Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/10/713
Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2010
Il-Kummissarju Vassiliou tippreżenta l-premjijiet tal-UE għall-Wirt Kulturali
Kważi 30 proġett ta' wirt kulturali ta' livell għoli se jkunu ppremjati llejla fil-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali/Premjijiet Europa Nostra fl-Aya Irini (il-Palazz Topkapi) f'Istanbul, it-Turkija. Il-premjijiet se jkunu ppreżentati minn Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-kultura, u Denis de Kergolay, il-President ta' Europa Nostra, netwerk iddedikat għall-ħarsien tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi tal-Ewropa. Sitta mill-proġetti (ara l-anness għal-lista sħiħa) se jirċievu gran premju u EUR 10 000 kull wieħed. Ir-rebbieħa ntgħażlu minn esperti indipendenti minn kważi 140 proġett li jkopru 26 pajjiż. Il-premjijiet jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-konservazzjoni, ir-riċerka, id-dedikazzjoni fis-servizz, u l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-qawmien ta' kuxjenza.
"Qed isir xogħol kbir madwar l-Ewropa biex jitħares wirtna, biex jiġi kkonservat il-wirt industrijali tagħna, biex jiġu rriġenerati l-bliet u ż-żoni fejn noqogħdu, biex issir riċerka dwar kif l-iżviluppi diġitali jistgħu jipprovdu aċċess aħjar għal wirtna u biex jiġu edukati u jitħarrġu nies dwar wirtna," qalet il-Kummissarju Vassiliou. "Dan ix-xogħol kollu mhux biss jgħin lill-Ewropa tkun post sabiħ fejn toqgħod, imma joħloq ukoll l-impjiegi, jiġbed lit-turisti u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli."
Is-sitt rebbieħa tal-Gran Premju huma:
Le Collège des Bernardins (kulleġġ Ċisterċens tas-Seklu 13 li ġie restawrat), Pariġi
Neues Museum (inkorporazzjoni ta' arkitettura temporanja fir-rikostruzzjoni tas-sit oriġinali), Berlin
Teatru Ruman (għar-restawr u l-konservazzjoni tat-teżori li nstabu waqt l-iskavar), Cartagena
Proġett tal-Ittri ta' Van Gogh (diġitalizzazzjoni tal-korrispondenza tal-artist u wirja), Amsterdam
Nils Vest (produttur ta' films dokumentarji li jiffukaw fuq il-wirt arkitettoniku), Kopenħagen
Baerwaldbad (rinnovazzjoni tad-dar tal-banjijiet pubbliċi fi Kreuzberg minn żgħażagħ li qed jitħarrġu vokazzjonalment), Berlin
Id-29 proġett li se jkunu premjati llejla jvarjaw minn restawri kbar ta' bini għal xogħlijiet ta' riabilitazzjoni ta' pajsaġġi u kollezzjonijiet tal-arti. Għal deskrizzjonijiet sħaħ tal-proġetti u ritratti rebbieħa, idħol hawn: http://www.europanostra.org/laureates-2010/
Il-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Premjijiet tal-Wirt Kulturali/Europa Nostra huma ffinanzjati mill-Programm Kulturali tal-UE, li għandu l-għan li jinkoraġġixxi ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali ta' xogħlijiet kulturali u artistiċi, il-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema fis-settur, u djalogu interkulturali. Il-Programm Kulturali, li għandu baġit totali ta' EUR 400 miljun fl-2007-2013, jappoġġja wkoll l-iskambju tal-aqwa prassi fil-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt.
Europa Nostra tirrappreżenta 400 organizzazzjoni mhux governattiva u assoċjata, b'1 500 membru individwali f'iktar minn 50 pajjiż.
Iktar informazzjoni
Dwar il-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali/il-Premjijiet Europa Nostra:
http://ec.europa.eu/culture/our-programmes-and-actions/doc623_en.htm
Dwar il-programm Kulturali tal-Kummissjoni Ewropea:
http://ec.europa.eu/culture/index_en.htm
Il-websajt tal-Kummissarju Vassiliou:
http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/vassiliou/index_en.htm
ANNESS - Lista sħiħa tar-rebbieħa tal-premjijiet (elenkati alfabetikament skont il-pajjiż)
Preżervazzjoni
The Nodkette Cableway-Stations, Innsbruck, AUSTRIA
L’Ancienne Fonderie de la Société Alsacienne de Construction Mécanique (SACM), Muhlouse, FRANCE
Le Collège des Bernardins, Paris, FRANCE
The Sarcophagi of the Dukes of Pomerania, Wolgast, GERMANY
The Neues Museum, Berlin, GERMANY
The ancient tower at Horio-Aghia Triada and the adjacent buildings of later times, Amorgos, GREECE
The Natural, Archaeological and Historic Heritage of the National Observatory, Athens, GREECE
Ancient City Walls and Fortifications of 'sHertogenbosch, THE NETHERLANDS
The Westergasfabriek, Amsterdam, THE NETHERLANDS
The Monastery of Santa Clara-A-Velha, Coimbra, PORTUGAL
The Roman Theatre Museum, Cartagena, SPAIN
The Descalzos Church, Ecija, SPAIN
The Royal town of San Ildefonso, SPAIN
The Sultan's Pavilion of the Yeni Mosque, Istanbul, TURKEY
St Davids Bishop’s Palace, St Davids, UNITED KINGDOM
St. Martin-in-the-Fields, London, UNITED KINGDOM
Riċerka
Restoration Study for the Horní Hrad of the Bečov State Castle, Bečov, CZECH REPUBLIC
Sacred Timber Architecture in Carpathian: Building Archaeology of Selected Objects in West Ukraine, Munich, GERMANY
Restoration Study for the Tempesta's Fortress, Noale, ITALY
The Letters Project of Vincent van Gogh, Amsterdam, THE NETHERLANDS
Dedikazzjoni fis-servizz
Nils Vest, Copenhagen, DENMARK
Commission to Preserve National Monuments, Sarajevo, BOSNIA HERZEGOVINA
Ludmilla V. Shaposhnikova, Moscow, RUSSIAN FEDERATION.
Edukazzjoni, taħriġ u qawmien ta' kuxjenza
REMPART: Bénévoles et volontaires pour la sauvegarde du patrimoine, Paris FRANCE
The East Eifel Volcano Park, Plaidt GERMANY
The Baerwaldbad - Conservation through Vocational Training of an old Public Bath House, Berlin GERMANY
Empathic Archaeology - On storytelling and identity, Borger THE NETHERLANDS
Discovering the Museum - Youth Educational Project, Sibiu ROMANIA
Faith in Maintenance, London UNITED KINGDOM