Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/595

Brussell, il-21 ta' Mejju 2010

Il-Kummissjoni Ewropea tlaqqa' grupp ta' esperti legali biex jinstabu soluzzjonijiet dwar il-liġi kuntrattwali

Il-Kummissjoni Ewropea, fit-tentattiv li ssaħħaħ il-kummerċ transkonfinali u li tiżgura drittijiet sodi għall-konsumaturi, laqqgħat grupp ġdid ta' esperti biex jipproponi modi għat-titjib tal-liġi kuntrattwali tal-UE. Il-grupp ta' 18-il espert tal-liġi kuntrattwali, avukati u rappreżentanti tal-konsumaturi ltaqa' għall-ewwel darba fi Brussell illum. Fis-sajf il-Kummissjoni ser tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-aktar mod adegwat kif jista' jsir progress fit-titjib tal-koerenza tal-liġi kuntrattwali. Soluzzjoni li tista' tkun possibbli hija dik ta' liġi kuntrattwali Ewropea fakultattiva (jew "it-28 sistema"). Pereżempju, bejjiegħ Irlandiż li jinnegozja ma' fornitur Franċiż, li ma jkunx familjari mal-liġi Franċiża, ikun jista' jagħżel li japplika l-liġi Ewropea għall-kuntratt. Mhux hekk biss, konsumatur Pollakk li jkun qiegħed jixtri fuq l-internet ikun jista' jagħfas il-"buttuna blu" fil-websajt u jagħżel l-istrument tal-liġi kuntrattwali Ewropea, li tiggarantixxi livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur.

Fis-26 ta' April 2010, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta' esperti fuq Qafas Komuni ta' Referenza fil-qasam tal-liġi kuntrattwali Ewropea (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/233/EU). Sa Mejju 2011, dan il-grupp ser jiltaqa' darba fix-xahar. Huwa ser ilaqqa' akkademiċi legali, persuni li jipprattikaw il-liġi kuntrattwali ta' kuljum bħal avukati u nutara, kif ukoll konsumaturi u rappreżentanti tan-negozji (ara l-anness għal-lista sħiħa).

Akkademiċi legali, b'finanzjament mill-programm globali ta' riċerka tal-UE (FP6), ilhom għal ħafna snin jaħdmu fuq dan il-qasam kumpless tal-liġi privata. Il-ħidma tagħhom wasslet għal Abbozz ta' Qafas Komuni ta' Referenza. Il-grupp il-ġdid ser iħejji test b'lingwaġġ sempliċi li jkun faċli għall-qarrej. L-abbozz tiegħu ser isegwi ċ-ċiklu sħiħ ta' kuntratt – mid-dmirijiet ta' qabel il-kuntratt u t-tfassil ta' kuntratt għal rimedji f'każ ta' ksur ta' kuntratt u l-konsegwenzi tat-terminazzjoni.

Jonathan Faull, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, ippreseda l-ewwel laqgħa, li ffokat fuq kwistjonijiet konkreti dwar id-definizzjoni tal-kuntratt, l-interpretazzjoni u t-tfassil tiegħu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom status ta' osservatur fil-laqgħat tal-grupp.

Barra minn hekk fis-sajf il-Kummissjoni ser toħroġ dokument ta' politika u tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-aħjar mod kif jista' jinkiseb progress fir-rigward tal-liġi kuntrattwali fl-Ewropa Il-konsultazzjoni ser tibqa' għaddejja sa tmiem Jannar 2011 u ser tkopri problemi transkonfinali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-konsumaturi u n-negozji u l-aħjar soluzzjonijiet għalihom.

Sfond

Il-Kummissjoni qiegħda twettaq ħidma fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020 biex tegħleb id-diffikultajiet li qed jiltaqa' magħhom is-Suq Uniku, partikolarment billi toffri soluzzjonijiet armonizzati għall-kuntratti tal-konsumatur, mudell ta' klawsoli kuntrattwali tal-UE u billi tagħmel progress fir-rigward tal-koerenza tal-liġi kuntrattwali Ewropea. Din l-istrateġija tnediet mill-President José Manuel Barroso fit-3 ta' Marzu 2010 (IP/10/225).

Il-laqgħa tal-grupp ta' esperti qiegħda ssir fis-segwitu tal-pubblikazzjoni li ser issir dan ix-xahar ta' żewġ rapporti importanti dwar l-isfidi ekonomiċi u soċjali li qiegħda tiffaċċja l-UE. Dawn ir-rapporti, Strateġija Ġdida għas-Suq Uniku mill-Professur Mario Monti, eks Kummissarju għas-Suq Uniku u l-Kompetizzjoni, u l-Proġett Ewropa 2030, ippresedut mill-eks Prim Ministru Spanjol Felipe González Márquez, iressqu soluzzjonijiet konkreti dwar kif l-UE tista' tindirizza sfidi pan-Ewropej bħat-tibdil fil-klima, it-tixjiħ tal-popolazzjonijiet u l-iżgurar tal-impjiegi u l-benesseri taċ-ċittadini.

Fid-19 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni ppreżentat Aġenda Diġitali, (IP/10/581) li tisħaq fuq il-potenzjal tal-liġi kuntrattwali Ewropea għall-ikkompletar tas-Suq Uniku diġitali għall-konsumaturi u n-negozji.

Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil:

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni:

http://ec.europa.eu/justice_home/news/intro/news_intro_en.htm

Il-websajt ta' Viviane Reding, Viċi-President u Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm

ANNEX

LIST OF MEMBERS OF THE EXPERT GROUP

Ms Susanne Czech, European E-commerce and Mail Order Trade Association

Professor Fernando Gomez, Universitat Pompeu Fabra, Barcelona

Professor Luc Grynbaum, Université Paris-Descartes

Professor Torgny Håstad, Justiteråd Högsta domstolen, Stockholm

Professor Martijn W. Hesselink, University of Amsterdam

Professor Miklos Kiraly, Eötvös Loránd University, Budapest

Professor Irene Kull, Faculty of Law, Tartu

Maître Pierre Levêque, Avocat au Barreau de Paris

Professor Paulo Mota Pinto, Universidade de Coimbra

Professor Jerzy Pisulinski, University Jagiellonian, Krakow

Mr Bob Schmitz, European Consumer Consultative Group, Luxembourg

Professor Hans Schulte-Nölke, European Legal Studies Institute, Osnabrück

Professor Jules Stuyck, Avocat au Barreau de Bruxelles

Professor Anna Veneziano, Università degli Studi di Teramo

Maître Ioana Lambrina Vidican, Notary, Bucharest

Professor Simon Whittaker, University of Oxford

Professor Hugh Beale, University of Warwick

Professor Eric Clive, University of Edinburgh

-------------------------------------------

Professor Bénédicte Fauvarque-Cosson, Université Panthéon-Assas, and Professor Christian von Bar, University of Osnabrück, are Special Advisors to Vice-President Viviane Reding on European contract law. The professors will give the Vice-President advice on the conclusions of the group’s work.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website