Sélecteur de langues
Chemin de navigation

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa
Is-sajd: Il-Kummissjoni tipproponi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għall-istokkijiet tal-ħut tal-UE fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana
Brussell, is-27 ta’ Settembru 2011 – Illum il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-ewwel proposta tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet tal-ħut fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana. Il-proposta tal-lum tistipula l-livelli tal-qabdiet totali permissibbli (it-TACs) u tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut immaniġġjati mill-UE biss, u mhux dawk għall-istokkijiet immaniġġjati flimkien ma’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid it-TACs għal 9 stokkijiet tal-ħut (għal ċerti stokkijiet tal-merluzz, il-petriċa, l-aringa, il-haddock, il-marlozz, il-lingwata, il-megrim u l-ksampu) u li tnaqqas it-TACs għal 53 stokk, abbażi tal-parir xjentifiku. Il-Kummissjoni qed tipproponi li ma jsir ebda sajd fl-2012 għall-merluzz fil-Punent tal-Iskozja, fil-Baħar Irlandiż u fil-Kattegat, minħabba l-istat ħażin ta’ dawn l-istokkijiet. Il-bidliet proposti għandhom jammontaw għal tnaqqis ġenerali fit-TACs (skont il-piż) ta’ 11 % meta mqabbel mal-2011. L-għan tal-Kummissjoni huwa li tistipula t-TACs f’livelli bbażati fuq il-parir xjentifiku li jgħinu fl-irkupru tal-istokkijiet u jwasslu sabiex is-sajd isir sostenibbli fit-tul.
Il-Kummissarju għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Maria Damanaki, qalet: “il-ġestjoni fit-tul tal-istokkijiet u dejta xjentifika affidabbli li fuqha nistgħu nibbażaw id-deċiżjonijiet tagħna huma l-pedamenti tal-proposta tagħna, f'konformità mar-riforma proposta tagħna tal-Politika Komuni tas-Sajd. Din ir-riforma se tirriżulta f’politika tas-sajd tajba għall-ġejjieni, abbażi ta’ stokkijiet vijabbli tal-ħut li se jiżguraw dħul diċenti għas-sajjieda.”
Il-limiti tal-qbid proposti huma bbażati fuq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Il-partijiet interessati wkoll ġew ikkonsultati f’Mejju abbażi tad-dokument ta’ Konsultazzjoni tal-Kummissjoni (IP/11/638).
L-għan aħħari tal-Kummissjoni huwa li l-istokkijiet kollha jiġu mistada f’livelli sostenibbli, fil-livell imsejjaħ ir-Rendiment Massimu Sostenibbli (MSY), sal-2015 – l-UE ħadet dan l-impenn mal-komunità internazzjonali, u dan l-impenn huwa wkoll pilastru prinċipali tar-riforma proposta tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS).
Sabiex l-MSY jintlaħaq sal-2015, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) beda jagħti l-parir xjentifiku tiegħu b'dan l-għan fi ħsiebu, kull meta dan kien possibbli. Barra minn hekk, qegħdin jiġu żviluppati pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali għall-istokkijiet kummerċjali l-kbar kollha. Hemm tendenza li l-istokkijiet li jiġu mmaniġġjati b’dan il-mod imorru aħjar minn dawk l-istokkijiet li jkunu suġġetti għat-teħid ta' deċiżjonijiet fuq żmien qasir.
Sfond
Din il-proposta tikkonċerna biss it-83 stokk li għalihom l-UE tiddeċiedi t-TACs tagħhom waħidha u se tiġi diskussa mill-Ministri tas-Sajd tal-Istati Membri fil-Kunsill tas-Sajd ta' Novembru.
Se jkun hemm proposta oħra li tittratta s-66 stokk li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu miftehma mal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) jew fil-kuntest ta' konsultazzjonijiet ma' pajjiżi terzi. Din se tiġi ppreżentata iktar tard din il-ħarifa. Permezz tal-qsim tal-proposta b’dan il-mod, is-sajjieda se jkunu jafu minn qabel kemm jistgħu jaqbdu ħut fl-2012 u b’hekk ikunu jistgħu jippjanaw aħjar is-sajd futur tagħhom.
L-approċċ fit-tul diġà wera li huwa ta' benefiċċju għal xi stokkijiet. Pereżempju, l-istokkjiet tal-petriċa fit-Tramuntana u fil-Majjistral ta’ Spanja jistgħu jilħqu livelli sostenibbli (MSY) diġà fl-2012, anke b'livelli ogħla ta' qbid (żieda ta' 110 % fit-TAC proposta), u t-TACs għall-merluzz fil-Baħar Ċeltiku u fil-Bajja ta' Biscay jistgħu jiżdiedu bla problemi b’141 %.
