Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Bilanċ bejn is-Sessi: L-iskejjel tal-kummerċ huma kruċjali biex in-nisa jaslu biex jieħdu l-aħjar impjiegi

European Commission - IP/11/1073   26/09/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-Bilanċ bejn is-Sessi: L-iskejjel tal-kummerċ huma kruċjali biex in-nisa jaslu biex jieħdu l-aħjar impjiegi

Brussell, is-26 ta' Settembru 2011 – Il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding, illum iltaqgħet mal-mexxeja tal-iskejjel tal-kummerċ Ewropej għal taħdita dwar kif jitjieb il-bilanċ bejn is-sessi fil-livell maniġerjali tal-kumpaniji billi aktar żgħażagħ nisa jiġu mħajra jsegwu karriera fin-negozju. Minkejja li madwar 60% tal-gradwati mill-Università huma nisa, in-nisa xorta jirrappreżentaw 12% biss tal-membri tal-bordijiet fl-akbar kumpaniji kkwotati Ewropej u 3% biss huma presidenti ta' xi bord. L-iskejjel tal-kummerċ għandhom rwol kruċjali biex iż-żgħażagħ nisa jkunu mgħammra għal karriera fin-negozju u jkunu megħjuna biex jitilgħu sal-quċċata. Huma qed jgħinu lin-nisa biex iħejju għal karrieri professjonali permezz ta' seminars, programmi ta' taħriġ u forniment ta' opportunitajiet ta' netwerking. L_inizjattivi tagħhom iwieġbu l-appell li għamlet il-Viċi President Reding lill-kumpaniji biex volontarjament iżidu n-numru ta' nisa fil-bordijiet korporattivi bi 30% sal-2015 u sa 40% sal-2010 (MEMO/11/124).

"L-iskejjel tal-kummerċ jgħinu biex jissawru l-imħuħ tal-mexxeja futuri. Hu hawnhekk li ż-żgħażagħ nisa u rġiel jiġu ispirati għall-karrieri tagħhom tan-negozju," qalet il-Viċi President Reding, il-Kummisarju tal-UE għall-Ġustizzja. "Kollha kemm aħna rridu nkunu żguri li t-talent femminili tagħna, fl-ewwel post, jikkunsidra din ir-rotta. Ninsab sodisfatta b'mod speċjali li nara lill-iskejjel tal-kummerċ Ewropej involuti f'dan il-proċess. Dan iserraħli rasi li s-settur tal-edukazzjoni hu impenjat bis-sħiħ għall-isfida tal-ġlieda kontra l-għeruq tal-inugwaljnza."

"Din l-inizjattiva mill-aqwa tal-Kummissjoni Ewropea hi f'armonija totali mal-għan tagħna li niffukaw fuq dik li hi kwistjoni kbira għall-iskejjel tal-kummerċ Ewropej u n-negozji jiġifieri, kif irridu nneħħu s-saqaf tal-ħġieġ li jwaqqaf lill-gradwati nisa tagħna milli jsegwu karrieri internazzjonali tal-ogħla livell, minkejja li jkunu mħarrġa tajjeb bl-istess mod bħall-kontraparti tagħhom l-irġiel," qal id-Dekan tal-EDHEC, Oliver Oger.

Il-laqgħa tal-lum iġġib flimkien id-dekani tal-iskejjel tal-kummerċ Ewropej u l-mexxeja nisa tan-negozju biex jiddiskutu r-rwol tan-nisa fil-governanza korporattiva Ewropea. Din hi organizzata mill-iskola tal-kummerċ EDHEC, il-Global Telecom Women's Network (GTWN) u McKinsey & Company.

Kuntest

Fi żmien meta l-popolazzjoni tal-Ewropa qed tixjieħ, in-nisa huma kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv ta’ impjiegi ta’ 75% tal-Ewropa 2020 (ara IP/10/225). Jeħtieġ li jsiru sforzi konġunti mill-gvernijiet, mill-imsieħba soċjali u minn negozji biex titjieb is-sitwazzjoni attwali.

