Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/970

Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010

Sikurezza tat-triq: Il-Kummissjoni tindika miżuri sabiex tnaqqas bin-nofs l-imwiet fit-toroq sal-2020.

Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat pjanijiet li jinvolvu sfida sabiex jitnaqqsu bin-nofs l-imwiet ikkawżati mill-inċidenti tat-traffiku fit-toroq Ewropej fl-għaxar snin li ġejjin. L-inizjattivi proposti llum huma sett ta' Orjentazzjonijiet ta' Politika Ewropea għas-Sikurezza tat-Triq 2011-2020 li jvarjaw mill-istabbiliment ta' standards ogħla tas-sikurezza tal-vetturi, sat-titjib fit-taħriġ tal-utenti tat-triq u t-tisħiħ tal-infurzar tar-regoli tat-triq. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex timplimenta dan il-programm.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Siim Kallas, responsabbli għat-Trasport, qal: "Kuljum, fit-toroq Ewropej imutu mitt persuna. Għamilna progress tajjeb ħafna mill-2001 'l hawn u rnexxilna nsalvaw kważi 80 000 ħajja. Iżda n-numru ta' inċidenti fatali u korrimenti fit-toroq tagħna għadu inaċċettabbli. Qed naraw x'tip ta' vetturi għandhom is-sewwieqa, fejn isuquhom u kif isuqu u rridu nnaqqsu l-imwiet ikkawżati mill-inċidenti tat-traffiku bin-nofs sal-2020."

Programm ta' azzjoni dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020:

Il-Kummissjoni illum stabbilixxiet taħlita ta' inizjattivi li jikkonċentraw fuq it-titjib tal-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tal-utenti tat-triq.

Hemm seba' għanijiet strateġiċi:

  • Miżuri tas-sikurezza mtejba għat-trakkijiet u l-karozzi

  • Bini ta' toroq iktar sikuri

  • Żvilupp ta' vetturi intelliġenti

  • Tisħiħ fl-għoti tal-liċenzji u t-taħriġ

  • Infurzar aħjar

  • Konċentrazzjoni fuq il-korrimenti

  • Konċentrazzjoni ġdida fuq is-sewwieqa tal-muturi

Il-lista tal-miżuri dettaljati għal kull għan strateġiku tinsab mehmuża mal-MEMO MEMO/10/343

It-tabella mehmuża bl-isem "Inċidenti fatali tat-traffiku għal kull Pajjiż" turi l-progress skont il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Sikurezza tat-Triq 2001-2010, bil-figuri tal-pajjiżi kollha fl-UE u bit-tqassim skont il-pajjiż.

Aktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/transport/road_safety/events-archive/2010_07_20_road_safety_2011_2020_en.htm

Inċidenti fatali tat-traffiku għal kull Pajjiż (għal kull miljun abitant)

Stat Membru

Inċidenti fatali skont il-popolazzjoni

Tibdil fil-perċentwal tal-inċidenti fatali bejn l-2001 u l-2009

 

2001

2009

2009 - 2001

Il-Latvja

236

112

-54%

Spanja

136

58

-53%

L-Estonja

146

75

-50%

Il-Portugall

163

79

-50%

Franza

138

67

-48%

Il-Litwanja

202

110

-48%

Is-Slovakkja

114

64

-43%

L-Italja

125

68

-43%

L-Irlanda

107

54

-42%

Il-Ġermanja

85

51

-40%

L-Isvezja

66

39

-39%

Is-Slovenja

140

84

-38%

L-UE

113

69

-36%

Il-Belġju

145

90

-36%

Il-Finlandja

84

53

-36%

Il-Pajjiżi l-Baxxi

62

39

-35%

Ir-Renju Unit

61

38

-35%

LAwstrija

119

76

-34%

L-Ungerija

121

82

-34%

Il-Lussemburgu

159

97

-33%

Ir-Repubblika Ċeka

130

87

-32%

Id-Danimarka

81

55

-30%

Ċipru

140

89

-28%

Il-Greċja

172

130

-23%

Il-Polonja

145

120

-17%

Il-Bulgarija

128

118

-11%

Ir-Rumanija

112

130

14%

Malta

41

51

31%

Nota: It-tnaqqis tal-inċidenti fatali tat-traffiku mistenni li jilħaq l-40 % fl-2010 (minn 36 % fl-2009).


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website