Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-Aġenda Diġitali: l-investiment fl-ekonomija diġital joffri lill-Ewropa l-ftuħ prinċipali għall-prosperità tagħha fil-ġejjieni, jistqarr rapport tal-Kummissjoni

Commission Européenne - IP/10/571   17/05/2010

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/571

Brussell, is-17 ta' Mejju 2010

L-Aġenda Diġitali: l-investiment fl-ekonomija diġital joffri lill-Ewropa l-ftuħ prinċipali għall-prosperità tagħha fil-ġejjieni, jistqarr rapport tal-Kummissjoni

Skont rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kompetittività Diġitali li ġie ppubblikat illum, l-ekonomija diġitali tal-Ewropa qed tiber u tissaħħaħ, qed tinferex madwar is-setturi kollha tal-ekonomija u qed tidħol fl-oqsma kollha ta' ħajjitna. Dawn l-aħħar 15-il sena t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (Information and Communications Technologies/ICTs) xprunaw nofs it-tkabbir tal-produttività tal-Ewropa. Sitta minn għaxar Ewropej jużaw l-internet b'mod regolari. Madankollu, jekk l-Ewropa tixtieq tisfrutta bis-sħiħ il-benefiċċji potenzjali tal-ekonomija diġitali, għandha tħaffef il-pass u tipprovdi broadband aktar veloċi u internet li nies jistgħu jafdaw, għandha ttejjeb il-ħiliet taċ-ċittadini, u tħeġġeġ saħansitra aktar innovazzjoni fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi miżuri speċifiċi f'dawn l-oqsma permezz tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, li hija xempju tal-istrateġija ta' Europa 2020, li dalwaqt tiġi varata.

Il-Kummissarju għall-Aġenda Diġitali Neelie Kroes qalet: "L-ekonomija diġitali tal-Ewropa hija kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-prosperità. It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni huma revoluzzjonarji f'ħajjitna llum hekk kif kien l-iżvilupp tan-netwerks tal-elettriku u tat-trasport aktar minn mitt sena ilu. Madankollu sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomija diġitali neħtieġu appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tal-internet."

Ir-rapport janalizza l-iżviluppi riċenti fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni. Huwa jagħti provi sinifikanti għat-tfassil tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, l-ewwel inizjattiva prominenti tal-Kummissjoni Ewropea li se tiġi varata dalwaqt taħt l-istrateġija Ewropa 2020, strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Il-mutur ewlieni tal-ekonomija

Ir-rapport jidentifika s-settur tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni bħala wieħed mill-muturi prinċipali tal-ekonomija tal-Ewropa. Mill-1995 'l hawn, bis-saħħa ta' progress teknoloġiku u ta' investimenti fis-settur, it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni xprunaw nofs il-gwadanni tal-produttività fl-UE. Id-dejta għall-2004-2007 tissuġġerixxi li dan l-investimenti aktar riċentement beda jwassal gwadanni fl-effiċjenza fil-bqija tal-ekonomija. Il-valur miżjud tal-industrija tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni fl-ekonomija tal-Ewropa huwa ta' madwar EUR 600 biljun (4.8% tal-PGD). Is-settur jammonta għal 25% tal-investimenti kummerċjali totali fir-Riċerka u l-Iżvilupp fl-UE. Madankollu, fl-Istati Uniti l-benefiċċji mit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni huma akbar. Biex tiskatta impatti simili l-Ewropa teħtieġ riformi strutturali u aġenda diġitali konsistenti.

6 minn 10 Ewropej onlajn

Fl-Ewropa kollha, madwar 60% tal-popolazzjoni jużaw l-internet b'mod regolari u 48% jużawh kuljum. Dawn il-livelli jipparagunaw b'mod tajjeb mal-Istati Uniti fejn 56% jużaw l-internet kuljum u 65% użawh dawn l-aħħar tliet xhur. Madankollu, kemm fl-UE (30%) kif ukoll fl-Istati Uniti (32%) madwar terz mill-popolazzjoni qatt ma marru onlajn.

