Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea żżid l-isforzi biex tikkumbatti l-estremiżmu vjolenti

European Commission - IP/11/1011   09/09/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Il-Kummissjoni Ewropea żżid l-isforzi biex tikkumbatti l-estremiżmu vjolenti

Brussell, id-9 ta' Settembru 2011 – Illum il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström, tniedi n-Netwerk għal Kuxjenza fuq ir-Radikalizzazzjoni li għandu l-għan li jiġġieled konta l-estremiżmu vjolenti. L-inizjattiva se tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jipprevjenu r-radikalizzazzjoni vjolenti u r-reklutaġġ ta' individwi għal attivitajiet terroristiċi. In-netwerk se jservi ta' konnessjoni bejn l-atturi ewlenin involuti fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni madwar l-UE bħal ħaddiema soċjali, mexxeja reliġjużi, mexxeja taż-żgħażagħ, pulizija, riċerkaturi u oħrajn li jaħdmu fost il-komunitajiet vulnerabbli.

"L-UE teħtieġ li tagħmel iżjed biex tiġġieled kontra t-theddida tal-estremiżu vjolenti li qed jiżdied. Għalhekk illum qed inniedu n-Netwerk ta' Kuxjenza dwar ir-Radikalizzazzjoni biex nappoġġjaw lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex isaħħu l-kuxjenza dwar ir-radikalizzazzjoni u modi kif wieħed jiġġieled kontra l-ideoloġija u l-propoganda tal-estremisti. Bħal ma wriet l-esperjenza, it-terroriżmu ma jistax ikun marbut ma' fidi waħda jew persważjoni politika, u lanqas xi reġjun partikolari. L-isforzi tagħna fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti għalhekk għandhom jikkunsidraw mudelli differenti ta' radikalizzazzjoni. Huwa importanti wkoll li wieħed jirrikonoxxi li l-ispirazzjoni ideoloġika u l-punti ta' referenza għar-radikalizzazzjoni jistgħu jinsabu wkoll fi ħdan l-ideat politiċi tal-movimenti populisti fl-UE," qalet il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet interni Cecilia Malmström.

L-inawgurazzjoni tan-netwerk se jsir fi Brussell u wara ssir l-ewwel sessjoni ta' xogħol. Il-laqgħa ġġib flimkien l-ewwel membri tan-netwerk u r-rappreżentati tal-Istati Membri, in-Norveġja u l-istituzzjonijiet tal-UE. Il-laqgħa inawgurali se tippermetti lill-parteċipanti biex jiddiskutu kif jagħmlu l-RAN operazzjonali u biex jiskambjaw il-veduti tagħhom fuq il-prijoritajiet tan-netwerk.

L-iskop tan-netwerk huwa li jidentifika l-prattiċi t-tajba u li jippromwovi l-iskambju tal-informazzjoni u l-esperjenza fl-oqsma differenti ta' radikalizzazzjoni vjolenti bħal, pereżempju, l-użu tal-internet u l-media soċjali għall-propoganda estremista u l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni mit-terroristi. In-netwerk se jaħdem biex jiġġieled kontra r-radikalizzazzjoni qabel ma' din twassal għal estremiżmu vjolenti.

In-netwerk se jkun appoġġjat minn forum onlajn u konferenzi madwar l-UE kollha biex ipoġġu flimkien l-esperjenzi u t-tagħrif biex isaħħu l-kuxjenza dwar it-tekniċi tar-radikalizzazzjoni u l-komunikazzjoni. Se jinkoraġġixxi mudelli kredibbli u opinjonisti biex iwasslu messaġġi pożittivi li joffru alternattivi għal propoganda vjolenta u estremista. In-netwerk se jikkontribwixxi wkoll għal proċessi ta' politika fil-livell nazzjonali u dak Ewropew u jappoġġja lill-Kummisjoni Ewropea u lill-Istati Membri fix-xogħol tagħhom u jipprovdulhom strumenti adegwati għall-prevenzjoni tat-terroriżmu.

Il-Kuntest

Fit-22 ta' Novembru 2010 il-Kummissjoni adottat "Strateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni" (IP/10/1535 u MEMO/10/598). Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, li tista' twassal għal atti ta' terroriżmu, kienet identifikata bħala prijorità u ġie mħabbar in-Netwerk tal-UE dwar il-Kuxjenza tar-Radikalizzazzjoni ('RAN').

Kienu previsti wkoll azzjonijiet ulterjuri, bħall-organizzazzjoni ta' konferenza ministerjali fl-2012 dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ li jwasslu għat-terroriżmu.

Il-Kummissjoni għandha rwol ewlieni fil-koordinazzjoni u faċilitazzjoni tax-xogħol tal-atturi kollha involuti fin-netwerk. Il-Kummissjoni se tipprovdi l-mezzi meħtieġa biex tistabbilixxi l-pjattaforma tal-RAN u s-Segretarjat tiegħu kif ukoll il-funzjonament tan-netwerk. Se jiġu ddedikati aktar minn EUR 20 miljun għall-proġett fuq 4 snin fil-forma ta' appoġġ dirett lill-Istati Membri u l-finanzjament ta' diversi proġetti.

Bħala 'netwerk tan-netwerks' l-RAN se jinkludi gruppi, assoċjazzjonijiet u pjattaformi b'involviment konkret u prattiku għall-prevenzjoni ta' kwistjonijiet marbuta mar-radikalizzazzjoni. Xogħolhom se jkun organizzat fiq gruppi, fost l-oħrajn, ta' dawk li jfasslu l-politika, uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà, prosekuturi, awtoritajiet lokali, akkademiċi, esperti fil-qasam, u organizzazzjoniiet tas-soċjetà ċivili, inklużi gruppi tal-vittmi.

Għal aktar informazzjoni

Il-paġna ewlenija ta' Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni, fuq l-Internet:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/malmstrom/welcome/default_en.htm

Il-paġna ewlenija tad-DĠ għall-Affarijiet Interni fuq l-Internet:

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/index_en.htm

Kuntatti :

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website