Navigation path

Left navigation

Additional tools

Faċilità tal-UE għall-Ikel ta' EUR 1 biljun diġà hemm 222 proġett u 50 miljun benefiċjarju f'pajjiżi fqar fil-ġlieda kontra l-ġuħ

European Commission - IP/10/734   15/06/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/734

Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2010

Faċilità tal-UE għall-Ikel ta' EUR 1 biljun diġà hemm 222 proġett u 50 miljun benefiċjarju f'pajjiżi fqar fil-ġlieda kontra l-ġuħ

B'iktar minn EUR 500 miljun li diġà ġew żbursjati u 97% tal-fondi impenjati wara biss sena u nofs mill-adozzjoni tagħha, il-Faċilità tal-UE għall-Ikel ta' EUR 1 biljun ipprovdiet rispons rapidu u effiċjenti fl-indirizzar tal-insigurtà tal-ikel. Il-Kummissjoni llum ippreżentat ktejjeb dwar l-użu tal-Faċilità għall-Ikel. Dan juri li madwar 50 miljun persuna madwar id-dinja qed jirċievu appoġġ mill-faċilità u r-riżultati qed jibdew jidhru. Fil-konfront ta' numru impressjonanti ta' proposti ta' kwalità għolja iżda b'baġit limitat, il-Kummissjoni Ewropea qed tappella għal donaturi oħra biex jgħinu fil-finanzjament ta' proġetti f'"L-Irkant għall-Faċilità għall-Ikel" li għadu kemm ġie mniedi.

"Li llum-il ġurnata hawn persuni jissaraw mal-ġuħ u l-insigurtà tal-ikel hija inammissibbli. Permezz tal-Faċilità tal-UE għall-Ikel, l-Ewropa rnexxiela tipprovdi rispons rapidu u effiċjenti għall-kriżi tal-ikel li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-Kummissjoni wettqet il-wegħdiet tagħha, billi żgurat impatt qawwi fuq l-għajnuna offruta lill-pajjiżi fil-bżonn. Qed nilħqu iktar minn 50 miljun persuna, inkluż ħafna bdiewa b'ażjendi żgħar, u dan se jiżdied." qal Andris Piebalgs, il-Kummissarju tal-UE għall-Iżvilupp.

Wara l-prezzijiet għolja tal-ikel fid-dinja fl-2008, il-Faċilità għall-Ikel ta' EUR 1 biljun kienet approvata f'Diċembru 2008 bħala strument ta' reazzjoni rapida tal-UE biex tiġi indirizzata l-insigurtà tal-ikel f'50 pajjiż li qed jiżviluppaw.

Riżultati konkreti fuq il-post

Azzjonijiet fuq il-post bdew fl-2009 u r-riżultati qed jibdew jidhru b'ħafna mill-50 pajjiż immirat.

Fil-Pakistan, il-bdiewa bdew ikabbru inqas matul dawn l-aħħar sentejn minħabba li l-prezz taż-żerriegħa u l-fertilizzanti għola f'daqqa, filwaqt li l-prezzijiet tal-ikel żdiedu wkoll minħabba nixfa fil-kundizzjonijiet tat-temp. Din is-sena, il-bdiewa rnexxilhom iwaqqfu x-xejra 'l isfel permezz tal-assistenza minn proġett konġunt UE, WFP u FAO taħt il-Faċilità tal-UE għall-Ikel. Minflok ma daħlu f'dejn, 23 000 bidwi Pakistani rċevew 400 kg ta' qamħ mill-WFP biex ikunu jistgħu ikampaw fl-istaġun id-diffiċli ta' qabel il-ħsad.

Fin-Niġer, l-UE u l-UNICEF bdew sħubija fl-2009 għat-trattament ta' 65 000 tifel u tifla taħt il-ħames snin li jinsabu fi stat gravi ta' malnutrizzjoni f'ċentri terapewtiċi ta' nutriment permezz tal-Faċilità għall-Ikel.

Fil-Gwatemala, il-Faċilità għall-Ikel diġà ppermettiet lill-familji ta' 14 000 bidwi b'ażjendi żgħar jirċievu l-fertilizzant.

Impenn b'effett fit-tul u effiċjenti

Il-Kummissjoni Ewropea issa impenjat 97% tal-finanzjament disponibbli taħt il-faċilità u l-finanzjament li għad fadal diġà se jiġi impenjat. L-aħħar Deċiżjoni ta' Finanzjament ġiet adottata f'April 2010 għal valur totali ta' EUR 145,3 miljun.

Il-ħeffa li biha l-Faċilità qed tiġi implimentata nkisbet permezz tal-użu ta' mezzi finanzjarji eżistenti, u l-kooperazzjoni eċċellenti mal-aġenziji u l-gvernijiet kollha involuti. Ir-rwol ta' direzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kien fattur ewlieni għal kollaborazzjoni b'suċċess bejn l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali involuti, mingħar ma kien hemm il-ħtieġa li jinħolqu burokraziji ġodda jew fondi fiduċjarji vertikali.

L-Irkant għall-Faċilità għall-Ikel

Fi ħdan il-Faċilità għall-Ikel, tnediet sejħa għall-Proposti fl-2009. Minħabba numru kbir ta' applikazzjonijiet il-Kummissjoni Ewropea pproduċiet ktejjeb li jippreżenta l-aħjar 84 proġett ta' kwalità għolja li huma lesti għall-użu biex l-investituri u l-iżviluppaturi tal-proġetti jiġu abbinati. Permezz ta' dan l-irkant, il-Kummissjoni Ewropea qed timmira li żżid l-effettività fin-nefqa, il-koerenza u l-koordinazzjoni skont l-Aġenda Accra dwar l-effettività tal-għajnuna, billi jingħata aċċess għal proġetti li huma lesti għall-finanzjament.

Sfond

Il-Faċilità tal-UE għall-Ikel ta' EUR 1 biljun tipprovdi għall-finanzjament għat-titjib ta' aċċess għad-dħul agrikolu; appoġġ ta' programmi ta' sigurtà fuq id-dħul għall-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli u appoġġ għall-mikrokreditu, l-investiment, it-tagħmir, l-infrastruttura u t-taħriġ.

Il-parti l-kbira tal-fondi jgħaddu mill- Organizzazzjonijiet Internazzjonali fit-Task Force ta' Livell Għoli tan-NU dwar Prezzijiet tal-Ikel li qed Jogħlew.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Faċilità tal-UE għall-Ikel:

Il-ktejjeb ġdid

"The Food Facility – A rapid response from the European Union:

http://ec.europa.eu/europeaid/infopoint/publications/europeaid/documents/184a_foodfacility_en.pdf

Video clip on the EU Food Facility:

http://www.dailymotion.com/video/xdlh9c_eu-food-facility-en_news

Għal aktar informazzjoni dwar linji ta’ politika u strateġija tal-KE dwar is-sigurtà tal-ikel:

http://ec.europa.eu/europeaid/how/finance/food-facility_en.htm

http://ec.europa.eu/europeaid/what/food-security/index_en.htm

http://ec.europa.eu/development/icenter/repository/COMM_PDF_COM_2010_0127_EN.PDF

Il-ktejjeb dwar l-Irkant għall-Faċilità għall-Ikel:

http://ec.europa.eu/europeaid/infopoint/publications/europeaid/documents/185a_foodfacility_auction_floor_en.pdf

L-IP dwar il-Komunikazzjoni 'Qafas ta' politika tal-UE għall-għajnuna ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jindirizzaw l-isfidi tas-sigurtà tal-ikel':

IP/10/404


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website