Hemm diviżjonijiet soċjoekonomiċi u ġeografiċi importanti. B'mod partikolari, ix-xjuħ, dawk b'anqas skola u dawk bi dħul baxx jużaw l-internet bi frekwenza anqas u għandhom ħiliet ta' livell aktar baxx. L-iżvlupp ta' ħiliet diġitali huwa kruċjali għall-ħolqien ta' soċjetà diġitali Ewropea. Għal darb'oħra, f'dan ir-rigward l-UE tapparaguna tajjeb mal-Istati Uniti, għalkemm l-użu tal-web huwa ogħla fost l-Amerikani ta' età avvanzata (46% ta' nies li għandhom 'il fuq minn 55 sena fl-Istati Uniti qatt ma użaw l-internet imqabbla ma' 59% fl-UE). Bil-kontra, fil-Korea u fil-Ġappun id-differenzi bejn gruppi soċjoekonomiċi huma anqas distakkati.

L-UE hija l-akbar suq tal-broadband fid-dinja

Fl-2009 is-suq tal-broadband tal-UE kien, għal darb'oħra, l-akbar wieħed fid-dinja. Kważi kwart miċ-ċittadini tal-UE (24.8%) għandhom abbonament ta' linja fissa bil-broadband. Għalkemm il-veloċitajiet tal-konnessjoni qed jiżdiedu, u 80% tal-linji fissi broadband fl-UE issa joffru veloċitajiet ta' 'l fuq minn 2 Mbps, 18% minnhom biss huma 'l fuq minn 10 Mbps. Filwaqt li dawn il-veloċitajiet huma biżżejjed għall-applikazzjonijiet bażiċi tal-web, mhumiex biżżejjed għal applikazzjonijiet aktar avvanzati bħal TV on demand. Ewropa 2020 stabbilixxiet miri ambizzjużi għall-Ewropej kollha biex ikollhom aċċess għal broadband bi 30 Mbps jew aktar. Veloċitajiet ogħla se jirrikjedu bidla għal netwerks ta' aċċess għall-ġenerazzjoni li jmiss (Next Generation Access). L-UE għadha lura ħafna mill-pajjiżi bħall-Korea u l-Ġappun fl-iskjerament ta' netwerks bħal dawn. Il-migrazzjoni għal kapaċità ogħla ta’ broadband hija sfida strutturali importanti għas-settur kollu tat-telekomuniakzzjonijiet.

Is-suq uniku onlajn

Minbarra li għandu rwol sinfikanti fit-tkabbir tal-ekonomija Ewropea, l-internet għandu użu potenzjali kbir biex isaħħaħ is-suq uniku. Madankollu, il-livell ta' eCommerce u eBusiness ivarja madwar l-Istati Membri u t-tranżazzjonijiet transkonfinali huma limitati. Għalkemm 54% tal-utenti tal-internet jixtru jew ibiegħu prodotti permezz tal-internet, 22% minnhom biss jagħmluh minn pajjiżi oħra tal-UE. Bil-kontra, fl-Istati Uniti l-eCommerce hija aktar mifruxa b'75% tal-utenti tal-internet jixtru jew ibiegħu onlajn. Dan juri li l-Ewropa hija nieqsa minn suq uniku diġitali tassew, li huwa essenzjali sabiex jiġi xprunat it-tkabbir ta' impriżi Ewropej żgħar u ta' daqs medju u biex il-konsumaturi jingħataw aktar għażla bi prezzijiet kompetittivi.

It-test sħiħ tar-rapport, skeda tal-fatti tal-pajjiżi, studji relatati u rapporti jinsabu fuq:

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=5789

Annex

Figure 1: ICT value added in % GDP (2007)

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurostat and IPTS-JRC

Figure 2: Contribution of ICT and non-ICT sectors to total BERD intensity (% GDP, 2007)

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: IPTS-JRC

Figure 3 Broadband penetration rate, January 2010

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Communication Committee

Figure 4: Fixed broadband lines by speed, January 2010

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Communication Committee

Figure 5: FTTx deployment in the EU, US, Japan and South Korea

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Commission Services on the basis of Point Topic

Figure 6: Domestic and cross-border Internet purchases, 2009 (in % of internet users during last year)

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurostat Community Survey on ICT Usage by Households and by Individuals

Figure 7: Trend in % regular internet users in the EU, Iceland, Norway and Croatia, 2008-2009

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurostat Community Survey on ICT Usage by Households and by Individuals

Figure 8: Internet use as a % of population (EU27) by usage frequency

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurostat Community Survey on ICT Usage by Households and by Individuals


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site