Fl-ikbar kumpaniji Ewropej in-nisa jirrappreżentaw biss 12% tal-membri tal-bord superviżorju u f’97% tal-każijiet il-president tal-bord ikun raġel. F'dawn l-aħħar snin il-progress kien miexi bil-mod ħafna: matul dawn l-aħħar seba’ snin is-sehem tal-parteċipazzjoni femminili fil-bordijiet fl-UE żdied bi ftit aktar minn nofs punt perċentwali fis-sena. B’din ir-rata, sakemm ma titteħidtx azzjoni, se jkun jeħtieġ li jgħaddu 50 sena oħra qabel ikun hemm bilanċ raġonevoli (mill-inqas 40% minn kull sess) fuq il-bordijiet ta’ sorveljanza. Sadanittant, il-kumpaniji kkwotati fil-borża fl-UE qed ikomplu jitilfu t-talent femminili.

Fl-1 ta’ Marzu l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja Reding iltaqgħet mad-diretturi eżekuttivi u mal-presidenti tal-bordijiet ta’ kumpaniji kkwotati fil-borża biex tiddiskuti n-nuqqas ta’ rappreżentanza femminili fil-bordijiet ta’ diriġenti. Hija sfidat lill-kumpaniji kollha kkwotati fil-borża fl-Ewropa biex jiffirmaw l-“Impenn formali għal iktar nisa fit-tmexxija tal-impriżi Ewropej” u jimpenjaw ruħhom li volontarjament iżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-bordijiet ta’ diriġenti għal 30% sas-sena 2015 u għal 40% sas-sena 2020 (ara IP/11/242 u MEMO/11/124).

L-“Impenn formali għhal iktar nisa fit-tmexxija tal-impri¿i Ewropej” hija disponibbli fuq il-websajt tal-Viċi President Reding. Dan se jgħin fil-monitoraġġ tal-ħidma tal-kumpaniji biex jattiraw iktar nisa fl-ogħla karigi. Kull kumpanijia kkwotata fil-borża tista’ tiffirma dan l-impenn u tagħti ta' eżempju tajjeb. F'Marzu tal-2012, il-Kummissjoni Ewropea se teżamina mill-ġdid is-sitwazzjoni biex tara jekk kienx hemm progress sinjifikanti u jekk ġew żviluppati inizjattivi kredibbli u awtoregolatorji biex itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Fuq il-bażi tar-riżultati, il-Kummissjoni imbagħad tiddeċidi dwar il-passi li jmiss.

Għal iktar tagħrif:

SPEECH/11/604

Impenn formali għal iktar nisa fit-tmexxija tal-impriżi Ewropej:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/womenpledge/index_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea – bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet:

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-decision-making/index_en.htm

Il-paġna ewlenija fuq l-internet tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding

ANNEX: List of Participants

Business Schools and Universities Represented

Cambridge University: Judge Business School

EDHEC

Erasmus University: Rotterdam School of Management

ESMT

IESE

IMD

University of St. Gallen – Institute for Leadership and Human Resource Management

London Business School

Oxford University: Center for Corporate Reputation

Women Members of the Board of Directors

Bridget Boone – Member of the Board of Directors of Fortis Private Equity Group, FB Acquisition Finance Holding B.V., Fortis Private Equity Holding Nederland B.V. and NeSBIC Groep B.V. , BGL Société Anonyme

Bridget Cosgrave – Member of the Board of Directors SES , Essinor , Steria and President GTWN

Hélène Deslauriers – Member of the Board of Directors of Southwest Water (UK) and Fluxys

Candace Johnson – President of the Board of Directors of Succes Europe, Croissance Europe and Innovation Europe, Founding Member of the Board of Directors of SES , Founding President of GTWN

Lady Barbara Judge (CBE) – Member of the Board of Directors Statoil ASA , NV Bekaert SA and Magna International Inc .

Organizations represented

EPWN – European Professional Women’s Network

Financial Times Non-Executive Director's Club

GTWN – Global Telecom Women’s Network

GUBERNA - Belgian Governance and Board Members Association

Institut des Administrateurs

WOB - Women on Board

EFMD – European Federation of Management Development

McKinsey & Co.

Luis Enriquez – Global Partner

Scott Beardsley – Global Partner

Astrid Marechal – Partner (Responsible for “Women Matter” report)

Mieke van Oostende – Partner (Responsible for “Women Matter” report)

Contacts :

Matthew Newman (+32 2 296 24 06)

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website