Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Is-siti tal-industrija ta' dari - illum destinazzjonijiet tat-turiżmu sostenibbli

Brussell, is-27 ta’ Settembru 2011 Illejla, 21 destinazzjoni minn madwar l-Ewropa rċevew il-Premju EDEN tal-2011 għar-riġenerazzjoni u l-promozzjoni eżemplari ta' siti fiżiċi tagħhom li kienu sejrin lura; f’gala tal-għoti tal-premjijiet, wirja ta 'destinazzjonijiet ippremjati u laqgħa tan-netwerk tal-EDEN. Minn minjieri abbandunati u fabbriki mhux użati sa linji tal-ferroviji żdingati u rziezet bir-raba' mitluq, dawn is-siti traskurati xi darba kellhom rwol ewlieni fl-istorja Ewropea. Permezz ta' proġetti ta’riġenerazzjoni sostenibbli maħsuba sew, in-nies jistgħu jiskopru l-imgħoddi mill-ġdid u jitgħallmu dwar modi ta' ħajja tradizzjonali. Id-destinazzjonijiet kollha kellhom rwol ewlieni biex jerġgħu jagħtu ħajja lir-reġjun tagħhom, billi taw nifs ġdid lil siti kulturali, storiċi u tan-natura, u aġixxew bħala katalisti għal riġenerazzjoni lokali usa. Il-ħames ċelebrazzjoni annwali tal-inizjattiva Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (EDEN) bit-tema: "It-Turiżmu u r-Riġenerazzjoni ta' Siti Fżiċi ” se ssir fi Brussell fis-27 u t-28 ta' Settembru. Dawn l-avvenimenti huma marbuta mill-qrib mal-Jum Ewropew tat-Turiżmu, li tfakkar fis-27 ta' Settembru fi Brussell u kien iffukat fuq l-Wirt Industrijali Ewropew.

Antonio Tajani, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-Industrija u l-Intrapriża, qal: "It-tema ta' din is-sena inkorporat eżempji partikolarment eċċezzjonali ta' kunċetti tat-turiżmu immaġinattivi u mhux tas-soltu. F'din l-ekonomija dinjija li kontinwament tinbidel b'mod mgħaġġel, l-EDEN qed ikompli jenfasizza l-aqwa eżempji ta' inġenwità u kreattività tal-Ewropa fit-turiżmu. Jien ninsab kuntent bil-prestazzjoni eċċellenti tal-industrija tat-turiżmu fl-2010 u l-2011. Biex nipproċedu iktar f'din it-triq għandna bżonn inkomplu nħeġġu l-innovazzjoni u l-kwalità. L-EDEN huwa eżempju ta' suċċess."

Għal aktar informazzjoni dwar il-proġett tal-EDEN u u dawk li rċevew dawn il-premjijiet qabel mur fuq is-sit: http://ec.europa.eu/eden

Il-21 destinazzjoni rebbieħa fl-2011 huma

Il-Belt ta' Gmund/Carinthia (l-Awstrija), Marche-En-Famenne (il-Belġju), Pustara Višnjica (il-Kroazja), Kalopanayiotis (Ċipru), Slovacko (ir-Repubblika Ċeka), Lahemaa National Park Manors (l-Estonja), Roubaix (Franza), il-Muniċipalità ta' Delphi (il-Greċja), Mecsek (l-Ungerija), il-Muniċipalità ta' Stykkisholmur (l-Iżlanda), The Great Western Greenway, Co Mayo (l-Irlanda), Montevecchio, il-Muniċipalità ta' Guspini (l-Italja), ir-Raħal Ligatne (il-Latvja), Rokiškis Manor (il-Litwanja), l-Għarb (Malta), Veenhuizen (il-Pajjiżi l-Baxxi), Żyrardow (il-Polonja), il-Park Naturali ta' Faial (il-Portugall), Idrija (is-Slovenja), l-Ecopark Trasmiera (Spanja), Hamamonu-Altındağ Ankara (it-Turkija).

Is-26 pajjiż parteċipanti sal-lum huma: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Islanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja, it-Turkija u l-Ungerija,.

Sfond

Sa mit-tnedija tal-premjijiet fl-2007, 98 destinazzjoni rebbieħa tal-EDEN minn 26 pajjiż parteċipanti saru preżenza sinifikanti fis-settur tat-turiżmu ferm kompetittiv tal-Ewropa. L-EDEN ifittex li jippromwovi mudelli ta’ żvilupp turistiku sostenibbli, jagħti viżibbiltà lil lokalitajiet emerġenti impenjati li jħarsu l-ambjent u li jappoġġaw il-komunitajiet lokali kif ukoll jippreżervaw u jippromwovu l-wirt storiku u kulturali uniku tagħhom. L-EDEN joħloq ukoll pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattika fit-turiżmu permezz tan-netwerk EDEN.

In-netwerk EDEN għandu l-għan li jgħaqqad id-destinazzjonijiet EDEN mal-gvernijiet nazzjonali u l-aġenziji (bħall-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tat-Turiżmu), l-universitajiet, u netwerks internazzjonali simili u jippromwovi u jaqsam l-aħjar prattiki fit-turiżmu sostenibbli. In-netwerk għandu l-għan li fl-2011 jsir assoċjazzjoni internazzjonali mhux għall-profitt bi tliet kategoriji ta' struttura ta' tmexxija: Assemblea Ġenerali, Kumitat ta’ Tmexxija u Gruppi ta' Ħidma.

MEMO/11/639

Kuntatti:

Carlo Corazza +32 2 295 17 52

Andrea Maresi +32 2 299 04 03


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website