Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/11/115

Brussell, 1 ta’ Frar 2011

Il-Kummissjoni tniedi grupp espert ta' livell għoli dwar il-litteriżmu ppresedut mill-Priċipessa Lauretien tal-Pajjiżi l-Baxxi

Wieħed minn kull ħames żgħażagħ fl-Ewropa, kif ukoll bosta adulti, ma għandhomx il-ħiliet bażiċi tal-qari jew tal-kitba, u b'hekk isibu iktar diffikultà meta jiġu biex isibu xogħol u huma f'riskju tal-esklużjoni soċjali. Biex tgħin titratta din il-kwistjoni, l-Unjoni Ewropea waqqfet grupp indipendenti ta' esperti biex jidentifikaw mezzi ta' kif jistgħu jgħollu l-livelli tal-litteriżmu. Il-grupp, li ltaqgħa għall-ewwel darba llum fi Brussell huwa ppresedut mill-Prinċipessa Lauretien tal-Pajjiżi l-Baxxi, li hija l-Mibgħuta Speċjali tal-Litteriżmu għall-Iżvilupp għall-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO). Il-Ministri tal-UE iffissaw mira biex inaqqsu l-għadd ta' studenti b'diffikultajiet fil-qari, il-matematika u xjenza għal inqas minn 15 % sal-2020.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ qalet: "It-tnedija ta' dan il-grupp timmarka l-bidu ta' kampanja madwar l-Ewropa li tindirizza l-kawżi bażiċi tal-livelli baxxi fil-litteriżmu. Wisq Ewropej isibu rwieħhom fuq in-naħa ta' barra tas-suq tax-xogħol u jsibuha diffiċli li jkomplu jikkontribwixxu b'mod sħiħ lejn is-soċjetà minħabba li ma għandhomx il-ħiliet bażiċi tal-qari u tal-kitba. Jekk irridu niksbu l-miri tagħna tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti u inklużiv, irridu naġixxu issa biex nitrattaw din il-problema."

Il-Prinċipessa Lauretien żiedet tgħid: "Jiena nilqa' bis-sħiħ din l-inizjattiva billi wasal iż-żmien li l-Ewropa tiffaċċja r-realta' skomda tal-livelli għolja ta' litteriżmu fi ħdan il-fruntieri tagħħa. Din l-inizjattiva se tgħin tindirizza t-tabù li jeżisti sal-ġurnata tal-lum. L-illitteriżmu ixekkel it-tkabbir ekonomiku u l-inklużività. Billi nitrattaw il-litteriżmu, x'aktarx li nkunu wkoll qed nikkontribwixxu għal soluzzjonijiet f'bosta oqsma oħra, bħall-faqar, l-impjegabilità u l-għixien b'saħħa tajba. Flimkien mal-esperti, aħna nisperaw li nipprovdu viżjoni kuraġġjuża fuq il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati u fuq kif il-litteriżmu jista' jgħinna noħolqu ekonomiji b'saħħithom u kompetittivi u soċjetajiet b'saħħithom fi ħdan l-UE."

Jittellgħu l-livelli tal-litteriżmu fl-Ewropa

L-aħħar riżultati tal-Programm tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA), stħarriġ tul id-dinja kollha fuq il-prestazzjoni taż-żgħażagħ ta' 15-il sena fil-qari, il-matematika u x-xjenza juri li wieħed minn kull ħamsa jew 20 %, għandhom ħiliet baxxi fil-qari. Dawn is-sejbiet, ikkumpilati kull tliet snin mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), juru li l-Ewropa tjiebet xi naqra sa mill-2000. Iżda se jinħtieġu sforzi ikbar jekk l-pajjiżi tal-UE għandhom jiksbu l-mira tagħhom ta' inqas minn 15 % ta' dawk bi prestazzjoni baxxa fil-qari, il-matematika u x-xjenza sal-2020.

Għall-adulti, il-bżonn għall-azzjoni huwa urġenti. Madwar 80 miljun adult fl-Ewropa – terż mill-forza tax-xogħol – għandhom ħiliet baxxi jew bażiċi, iżda l-istimi juru li l-proporzjon tal-impiegi li jeħtieġ kwalifiki għolja se jiżdied għal 35 % sal-aħħar tad-deċennju, meta mqabbel mad-29 % ta' issa. Il-qari u l-kitba huma ħiliet bażiċi essenzjali, mhux l-inqas billi huma ċ-ċavetta għal iktar tagħlim.

