Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-isterjotipi tradizzjonali jibqgħu l-ikbar sfida għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni

European Commission - IP/10/695   07/06/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/695

Brussell, is-7 ta' Ġunju 2010

L-isterjotipi tradizzjonali jibqgħu l-ikbar sfida għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni

Illum il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat studju ġdid li janalizza l-mod kif qed tiġi indirizzata l-inugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni fil-pajjiżi Ewropej. Huwa juri li d-differenzi bejn is-sessi jippersistu kemm fl-għażla tal-istudju kif ukoll fir-riżultati.

Il-Kummissarju Ewropea responsabbli għall-edukazzjoni, Androulla Vassiliou, qalet: "Matul dawn l-aħħar 50 sena r-relazzjoni bejn is-sessi u dak li jiksbu mil-lat edukattiv inbidlet b'mod sinifikanti u llum id-differenzi jafu jieħdu għamliet aktar kumplessi. L-istaff tal-iskejjel huwa fil-biċċa l-kbira magħmul min-nisa, iżda s-sistemi edukattivi huma amministrati mill-irġiel. Il-biċċa l-kbira ta' dawk li jiggradwaw huma nisa u l-biċċa l-kbira ta' dawk li jitilqu mill-iskola qabel il-waqt huma subien. Jeħtieġ li nibbażaw il-politiki tal-ugwaljanza tas-sessi fuq dawn ir-realtajiet."

L-istudju tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq il-ħidma tan-netwerk tal-Eurydice, li jiġbor u janalizza dejta dwar is-sistemi edukattivi. L-istudju jkopri 29 pajjiż (l-Istati Membri kollha minbarra l-Bulgarija, flimkien mal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja).

Is-sejbiet ewlenin:

Ir-rwoli tas-sessi u l-isterjotipi tagħhom jibqgħu l-akbar tħassib

Bi ftit eċċezzjonijiet, il-pajjiżi Ewropej kollha għandhom, jew qed jippjanaw li jkollhom, politiki tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni. L-iskop primarju huwa li jisfidaw ir-rwoli tradizzjonali u l-isterjotipi tas-sessi. Għanijiet oħra jinkludu t-tisħiħ tar-rappreżentanza tan-nisa fil-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet, ir-reazzjoni dwar xejriet ta' kisba bbażati fuq is-sessi u l-ġlieda kontra l-fastidju bbażat fuq is-sessi fl-iskejjel (ara l-istampa 1 tal-Anness). L-inizjattivi tal-gvern li jimmiraw li jinfurmaw il-ġenituri dwar il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u li jinvolvuhom aktar mill-qrib mal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni huma rari.

Il-bniet ġeneralment jiksbu marki aħjar u r-rata tagħhom li jgħaddu mill-eżamijiet hija ogħla fl-eżamijiet tat-tluq mill-iskola minn dik tas-subien u s-subien għandhom probabilità akbar li jitilqu l-iskola qabel il-waqt jew li jirrepetu xi sena skolastika. Hemm stħarriġiet internazzjonali li juru li f'madwar terz mis-sistemi edukattivi Ewropej is-subien għandhom probabilità akbar li jkollhom prestazzjoni ħażina fil-qari filwaqt li l-bniet għandhom probabilità akbar li jkollhom prestazzjoni ħażina fil-matematika. Madankollu, il-fattur l-iktar importanti jibqa' l-isfond soċjoekonomiku.

Il-pajjiżi li jindirizzaw il-prestazzjoni baxxa tas-subien bħala prijorità politika huma ftit (Il-Komunità Fjamminga tal-Belġju, l-Irlanda u r-Renju Unit). Il-pajjiżi li għandhom programmi speċjali biex itejbu l-ħiliet tal-qari fost is-subien u l-prestazzjoni tal-bniet fil-matematika u x-xjenza huma saħansitra inqas (l-Awstrija u r-Renju Unit (l-Ingilterra)).

Il-Kummissjoni Ewropea tindirizza l-inugwaljanza bejn is-sessi kemm billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni politika bejn il-pajjiżi tal-UE kif ukoll permezz tal-programmi tagħha ta' finanzjament. Il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi bejn is-sessi hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-appoġġ finanzjarju li l-UE tagħti lil proġetti u kollaborazzjonijiet bi sħab edukattivi multinazzjonali permezz tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja.

Il-gwida vokazzjonali konxja mid-differenzi bejn is-sessi hija ffukata fuq il-bniet

Bosta żgħażagħ fl-iskejjel vokazzjonali u fl-edukazzjoni sekondarja ġenerali għadhom qed jagħmlu għażliet tal-karriera li tirrifletti r-rwoli tradizzjonali tas-sessi. Jeħtieġ ikun hemm gwida vokazzjonali aħjar biex tindirizza din il-kwistjoni u biex min huwa inkarigat jagħti pariri dwar il-karriera jkun aktar konxju mid-differenzi bejn is-sessi u b'hekk aktar kapaċi jisfida l-isterjotipi.