Però għad hemm tħassib serju dwar għadd ta’ stokkijiet. B’mod partikolari, minħabba l-istat ħażin tal-istokkijiet, il-Kummissjoni qed tipproponi li twaqqaf is-sajd għall-merluzz fil-Punent tal-Iskozja, fil-Baħar Irlandiż u fil-Kattegat. In-nuqqas ta’ dejta jfixkel il-ġestjoni ta’ dawn l-istokkijiet u minkejja li sar tnaqqis suċċessiv fit-TACs matul dawn l-aħħar snin, l-istokkijiet xorta ma rnexxilhomx jirkupraw.
Għall-istokkijiet fejn tant m’hemmx dejta li mhux possibbli li jiġi stmat id-daqs tagħhom b'mod xieraq, il-Kummissjoni applikat l-hekk imsejjaħ prinċipju ta' prekawzjoni u naqqset it-TACs b'bejn 15 % u 25 % sakemm tkun disponibbli dejta aktar affidabbli.
Fil-ħarifa se jinħareġ il-parir xjentifiku għal 12-il stokk u għalhekk, bħalissa, il-proposta ma fiha ebda ċifri għal dawn l-istokkijiet partikulari.
Il-Kummisjoni diġà pproponiet l-opportunitajiet tas-sajd għall-Baħar Baltiku għall-2012 fil-15 ta’ Settembru (IP/11/1033). Dawn il-proposti se jiġu diskussi mill-Ministri fil-Kunsill tas-Sajd ta’ Ottubru.
Għal aktar tagħrif:
Ara l-tabelli mehmużin għal detalji dwar il-proposti tal-lum għall-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana
It-TACs u l-kwoti: http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm
Il-parir xjentifiku:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/scientific_advice/index_mt.htm
Il-pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/multi_annual_plans/index_mt.htm
Tabella 1: L-istokkijiet li għalihom hemm proposti biex tiżdied it-TAC
Isem bil-Latin | Speċi | Unità tat-TAC | TAC fl-2011 | TAC fl-2012 | Persentaġġ tal-bidla fit-TAC bejn l-2011 u l-2012 |
Gadus morhua | Merluzz | VIIb,c,e-k, VIII,IX,X,CECAF 34.1.1 (EU) | 4023 | 9679 | 141% |
Lophius | Petriċa | VIIIc,IX,X,CECAF 34.1.1 | 1571 | 3300 | 110% |
Clupea | Aringa | VIIghjk | 13200 | 21100 | 60% |
Melanogrammus | Haddock | Vb,VIa | 2005 | 2506 | 25% |
Merluccius | Marlozz | VIIIc, IX, X, CECAF 34.1.1 (EU) | 10695 | 12299 | 15% |
Solea solea | Lingwata komuni | VIIe | 710 | 777 | 9% |
Solea solea | Lingwata komuni | VIId | 4852 | 5300 | 9% |
Lepidorhombus | Megrims | VIIIc,IX, X, CECAF 34.1.1(EU) | 1094 | 1182 | 8% |
Nephrops | Ksampu | Vb(EU), VI | 13681 | 13950 | 2% |
Tabella 2: L-istokkijiet li għalihom hemm proposti biex titnaqqas it-TAC
Isem bil-Latin | Speċi | Unità tat-TAC | TAC fl-2011 | TAC fl-2012 | Persentaġġ tal-bidla fit-TAC bejn l-2011 u l-2012 |
Nephrops | Ksampu | VIIIc | 91 | 82 | -10% |
Nephrops | Ksampu | IX and X; CECAF 34.1.1 (EU) | 303 | 273 | -10% |
Pleuronectes | Barbun tat-tbajja’ | VIIde | 4665 | 4179 | -10% |
Merluccius | Marlozz | overall northern TACs (IIIa / IIa and IV / Vb, VI, VII, XII and XIV / VIIIabde) | 55105 | 49175 | -11% |
Nephrops | Ksampu | IIa (EU), North Sea (EU) | 23454 | 20849 | -11% |
Solea solea | Lingwata komuni | VIIIab | 4250 | 3755 | -12% |
Solea solea | Lingwata komuni | VIIfg | 1241 | 1060 | -15% |
