Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Is-Servizzi tal-ajruporti: proċedura ta’ ksur kontra Malta

Commission Européenne - IP/10/813   24/06/2010

Autres langues disponibles: FR EN DE ET

IP/10/813

Brussell, l-24 ta' Ġunju 2010

Is-Servizzi tal-ajruporti: proċedura ta’ ksur kontra Malta

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li titlob lill-awtoritajiet Maltin biex japplikaw korretament id-Direttiva dwar il-ftuħ tas-suq tal-groundhandling. Ir-regolamenti Ewropej dwar l-għoti tal-fjuwil lill-ajruplani ma kinux osservati mill-ajruport ta' Ħal-Luqa – Malta. It-talba lil Malta qed issir f'forma ta' opinjoni motivata, it-tieni pass tal-proċedura ta' ksur tal-UE (l-Artikolu 258 TFUE). Jekk ma jkun hemm l-ebda tweġiba sodisfaċenti fi żmien xahrejn, il-Kummissjoni tista' tirreferi l-każ lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Ir-Regoli tal-Unjoni Ewropea

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE adottata fl-1966, l-Unjoni Ewropea fetħet is-suq tas-servizzi tal-groundhandling, bħallimbarkazzjoni tal-passiġġieri, il-ġarr tal-bagalji u l-għoti tal-fjuwil lill-ajruplani fl-ajruporti.

Madankollu, din id-Direttiva tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri biex jillimitaw il-ftuħ tas-suq billi jiffissaw numru massimu ta' fornituri tas-servizzi għal erba' kategoriji tal-groundhandling. Dawn il-kategoriji ta' servizzi huma "il-ġestjoni tar-runway" (il-gwida tal-ajruplani, it-tagħbija u l-ħatt tal-ikel u x-xorb eċċ.), il-ġarr tal-"bagalji", il-ġarr tal-"merkanzija u l-posta" u s-servizzi tal-"fjuwil u ż-żejt". Minkejja dan, dan il-limitu għandu jirrispetta ċertu kriterji speċjalment f'termini tal-għażla tal-fornituri tas-servizzi (jirrikjedi sejħa Ewropea għall-offerti trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni).

Barra minn hekk, il-fornituri li jwettqu attivitajiet oħra minbarra l-groundhandling, huma mitluba jisseparaw il-kontabbiltà.

Il-problema f'Malta

Il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni fl-ajruport ta' Ħal-Luqa rigward l-għażla tal-fornituri tas-servizzi tal-ġestjoni tal-"fjuwil u ż-żejt" mhix konformi mad-Direttiva Ewropea. Filfatt, ir-regolamenti trasposti minn Malta jipprovdu limitazzjoni għall-ftuħ tas-suq għal żewġ fornituri kif ukoll l-applikazjoni ta' sejħa Ewropea għall-offerti għall-għażla tagħhom. Il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom intgħażlu ż-żewġ fornituri mhumiex konformi b'mod sħiħ mad-Direttiva.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Maltin ma organizzawx verifika indipendenti tas-separazzjoni tal-kontijiet meta wieħed mill-fornituri tas-servizz tal-għoti tal-fjuwil lill-ajruplani huwa wkoll il-maniġer tal-faċilitajiet tal-ħżin u l-forniment tal-fjuwil.

L-effetti prattiċi tal-applikazzjoni ħażina tad-Direttiva

L-applikazzjoni ħażina tad-Direttiva għandha bħala l-ewwel konsegwenza n-nuqqas ta' kompetizzjoni effikaċi għal fornitur tal-fjuwil tal-ajruport ta' Ħal-Luqa, li jista' jwassal għal spejjeż addizzjonali għall-kumpaniji tal-ajru li jistgħu jiġġarrbu mill-passiġġieri.

L-informazzjoni l-iktar riċenti dwar proċeduri ta' ksur għall-Istati Membri kollha tista' tkun ikkonsultata fuq:

http://ec.europa.eu/community_law/index_mt.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site