Chemin de navigation
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa Il-modernizzazzjoni u l-impjegabbiltà huma l-essenza tal-istrateġija tar-riforma tal-edukazzjoni għolja Brussell, l-20 ta' Settembru 2011 – Bħala parti mill-istrateġija Ewropea għall-impjiegi u għat-tkabbir, il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat strateġija għar-riforma biex tingħata spinta lin-numri ta' gradwati, tittejjeb il-kwalità tat-tagħlim u tisfrutta l-massimu tal-possibiltajiet li toffri l-edukazzjoni għolja biex tgħin lill-ekonomija tal-UE toħroġ mill-kriżi iżjed b'saħħitha minn qabel. L-istrateġija tidentifika oqsma ta' prijorità li fihom il-pajjiżi tal-UE għandhom bżonn jagħfsu iżjed biex jiksbu miri edukattivi komuni, u tispjega l-mod ta' kif l-Unjoni Ewropea tista' tappoġġa l-politiki ta' modernizzazzjoni tagħhom. L-inizjattivi tal-UE se jinkludu klassifikazzjoni universitarja multidimensjonali li tinforma b'mod aħjar lill-istudenti dwar liema huma l-aħjar korsijiet għalihom, u skema ta' garanzija fuq self "Erasmus għall-Masters" għall-istudenti li jattendu għal kors sħiħ li jwassal għal diploma barra minn pajjiżhom. Fl-Unjoni Ewropea hemm madwar 4,000 università u istituzzjoni oħrajn tal-edukazzjoni għolja, u 'l fuq minn 19-il miljun student. F'dawn l-aħħar snin, in-numru u d-diversità tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll in-numru tal-istudenti, żdiedu b'mod sostanzjali. Iżda l-finanzjament, l-istrutturi amministrattivi u l-kurrikuli ta' sikwit ma setgħux ilaħħqu. L-edukazzjoni għolja mhijiex taħdem biżżejjed sew biex tipprovdi n-numri ta' nies meħtieġa fl-Ewropa li jkollhom l-aħjar ħiliet li joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir. U madwar id-dinja kollha, il-kompetituri tal-Ewropa, b'mod speċjali l-ekonomiji emerġenti, qegħdin iżidu l-investiment tagħhom fl-edukazzjoni għolja b'pass mgħaġġel. Fid-diskors tagħha waqt it-tnedija uffiċjali tal-istrateġija, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, Androulla Vassiliou, qalet: "L-edukazzjoni għolja hija mutur b'saħħtu tat-tkabbir ekonomiku u tiftaħ il-bibien għal standards ta' ħajja aħjar u għall-opportunitajiet li jkollhom in-nies. Hija wkoll l-aqwa garanzija kontra l-qgħad. B'danakollu, hemm wisq gradwati li jdumu jfittxu l-impjieg jew xogħol tajjeb. Jeħtieġ li nirriformaw l-edukazzjoni għolja – u l-edukazzjoni vokazzjonali – biex narmaw liż-żgħażagħ tagħna bil-ħiliet li għandhom bżonn biex jilħqu l-aħjar potenzjal tagħhom ta' żvilupp u impjegabbiltà." Oqsma ta' prijorità li jeħtieġu aktar riformi jinkludu:
Bosta pajjiżi tal-UE qegħdin jagħtu prijorità lill-modernizzazzjoni tas-sistemi tagħhom ta' edukazzjoni għolja; iżda l-potenzjal tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej biex jikkontribwixxu għall-prosperità tal-Ewropa u jilħqu r-rwol wiesa' tagħhom fis-soċjetà għadu mhux qed jintuża bis-sħiħ. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-edukazzjoni hija l-qofol tal-istrateġija Ewropa 2020, li stabbiliet mira ta' kwalifiki fl-edukazzjoni għolja għal 40 % taż-żgħażagħ tal-Ewropa sal-aħħar ta' dawn l-għaxar snin (33.6 % fl-2010). F'Lulju, il-Kummissjoni nediet il-proposti tagħha għall-baġit multinannwali tal-UE (2014-2020) li jinkludu żidiet sostanzjali għall-edukazzjoni, t-taħriġ u ż-żgħażagħ (+73 %), u għar-riċerka (+46 %), bħala rikonoxximent tar-rwol ewlieni tagħhom fis-sostenn tat-tkabbir. L-aġenda tar-riforma għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja se tmexxi l-prijoritajiet fl-infiq tal-programmi tal-UE biex jappoġġaw ir-riformi. L-istrateġija tar-riforma tal-Kummissjoni ssawret permezz tal-analiżijiet, l-istudji u l-konsulti ma' stituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja, ma' għalliema, riċerkaturi, studenti, negozji, trejd unjins, gvernijiet u korpi internazzjonali. Hija akkompanjata minn dokument tal-persunal tal-Kummissjoni li jeżamina l-iżviluppi riċenti fis-sistemi ta' edukazzjoni għolja Ewropej, u mid-dokument ta' riċerka "Modernisation of higher education in Europe: funding and the social dimension" li jeżamina x-xejriet fil-finanzjament tal-edukazzjoni għolja u l-politiki favur it-twessigħ tal-aċċess għall-edukazzjoni għolja IP/11/1037 Għal iktar tagħrif: MEMO/11/613 – Il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja – fatti u figuri MEMO/11/615 – Strateġija tal-UE għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja – Domandi u Risposti Komunikazzjoni: Strateġija tal-UE għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja: http://ec.europa.eu/education/higher-education/doc/com0911_en.pdf L-istatistika – Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-iżviluppi riċenti fis-sistemi ta' edukazzjoni għolja Ewropej: http://ec.europa.eu/education/higher-education/doc/wp0911_en.pdf Studju tal-Eurydice "Modernisation of Higher Education in Europe: Funding and the Social Dimension": http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/thematic_studies_en.php Il-Kummissjoni Ewropea: L-edukazzjoni għolja: http://ec.europa.eu/education/lifelong-learning-policy/doc62_en.htm Il-proposti tal-Kummissjoni dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ għall-baġit tal-UE li jmiss: IP/11/857
|
Side Bar