Navigation path
Left navigation
Additional tools
IP/10/989 Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010 Il-Kummissjoni tippromwovi d-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali Turist Ġermaniż jiġi arrestat wara ġlieda ġewwa bar fl-Italja. Minħabba li ma jafx jitkellem bil-lingwa, ma jifhimx għaliex jiġi miżmum taħt arrest u x'inhi l-akkuża. Imbagħad, l-uffiċjal tal-pulizija jagħtih dokument – bil-lingwa tiegħu – li telenka d-drittijiet tiegħu: li jitkellem ma' avukat, li jsir jaf dwar l-akkuża u li jkollu interpretu. Jinstema' bħal xi dramm polizjesk għal fuq it-TV, iżda din dalwaqt se tkun ir-realtà fl-Unjoni Ewropea kollha. Illum, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet regoli ġodda sabiex tiżgura li l-pajjiżi tal-UE jinformaw lil kwalunkwe persuna suspettata jew akkużata b'reat dwar id-drittijiet tagħha b'lingwa li tifhimha. Dawk kollha li jiġu arrestati – jew li jkunu soġġetti għal Mandat ta' Arrest Ewropew – għandhom jiġu informati bil-miktub permezz ta' Ittra tad-Drittijiet li telenka d-drittijiet bażiċi tagħhom matul il-proċedimenti kriminali. Filwaqt li l-pajjiżi tal-UE huma liberi li jagħżlu l-formulazzjoni eżatta tal-Ittra, il-proposta tal-Kummissjoni qed tipprovdi mudell fi 22 lingwa tal-UE. Dan se jipprovdi konsistenza għan-nies li jaqsmu l-fruntieri u jillimita l-ispejjeż tat-traduzzjoni. Il-proposta hija essenzjali sabiex tikber il-fiduċja fl-ispazju ta' ġustizzja tal-UE, speċjalment hekk kif aktar Ewropej qegħdin jivvjaġġaw: 47% mill-Ġermaniżi, 34% miċ-ċittadini tar-Renju Unit u 16% miċ-ċittadini Taljani jmorru għall-vaganzi tagħhom f'pajjiżi oħra tal-UE. Sabiex issir liġi, il-proposta tal-lum tal-Kummissjoni teħtieġ tiġi approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Ministri tal-Ġustizzja tal-UE. "Kollha kemm aħna rajna l-uffiċjali tal-pulizija jaqraw id-drittijiet lil persuni suspettati fuq xi serje tat-TV. Dan huwa materjal tajjeb għat-TV, iżda jservi wkoll għal skop serju ħafna: li jagħti l-opportunità lin-nies li jkunu jafu u li jasserixxu d-drittijiet tagħhom. Dan jagħtihom fiduċja li l-ġustizzja se ssir, ikunu fejn ikunu jinsabu fl-Ewropa" qalet il-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. "L-individwi ma jistgħux jeżerċitaw kompletament id-drittijiet tagħhom tad-difiża sakemm ma jkunux jafu x'inhuma. Li wieħed ikun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu u dwar xiex ikun ġie akkużat huwa ta' importanza kruċjali għal proċess ġust. L-involviment mal-liġi jista' jkun proċess intimidanti u ma nistgħux nistennew li n-nies jitolbu rispett mill-awtoritajiet għad-drittijiet proċedurali tagħhom meta ma jkunux jafu x'inhuma dawn id-drittijiet. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni se tkun tassigura li kulħadd, kullimkien fl-UE jkun mgħarraf bid-drittijiet tiegħu." Iseħħu aktar minn tmien miljun proċediment kriminali fl-UE kull sena. Bħalissa, il-probabbiltà li ċ-ċittadini se jiġu informati kif suppost dwar id-drittijiet tagħhom jekk jiġu arrestati u jaffaċċjaw akkużi kriminali tvarja minn parti għall-oħra tal-UE, minkejja li s-27 Stat Membru tal-UE kollha ffirmaw għad-dritt għal proċess ġust waqt il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. F'ċerti Stati Membri, il-persuni suspettati jirċievu biss informazzjoni verbali dwar id-drittijiet proċedurali tagħhom, u f'oħrajn l-informazzjoni miktuba hija teknika, kumplessa u ma tingħatax sakemm ma tintalabx. Il-proposta tal-lum tal-Kummissjoni, jekk tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Ministri tal-Ġustizzja tal-UE, se tgħin biex jiġu evitati żbalji ġudizzjarji u biex jitnaqqsu n-numru ta' appelli. L-awtoritajiet ta' fejn tkun qed issir il-prosekuzzjoni tal-każ se jkollhom jiżguraw li l-persuni suspettati qed jingħataw l-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom. Meta xi ħadd jiġi arrestat, huwa se jingħata din l-informazzjoni bil-miktub – f'Ittra tad-Drittijiet – li għandha tinkiteb b'lingwaġġ sempliċi u ta' kuljum. Din l-informazzjoni se tingħata f'kull każ lill-persuni suspettati hekk kif jiġu arrestati, kemm jekk jistaqsu għaliha u kemm jekk le, u tiġi wkoll tradotta jekk ikun hemm bżonn. Meta l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat