Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni taħtar tliet koordinaturi ġodda għan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport

Commission Européenne - IP/10/700   08/06/2010

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/700

Brussell, is-8 ta’ Ġunju 2010

Il-Kummissjoni taħtar tliet koordinaturi ġodda għan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport

Illum il-Kummissjoni Ewropea ħatret lil Pat Cox, Péter Balázs u Gilles Savary bħala koordinaturi Ewropej ġodda għan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T). Il-koordinaturi ser ikunu responsabbli mill-koordinazzjoni ta' proġetti prijoritaji tat-trasport u li jirrappurtaw lura għand il-Kummissjoni.

Il-Viċi President Siim Kallas, responsabbli mit-Trasport, qal: "Ngħati importanza kbira lill-implimentazzjoni tajba u effikaċi tal-proġetti prijoritaji tat-TEN-T. Għalhekk ninsab kuntent li l-Kummissjoni ħatret tliet koordinaturi bi profil daqshekk għoli."

It-tliet koordinaturi Ewropej ġodda, li nħatru bi qbil mal-Istati Membri u wara li ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew, huma:

  • Pat Cox, l-eks President tal-Parlament Ewropew, li ser ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-Proġett Prijoritaju (Berlin–Palermo) li qabel kienet f'idejn il-mejjet Karel Van Miert;

  • Péter Balázs, eks Ministru Ungeriż tal-Affarijiet Barrani, li ser jerġa' jibda jikkoordina l-Proġett Prijoritaju 17 (Pariġi–Bratislava), il-proġett li huwa kien diġà jikkoordina attivament bejn Lulju 2005 u April 2009;

  • Gilles Savary, eks membru prominenti tal-Kumitat tal-Parlament għat-trasport, ser ikun responsabbli mill-Proġett Prijoritaju 22 (Ateni–Nuremberg/Dresden).

Dawn il-mandati ġodda ser jidħlu fis-seħħ mil-lum u jispiċċaw fit-22 ta' Lulju 2013, flimkien mal-mandati tal-koordinaturi eżistenti.

Bil-ħatra ta' tliet koordinaturi ġodda, ser ikun hemm b'kollox disa' Koordinaturi jaħdmu fuq ħdax-il proġett prijoritaju.

Il-Viċi President Kallas żied jgħid: "Ir-riżultati tal-ħidma tal-koordinaturi kienu għas-sodisfazzjon sħiħ tal-Istati Membri, il-Parlament, il-Kummissjoni u partijiet interessati oħra. Dan ser iħeġġiġna nkomplu naħdmu fuq dawn il-proġetti sabiex niżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tal-politika tagħna tat-TENT-T."

Aktar informazzjoni dwar il-Proġetti Prijoritarji TEN-T tinsab fi:

http://ec.europa.eu/transport/infrastructure/index_en.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site