Solea solea | Lingwata komuni | VIIhjk | 423 | 360 | -15% |
Engraulis | Inċova | IX,X,CECAF 34.1.1. | 7600 | 6460 | -15% |
Solea solea | Lingwata komuni | Vb(EU), VI, XII, XIV | 60 | 51 | -15% |
Solea solea | Lingwata komuni | VIIbc | 44 | 37.4 | -15% |
Clupea | Aringa | VIIef | 980 | 833 | -15% |
Molva molva | Ling | IIIa; EU waters of IIIb, IIIc, IIId | 92 | 78.2 | -15% |
Lepidorhombus | Megrims | IIa (EU), IV (EU) | 1845 | 1568.25 | -15% |
Lepidorhombus | Megrims | Vb(EU), VI, XII, XIV | 3387 | 2878.95 | -15% |
Nephrops | Ksampu | VIIIabde | 3899 | 3314.15 | -15% |
Pleuronectes | Barbun tat-tbajja’ | Vb(EU waters), VI, XII, XIV | 693 | 589.05 | -15% |
Pleuronectes | Barbun tat-tbajja’ | VIIbc | 78 | 66.3 | -15% |
Pleuronectes | Barbun tat-tbajja’ | VIII,IX,X,CECAF 34.1.1 | 395 | 335.75 | -15% |
Pollachius pollachius | Pollakkju | IX,X,CECAF 34.1.1 (EU) | 282 | 239.7 | -15% |
Pollachius pollachius | Pollakkju | VIIIabde | 1482 | 1259.7 | -15% |
Pollachius pollachius | Pollakkju | VIIIc | 231 | 196.35 | -15% |
Pollachius virens | Pollakkju (saithe) | VII, VIII, IX, X, CECAF 34.1.1 (EU) | 3343 | 2841.55 | -15% |
Solea spp. | Lingwata | VIIIcde,IX,X, CECAF 34.1.1 (EU) | 1072 | 911.2 | -15% |
Brosme brosme | Tusk | III | 24 | 20.4 | -15% |
Merlangius | Merlangu | VIII | 3175 | 2699 | -15% |
Nephrops | Ksampu | VII | 21759 | 17551 | -19% |
Isem bil-Latin | Speċi | Unità tat-TAC | TAC fl-2011 | TAC fl-2012 | Persentaġġ tal-bidla fit-TAC bejn l-2011 u l-2012 |
Lophius | Petriċa | Vb(EU), VI, XII, XIV | 5456 | 4092 | -25% |
Lophius | Petriċa | VII | 32292 | 24219 | -25% |
Lophius | Petriċa | VIIIabde | 8653 | 6489.75 | -25% |
Molva dypterigia | Linarda | int waters of XII | 815 | 611.25 | -25% |
Gadus morhua | Merluzz | VIb (Rockall subunit) | 78 | 58.5 | -25% |
Argentina silus | Arġentina (silus) | I, II EU + int. w. | 103 | 77.25 | -25% |
Argentina silus | Arġentina (silus) | III,IV EU + int. w. | 1176 | 882 | -25% |
Argentina silus | Arġentina (silus) | V,VI,VII EU + int. w. | 4691 | 3518.25 | -25% |
Melanogrammus | Haddock | VIIb-k, VIII, IX, X, CECAF 34.1.1 (EU) | 13316 | 9987 | -25% |
Melanogrammus | Haddock | VIIa | 1317 | 987.75 | -25% |
Clupea | Aringa | VIa(S), VIIbc | 4471 | 3353.25 | -25% |
Clupea | Aringa | VIIa | 5280 | 3960 | -25% |
Lepidorhombus | Megrims | VII | 18300 | 13725 | -25% |
Lepidorhombus | Megrims | VIIIabde | 1806 | 1354.5 | -25% |
Nephrops | Ksampu | special condition Porcupine | 1260 | 945 | -25% |
Pleuronectes | Barbun tat-tbajja’ | VIIa | 1627 | 1220.25 | -25% |
Pleuronectes | Barbun tat-tbajja’ | VIIfg | 410 | 307.5 | -25% |
Pleuronectes | Barbun tat-tbajja’ | VIIhjk | 185 | 138.75 | -25% |
Pollachius pollachius | Pollakkju | Vb(EU), VI, XII, XIV | 397 | 297.75 | -25% |
Pollachius pollachius | Pollakkju | VII | 13495 | 10121.25 | -25% |
Sprattus | Laċċa kaħla | VIIde | 5421 | 4065.75 | -25% |
Merlangius | Merlangu | Vb(EU waters), VI, XII, XIV | 323 | 242.25 | -25% |