Gwida vokazzjonali konxja mid-differenzi bejn is-sessi, li bħalisaa hija disponibbli biss f'nofs il-pajjiżi Ewropej (ara l-Istampa 2 tal-Anness), spiss hija mmirata lejn il-bniet aktar milli s-subien u fil-biċċa l-kbira timmira li tħeġġeġ il-bniet biex jagħżlu karrieri relatati mat-teknoloġija u x-xjenza naturali. Minkejja li jeżistu inizjattivi u proġetti individwali, strateġiji nazzjonali globali li jiġġieldu l-isterjotipi tas-sessi fl-għażla tal-karriera u fl-inizjattivi mmirati lejn is-subien huma nieqsa.

Il-politiki dwar l-edukazzjoni għolja fil-biċċa l-kbira jiffukaw fuq li jiżdied l-għadd tan-nisa fil-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija

In-nisa jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-istudenti u tal-persuni gradwati kważi fil-pajjiżi kollha u jiddominaw fl-edukazzjoni, is-saħħa u l-benesseri, l-istudji tal-klassiċi u l-arti. L-irġiel jiddominaw fl-inġinerija, il-manifattura u l-kostruzzjoni.

Madwar żewġ terzi tal-pajjiżi għandhom politiki tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni għolja (ara l-Istampa 3 tal-Anness). Minkejja dan, dawn il-politiki u l-proġetti kważi kollha kemm huma għandhom fil-mira tagħhom lin-nisa. Min-naħa l-oħra, il-proporzjon ta' nisa li jagħmlu parti mill-istaff tal-għalliema fl-edukazzjoni għolja jbatti ma' kull skaluna li titla' fis-sellun tal-karriera akkademika. Madankollu, madwar terz biss tal-pajjiżi implimentaw politiki konkreti biex jindirizzaw din il-problema, biex jimmiraw din is-segregazzjoni vertikali.

Il-politiki li jimmiraw dawn iż-żewġ kwistjonijiet jeżistu fil-Komunità Fjamminga tal-Belġju, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, l-Isvezja, ir-Renju Unit u n-Norveġja.

In-Netwerk tal-Eurydice (www.Eurydice.org) jagħti informazzjoni u analiżi dwar is-sistemi u l-politiki Ewropej tal-edukazzjoni. Huwa magħmul minn 35 uffiċċju nazzjonali bbażati fil-31 pajjiż kollha li qed jipparteċipaw fil-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-UE (l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE u t-Turkija) u huwa kkoordinat mill-Aġenzija Eżekuttiva dwar l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura fi Brussell, li tagħmel abbozzi tal-pubblikazzjonijiet u databases tiegħu.

Għal aktar tagħrif:

L-istudju sħiħ Gender Differences in Educational Outcomes: study on the measures taken and current situation in Europe

http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/thematic_studies_en.php

http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/thematic_studies_fr.php

http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/thematic_studies_de.php

deskrizzjonijiet nazzjonali dettaljati ta' politiki relatati mas-sessi se jkunu disponibbli fuq www.eurydice.org

Kopji stampati tal-istudju bl-Ingliż se jkunu disponibbli mil-lum. It-traduzzjonijiet Franċiżi u Ġermaniżi se jkunu disponibbli fi ftit żmien.

Il-Kummissjoni Ewropea: Education and training

ANNEX

EDUKAZZJONI: Ugwaljanza Bejn is-Sessi

Tabella 1: Politiki ta' ugwaljanza bejn is-sessi li għandhom il-mira li jiġġieldu l-isterjotipi u r-rwoli tradizzjonali tas-sessi fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, 2008/09

Ġlied kontra fastidju bbażat fuq is-sess tal-persuna

Tisħiħ tar-Rappreżentanza tan-nisa fil-maniġment tal-edukazzjoni

Xejriet ta' lħuq tal-miri bbażati fuq id-differenza bejn is-sessi

Il-pajjiżi kollha fil-kaxxa għandhom politiki biex jiġġieldu r-rwoli tradizzjonali tas-sessi u l-isterjotipi. Dawk fiċ-ċrieki għandhom il-miri politiċi speċifiċi addizzjonali murija. Pajjiżi mingħajr politiki sostanzjali ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni: EE, IT, HU, PL, SK

Sors: Eurydice.

Tabella 2: Gwida vokazzjonali speċifika biex tiġġieled l-għażliet tradizzjonali tal-karriera disponibbli fl-Ewropa, 2008/09

Teżisti gwida vokazzjonali sensittiva għas-sessi

L-ebda gwida vokazzjonali speċifika

Dejta mhux disponibbli

Sors: Eurydice.

Tabella 3: L-ebda politiki ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni għolja
2008/09

Politiki/proġetti li għandhom fil-mira

Segregazzjoni vertikali

Segregazzjoni orizzontali

L-ebda politiki ta' ugwaljanza fl-edukazzjoni għolja

Dejta mhux disponibbli

Sors: Eurydice.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website