Navigation path

Left navigation

Additional tools

Proġetti Ewropej ewlenin tat-trasport jingħataw spinta waqt il-Ġranet tat-TEN-T

European Commission - IP/10/701   08/06/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/701

Brussell, it-8 ta' Ġunju 2010

Proġetti Ewropej ewlenin tat-trasport jingħataw spinta waqt il-Ġranet tat-TEN-T

Tliet proġetti Ewropej ewlenin tat-trasport li jolqtu lill-pajjiżi Baltiċi sal-Peniżola Iberika llum ingħataw spinta bl-iffirmar ta' tliet Memoranda ta' Ftehim. L-iffirmar ta' dawn id-dokumenti mill-Istati Membri involuti u bl-approvazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Siim Kallas u l-koordinaturi Ewropej tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) juri l-impenn li dawn il-proġetti jitlestew malajr kemm jista' jkun u bl-aktar mod effikaċi possibbli. It-tliet proġetti huma r-Rail Baltica, li tmur mill-Estonja sal-Polonja, il-linji tal-ferrovija b'veloċità għolja li jgħaqqdu lil Franza, Spanja u l-Portugal u l-assi tal-ferrovija ewlieni Lvant-Punent li jsegwi r-rotta Lyon–Turin–Trieste–Ljubljana–Budapest.

Il-Viċi President Siim Kallas, responsabbli mit-Trasport, qal: "L-implimentazzjoni u t-tħaddim effettiv tal-proġetti prijoritaji tat-TEN-T huma essenzjali biex tissaħħaħ il-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tal-UE, il-koeżjoni territorjali tal-Unjoni u s-suq intern. Jekk irridu nżommu u nżidu dawn il-beneċċji, jeħtiġilna nżommu dawn il-proġetti 'l fuq fl-aġenda politika u nikkonsolidaw il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet uffiċjali. Bl-iffirmar ta' dawn l-atti importanti llum qed nuru l-impenn tagħna lejn dawn il-proġetti kruċjali tat-TEN-T b'firxa mill-pajjiż Baltiċi sal-Peniżoli Iberika."

It-tliet Memoranda ta' Ftehim ġew iffirmati mir-rappreżentanti ministerjali responsabbli mit-trasport fl-Istati Membri involuti, u approvati mill-Viċi President Kallas u t-tliet koordinaturi Ewropej tat-TEN-T:

  • Proġett Prijoritaju 3 – L-Assi tal-Ferrovija b'Veloċità Għolja tal-Lbiċ tal-Ewropa – huwa ta' importanza vitali sabiex tingħeleb il-qasma li ilha jeżisti bejn in-netwerk Iberika u l-bqija tal-Ewropa u li s'issa baqgħet apparti minħabba qisien differenti tal-binarji u ostakli naturali. L-att ġie ffirmat minn José Blanco Lopez għal Spanja, Antonio Mendonça għall-Portugall, Dominique Bussereau għal Franza, Siim Kallas u l-koordinatur Ewropew Carlo Secchi.

  • Proġett Prijoritaju 6 - L-Assi tal-Ferrovija Lyon–Trieste–Divača/Koper–Divača–Ljubljana–Budapest–il-fruntiera mal-Ukraina – jirrippreżenta għaqda bejn il-Lvant u l-Punent, liema għaqda hija kruċjali għall-integrazzjoni Ewropea wara t-tkabbir tal-2004. L-att ġie ffirmat minn Dominique Bussereau għal Franza, Altero Matteoli għall-Italja, Patrick Vlačič għas-Slovenja, Tamás Fellegi għall-Ungerija, Siim Kallas u l-koordinatur Ewropew Laurens Jan Brinkhorst.

  • Proġett Prijoritaju 27 – Rail Baltica – mhux biss iqarreb aktar lill-pajjiżi tal-Baltiku, iżda jtejjeb ukoll il-konnessjonijiet mal-Ewropa ċentrali u l-Iskandinavja. L-att ġie ffiramt min Cezary Grabarczyk għall-Polonja, Arūnas Štaras għal-Litwanja, Aivita Lublina-Golmane għal-Latvja, Eero Pärgmäe għall-Estonja, Mikael Nyberg għall-Finlandja, Siim Kallas u l-koordinatur Ewropew Pavel Telička.

Aktar informazzjoni dwar il-Proġetti TEN-T tinsab fi:

http://ec.europa.eu/transport/infrastructure/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website