Merlangius | Merlangu | VIIa | 118 | 89 | -25% |
Merlangius | Merlangu | VIIb-k | 16568 | 12426 | -25% |
Solea solea | Lingwata komuni | IIIa, IIIbcd (EU) | 840 | 520 | -38% |
Solea solea | Lingwata komuni | VIIa | 390 | 220 | -44% |
Tabella 3: L-istokkijiet li huma suġġetti għal parir li se jingħata aktar tard
Isem bil-Latin | Speċi | Unità tat-TAC | TAC fl-2011 | TAC fl-2012 |
Caproidae | Minfaħ | VI, VII, VIII EC | 33000 | p.m. |
Trachurus | Sawrell | IX | 29585 | p.m. |
Trachurus | Sawrell | VIIIc | 25137 | p.m. |
Lamna nasus | Pixxiplamtu | I to XIV, French Guyana, Kattegat, EU waters of Skagerrak, EU waters of CECAF | 0 | p.m. |
Rajidae | Rebekkini u raj | IIa (EU), North Sea (EU) | 1395 | p.m. |
Rajidae | Rebekkini u raj | IIIa | 58 | p.m. |
Rajidae | Rebekkini u raj | VIId | 887 | p.m. |
Rajidae | Rebekkini u raj | EU Waters of VI, VIIa-c, VIIe-k | 11397 | p.m. |
Rajidae | Rebekkini u raj | EU waters of VIII, IX | 4640 | p.m. |
Squalus | Mazzola griża | IIIa | 0 | p.m. |
Squalus | Mazzola griża | EU waters of IIa and IV | 0 | p.m. |
Squalus | Mazzola griża | EU and int. Waters of I, V, VI, VII, VIII, XII, XIV | 0 | p.m. |
Tabella 4: L-istokkijiet li d-deċiżjonijiet dwar it-TACs tagħhom huma ddelegati lil Stati Membri individwali
Isem bil-Latin | Speċi | Unità tat-TAC | Stat Membru responsabbli |
Clupea | Aringa | VIa Clyde | Ir-Renju Unit |
Trachurus | Sawrell | CECAF(Canaries) | Spanja |
Trachurus | Sawrell | CECAF(Madeira) | Il-Portugall |
Trachurus | Sawrell | X, CECAF(Azores) | Il-Portugall |
Penaeus | Gambli “Penaeus” | French Guyana | Franza |
Merlangius | Merlangu | IX,X,CECAF 34.1.1.(EU) | Il-Portugall |
Qari: Unitajiet tat-TAC
Ara wkoll il-mappa taż-żoni tas-sajd:
http://ec.europa.eu/fisheries/documentation/publications/cfp_factsheets/fishing_areas_mt.pdf
I | Il-Baħar Barents |
IIa | Il-Baħar Norveġiż |
IIb | Spitzbergen u l-Gżira Bear |
IIIa | Skagerrak u Kattegat |
IIIb | Sound |
IIIc | Belt |
IIId | Il-Baħar Baltiku |
IVa | Il-Baħar tat-Tramuntana ta’ Fuq |
IVb | Il-Baħar tat-Tramuntana Ċentrali |
IVc | Il-Baħar tat-Tramuntana t’Isfel |
Va | L-Islanda |
Vb | Il-Faroes |
VIa | L-Iskozja tal-Punent (l-istokk ta’ Clyde) |
VIb | Rockall |
VIIa | Il-Baħar Irlandiż |
VIIb | L-Irlanda tal-Punent |
VIIc | Porcupine Bank |
VIId | Il-Kanal Ingliż tal-Lvant |
VIIe | Il-Kanal Ingliż tal-Punent |
VIIf | Il-Kanal ta’ Bristol |
VIIg | L-Irlanda tax-Xlokk |
VIIh | Sole iż-Żgħir |
VIIj | Sole il-Kbir |
VIIk | Sole il-Kbir tal-Punent |
VIIIa | Il-Brittanja tan-Nofsinhar |
VIIIb | Biscay tan-Nofsinhar |
VIIIc | It-Tramuntana u l-Majjistral ta’ Spanja |
VIIId | Biscay Ċentrali |
VIIIe | Biscay tal-Punent |
IXa | Il-kosta Portugiża |
IXb | Il-Punent tal-Portugall |
X | L-Ażores |
XII | L-Ażores tat-Tramuntana |
XIVa | Il-Groenlandja tal-Lvant |
XIVb | Il-Groenlandja tax-Xlokk |
Contacts : Oliver Drewes (+32 2 299 24 21) Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67) |