0.454 |
Il-Portugall |
|
Frott u ħxejjex – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007 u 2008 minħabba n-nuqqasijiet fl-ispezzjoni tar-rendiment tal-ipproċessar fl-ipproċessar tat-tadam | 0.678 |
L-iżvilupp Rurali – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2007 minħabba n-nuqqasijiet fl-ambitu tal-ispezzjonijiet fuq il-post għall-miżuri Agri-ambjentali u għall-miżuri taż-żoni l-anqas favorevoli u l-applikazzjoni tard tas-sistema ta’ sanzjonijiet | 0.656 |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għal żbalji finanzjarji fil-popolazzjoni tal-FAEG u l-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2007 | 0.401 |
Spanja | |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għal materjal u żbalji magħrufa fil-kontijiet u d-debituri | 0.571 |
L-Isvezja | |
Għajnuna għaż-żona – Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2008 minħabba n-nuqqasijiet f'LPIS-GIS, fil-kontrolli amministattivi u s-sanzjonijiet (relatata wkoll mal-miżuri għall-Iżvilupp Rurali bbażati skont iż-żona) | 76.616 |
Ir-Renju Unit | |
Għajnuna għaż-żona – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2008 minħabba n-nuqqasijiet fil-kontroll, l-allokazzjoni mhux korretta tal-intitolamenti u talli nqabżu l-limiti reġjonali | 5.970 |
AMMONT TOTALI | 214.085 |
Anness II: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
Deċiżjoni Nru 35: Korrezzjonijiet mis-Settur
F'miljuni ta’ EUR | |
Frott u ħxejjex | 1.524 |
|
|
Prodotti tal-ħalib | 70.912 |
Inbid | 2.918 |
Għajnuna għaż-żoni | 125.804 |
Żvilupp Rurali | 9.486 |
Ħlasijiet tard | 0.331 |
Korrezzjonijiet oħra | 3.109 |
AMMONT TOTALI | 214.085 |
Kuntatti: Roger Waite (+32 2 296 14 04) Johan Reyniers (+32 2 295 67 28) |