Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' tajjeb il-websajt b'ħafna lingwi fuq is-suċċessjoni li tinforma liċ-ċittadini dwar il-liġijiet nazzjonali

European Commission - IP/10/844   28/06/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/844

Brussell, it-28 ta' Ġunju 2010

Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' tajjeb il-websajt b'ħafna lingwi fuq is-suċċessjoni li tinforma liċ-ċittadini dwar il-liġijiet nazzjonali

Il-moviment ħieles huwa jedd bażiku taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Madwar 9 miljun Ewropew qed japprofittaw ruħhom minn dan id-dritt billi jgħixu barra minn pajjiżhom. Kull sena fl-UE ikun hemm emm madwar 450,000 każ ta' suċċessjoni internazzjonali, li jiswew aktar minn EUR 120 biljun. Bħala sidien ta' proprjetà immobbli – djar u kontijiet tal-bank – il-familji jridu jħabbtu wiċċhom ma' regoli differenti dwar il-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli fis-27 Stat Membru tal-UE. Pereżempju, jekk ċittadin Brittakkniku, li jkollu dar fi Franza ta' Isfel, imut, liema liġi tas-suċċessjoni tapplika, dik Franċiża jew dik tar-Renju Unit, fejn tidħol il-proprjetà tiegħu? Biex iċ-ċittadini jingħataw għajnuna jiksbu aktar tagħrif dwar dawn il-liġijiet, il-Kunsill tan-Nutara tal-UE, bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea, illum nieda websajt www.successions-europe.eu bi 22 lingwa tal-UE kif ukoll bil-Kroat. Il-Kummissjoni tilqa' din l-għodda siewja għaċ-ċittadini

"Għal dawk iċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jgħixu fi Stat Membri ieħor mhux faċli li jifhmu liema liġi nazzjonali tapplika fejn tidħol is-suċċessjoni. Din il-websajt hija pass kbir 'l quddiem biex iċ-ċittadini jingħataw aċċess għal drittijiethom," qalet il-Viċi-President Reding, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza.

Il-websajt tagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet prinċipali li jqumu matul is-suċċessjoni. Perezempju, iċ-ċittadini jistgħu jiskopru liema awtorità tkun kompetenti u liema liġi tapplika, jekk ikunx possibbli li tingħażel il-liġi applikabbli u min ikunu l-eredi. Għal dawk li jipprattikaw il-liġi, se jkun hemm ukoll rapporti dettaljati dwar il-liġi tas-suċċessjoni disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

L-ispiża totali tal-proġett tilħaq kważi EUR 280,000 u l-Kummissjoni tat kontribuzzjoni ta' EUR 158,400.

Sfond

Fl-14 ta' Ottubru 2009, il-Kummissjoni pproponiet Regolament għas-simplifikazzjoni tas-suċċessjonijiet internazzjonali. Skont ir-Regolament għandu jkun hemm kriterju uniku li jippermetti l-indentifikazzjoni kemm tal-kompetenza tal-awtoritajiet kif ukoll il-liġi applikabbli għal suċċessjoni transkonfinali: dik tar-residenza abitwali tal-persuna deċeduta. Iċ-ċittadini li jgħixu barra, madankollu, jkunu jistgħu jagħżlu li jissottomettu s-suċċessjoni sħiħa tagħhom għal-liġi tan-nazzjonalità tagħhom.

Il-proposta hija eżempju ta' kif taħdem l-UE lejn il-ħolqien ta' żona ta' ġustizzja li se tħaffef il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, kif stabbilit mill-Viċi-President Reding fl-20 ta' April 2010 fi pjan ta' azzjoni għall-2010-2014.

Il-Ministru tal-Ġustizzja tal-UE, matul laqgħa tal-4 ta' Ġunju 2010 fil-Lussemburgu, ssottolineaw l-importanża tar-Regolament propost. In-negozjati fil-Kunsill għadhom għaddejjin.

Għal aktar tagħrif

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni:

http://ec.europa.eu/justice_home/news/intro/news_intro_en.htm

Il-websajt ta' Viviane Reding, Viċi President u Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website