Il-pjanijiet tal-UE biex tgħolli l-livelli tal-litteriżmu huma marbuta mal-inizjattivi ewlenini tal-Ewropa 2020 "Żgħażagħ fl-Azzjoni", "Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda" li t-tnejn jimmiraw biex itejbu l-livelli ta' ħiliet fl-Ewropa permezz ta' kwalità aħjar ta' edukazzjoni u taħriġ.

L-għan tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Litteriżmu

L-għan tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Litteriżmu huwa li jagħti viżibilità u importanza politika lill-kwistjoni tat-titjib tal-livelli tal-litteriżmu fl-Ewropa. Huwa se janalizza evidenza xjentifika u jevalwa liema politiki jaħdmu l-aħjar. Il-11-il membru tal-grupp huma esperti fuq il-litteriżmu ġejjin mill-kampijiet tal-akkademja, il-politika u n-negozju. Ikklikkja hawn għal biografiji u kummenti mill-membri.

Il-passi li jmiss

Il-Grupp tal-Livell Għoli se jiltaqgħa b'mod regolari fit-18-il xahar li ġejjin u se jippreżenta l-proposti ta' politika preżenti lill-Kummissjoni f'nofs l-2012. Abbażi tal-proposti tal-grupp, il-Kummissarju Vassiliou se jippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Ministri tal-Edukazzjoni fil-ħarifa tal-2012. Abbażi ta' dan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni se jkomplu jitrattaw din il-kwistjoni bħala parti mill-qafas strateġiku tagħhom ta' kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ("Edukazzjoni u Taħriġ 2020").

Aktar tagħrif:

Kummissjoni Ewropea: L-edukazzjoni u t-taħriġ

Kummissjoni Ewropea: Ewropa 2020:

ANNESS

1) Perċentwali ta' dawk b'livell baxx fil-ħila tal-qari, PISA 2000-20091

2000

2003

2006

2009

Change 2006-2009 (percentage points)

Austria

19.3

20.7

21.5

27.5

 +6.0

Belgium

19.0

17.9

19.4

17.7

-1.7

Bulgaria

40.3

 :

51.1

41.0

-10.1

Czech Republic

17.5

19.4

24.8

23.1

-1.7

Denmark

17.9

16.5

16.0

15.2

-0.8

Estonia

 :

13.6

13.3

-0.3

EU (25 countries)

 

 

23.1

19.6

 -3.5

Finland

7.0

5.7

4.8

8.1

+3.3

France

15.2

17.5

21.7

19.8

-1.9

Germany

22.6

22.3

20.0

18.5

-1.5

Greece

24.4

25.2

27.7

21.3

-6.4

Hungary

22.7

20.5

20.6

17.6

-3.0

Ireland

11.0

11.0

12.1

17.2

+5.1

Italy

18.9

23.9

26.4

21.0

-5.4 

Latvia

30.1

18.0

21.2

17.6

-3.6

Lithuania

 :

25.7

24.3

-1.4

Luxembourg

(35.1)

22.7

22.9

26.0

+3.1

Netherlands

(9.5)

11.5

15.1

14.3

-0.8

Poland

23.2

16.8

16.2

15.0

-1.2

Portugal

26.3

22.0

24.9

17.6

-7.2

Romania

41.3

:

53.5

40.4

-13.1

Slovakia

:

24.9

27.8

22.3

-5.5

Slovenia

:

:

16.5

21.2

+4.7

Spain

16.3

21.1

25.7

19.6

-6.1

Sweden

12.6

13.3

15.3

17.4

+2.1

UK

(12.8)

 :

19.0

18.4

-0.4

: No data available

UK, LU, NL: 2000 results not comparable to later years

2) Dawk b'livell baxx fil-ħila tal-qari (2009)

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED


Source: OECD, Programme for International Student Assessment (PISA)

3) Bidliet tal-prestazzjoni tal-qari bejn 2006-2009

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: OECD, Programme for International Student Assessment (PISA)

1 :

Dawk b'livell baxx ta' ħila fil-qari huma dawk l-istudenti li jirnexxilhom biss fil-kompiti tal-qari l-iktar sempliċi bħal ifittxu xi biċċa informazzjoni, jidentifikaw it-tema ewlenija ta' test, jew jagħmlu konnessjoni sempliċi mal-għarfien ta' kuljum. Dan huwa bbażat fuq l-istħarriġ tal-Programm tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) tal-OECD fejn il-marki huma minn Livell 1 sa' Livell 5 (l-ogħla livell). Dawk b'livell baxx ta' qari huma dawk li jiskorjaw inqas mil-Livell 2.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website