għall-ewwel darba fl-2004 Ittra tad-Drittijiet, kienet teżisti f'pajjiż wieħed biss. Issa din hija disponibbli fi 12-il pajjiż. Il-Ġermanja introduċiet waħda f'Jannar u l-Pajjiżi l-Baxxi waħda f'April. Skont stħarriġ immexxi s-sena li għaddiet mill-Università ta' Maastricht, disgħa mill-pajjiżi l-oħra jipprovdu ftit informazzjoni f'forma oħra ta' kitba (pereżempju, fuq in-naħa ta' wara tal-att tal-akkuża) u sitta biss f'forma verbali (ara l-lista ta' hawn taħt). Il-proposta tal-lum se żżid l-effett valanga, li jwassal biex aktar pajjiżi jużaw l-Ittra tad-Drittijiet u toffri ċ-ċertezza tal-kelma miktuba. Din se tkun mod effiċjenti kif il-persuni suspettati jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom. Dawn id-drittijiet għandhom jintużaw b'mod effettiv u mhux jibqgħu teoretiċi. F'każ riċenti, ir-Renju Unit eżegwixxa Mandat ta' Arrest Ewropew maħruġ mill-Portugall fir-rigward ta' ċittadin Brittaniku. Il-mandat, għal sentenza ta' sentejn ħabs, dam iktar minn 14-il xahar biex ingħata u kien jeħtieġ sitt deċiżjonijiet tal-qorti qabel ma ġie eżegwit. Il-ġustizzja kienet issir aktar malajr u b'inqas spejjeż kieku l-informazzjoni dwar l-akkuża kienet ingħatat sa mill-bidu nett tal-proċedimenti kriminali. Barra minn dan, kienu jiġu evitati l-appelli mhux meħtieġa. Sfond It-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, jippermetti lill-UE li tadotta miżuri biex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, f'konformità mal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali, partikolarment id-drittijiet tal-individwi fi proċedimenti kriminali. Id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għad-difiża huma stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali; kif ukoll fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-proposta tal-lum tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali hija t-tieni pass f'sensiela ta' miżuri sabiex jiġu stabbiliti standards komuni tal-UE f'każijiet kriminali. Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi tali miżuri fuq bażi "gradwali" li bil-mod se jibnu fiduċja reċiproka fost l-awtoritajiet tal-ġustizzja nazzjonali. Dan il-pakkett komprensiv ta' leġiżlazzjoni għandu jiġi ppreżentat matul is-snin li ġejjin sabiex jipprovdi sett minimu ta' drittijiet proċedurali fil-proċedimenti kriminali fl-Unjoni Ewropea: L-ewwel miżura, li tirrikonoxxi d-dritt tal-persuni suspettati għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, diġà ġiet miftehma politikament bejn il-Parlament u l-Kunsill (IP/10/746). Il-miżura li jmiss, prevista mill-Kummissjoni għall-2011, se tkun Direttiva dwar id-dritt li wieħed ikollu aċċess għal avukat; u d-dritt li wieħed jikkomunika mal-qraba, ma' min iħaddem u mal-awtoritajiet konsulari. Għal aktar informazzjoni It-test tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali jinsab fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/news/intro/news_intro_en.htm Il-paġna fuq l-internet ta' Viviane Reding, il-Kummissarju għall-Ġustizzja tal-EU : http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni: http://ec.europa.eu/justice_home/news/intro/news_intro_en.htm How Member States provide information about some or all procedural rights (2009) (see MEMO/10/351 for breakdown of rights provided)
![]() Indicative model Letter of Rights for suspected and accused persons on arrest: If you are arrested by the police you have the following rights: A. to be informed of what offence you are suspected B. to the assistance of a lawyer C. to an interpreter and translation of documents, if you do not understand the language D. to know for how long you can be detained You are entitled to keep this Letter of Rights with you during your detention. A. Information on the suspicion
B. Help of a lawyer
C. Help of an interpreter
D. How long can you be deprived of your liberty?
This refers to written information not containing a detailed explanation of the rights in every day language. It may also not be given systematically but only for example if the suspected person actually requests it. It may also not be translated into other languages. To be completed by the Member State authorities in accordance with national rules and the ECHR. |
Side Bar