Navigation path

Left navigation

Additional tools

Id-Direttiva dwar is-Servizzi: Il-Kummissjoni tikkonsulta lill-partijiet interessati fil-kuntest tal-proċess tal-implimentazzjoni tad-Direttiva:

European Commission - IP/10/862   30/06/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/862

Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2010

Id-Direttiva dwar is-Servizzi: Il-Kummissjoni tikkonsulta lill-partijiet interessati fil-kuntest tal-proċess tal-implimentazzjoni tad-Direttiva:

Id-Direttiva dwar is-Servizzi: Il-Kummissjoni tikkonsulta lill-partijiet interessati fil-kuntest tal-proċess tal-implimentazzjoni tad-Direttiva:Id-data tal-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi kienet l-aħħar ta' Diċembru 2009. Sa minn Jannar din is-sena, l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, fi proċess ta' analiżi bejn il-pari ta' evalwazzjoni reċiproka ta' ċerti aspetti tal-oqfsa nazzjonali legali tagħhom applikabbli għall-fornituri tas-servizzi. Id-Direttiva spjegat minn qabel dan il-metodu ġdid ta' ħidma, magħruf bħala l-"proċess ta' evalwazzjoni reċiproka". Huwa fil-kuntest ta' dan il-proċess li l-Kummissjoni Ewropea qed tistieden lill-partijiet interessati biex jaqsmu l-ideat tagħhom dwar dawk l-aspetti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li qed jiġu diskussi minn Stati Membri fil-"proċess ta' evalwazzjoni reċiproka". Il-Konsultazzjoni se tibqa' miftuħa sat-13 ta' Settembru 2010.

Is-settur tas-servizzi huwa l-mutur ewlieni tal-ekonomija tal-UE, u jirrapreżenta madwar 75 % tal-PGD tal-UE u 70 % tal-impjieg totali. Fl-istess waqt huwa wkoll wieħed mis-sorsi ewlenin tal-UE ta' tkabbir addizzjonali u ħolqien ta' impjiegi li mhux sfruttat għal kollox, billi għad hemm bosta ostakli għall-kummerċ tas-servizzi fis-suq uniku. Id-Direttiva dwar is-Servizzi tipprova ttejjeb it-tħaddim tas-Suq Uniku għas-servizzi permezz ta' programm ambizzjuż ta' riforma amministrattiva u regolatorja bil-għan li tixpruna l-potenzjal ta' dan is-settur. Għalhekk il-pajjiżi tal-UE, permezz tad-Direttiva, jimpenjaw ruħhom biex iwarrbu ostakli legali u amministrattivi li mhumiex ġustifikati jew li huma sproporzjonati fit-twaqqif ta' negozju jew fil-provvediment ta' servizzi transkonfinali fl-UE. Id-Direttiva tapplika għal firxa wiesgħa ta' attivitajiet u rekwiżiti ta' servizzi, inklużi l-bejgħ bl-imnut, l-industrija tal-bini, it-turiżmu u bosta mill-professjonijiet regolati (bħal periti, inġiniera, avukati, kontabilisti jew servejers).

Matul dan il-perjodu ta' tliet snin ta' implimentazzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri kollha impenjaw ruħhom f'analiżi fid-dettall tal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom biex jiżguraw li huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Din l-analiżi kienet timplika valutazzjoni tal-prinċipju u l-proporzjonalità ta' regoli eżistenti u, fejn meħtieġ, il-modifikazzjoni jew ir-revoka tagħhom. L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi rriżultat f'biċċa xogħol partikolarment ta' sfida għall-Istati Membri, minħabba li tikkonċerna firxa wiesgħa ta' liġijiet u regolamenti li jistgħu jinstabu fil-livelli amministrattivi.

Sa mill-bidu tal-2010, l-Istati Membri wettqu, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, proċess ta' evalwazzjoni reċiproka ta' għadd ta' miżuri nazzjonali analizzati. Dan il-metodu ġdid ta' ħidma huwa magħruf bħala l-"proċess ta' evalwazzjoni reċiproka".

Bħala parti mill-"proċess ta' evalwazzjoni reċiproka", bħalissa l-Kummissjoni qed tistieden lill-partijiet interessati biex jaqsmu l-analiżi u l-kummenti tagħhom fuq miżuri nazzjonali li għadhom jimponu ċerti tipi ta' rekwiżiti jew għat-twaqqif ta' fornituri ta' servizzi jew għall-forniment transkonfinali tas-servizzi tagħhom. Il-Kummissjoni se tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-"proċess ta' evalwazzjoni reċiproka" u dwar din il-konsultazzjoni ma' partijiet interessati sa tmien din is-sena.

Dokument ta' konsultazzjoni u l-kwestjonarju jinsabu fuq http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2010/services_directive_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website