Navigation path
Left navigation
Additional tools
IP/10/556 Brussell, 12 ta' Mejju 2010 Stħarriġ: Il-programm tal-UE Żgħażagħ fl-Azzjoni jagħti spinta lill-ħiliet tal-lingwa u lill-opportunitajiet tax-xogħol Skont stħarriġ reċenti mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea, ħamsa u disgħin fil-mija taż-żgħażagħ li jieħdu sehem fi proġetti sostnuti mill-programm tal-Unjoni Ewropea Żgħażagħ fl-Azzjoni tejbu l-ħiliet tagħhom fil-lingwa u 66 % jemmnu li l-esperjenza żiedet il-possibbiltajiet tagħhom li jsibu xogħol. Sittin fil-mija vvotaw fl-elezzjonijiet tal-2009 tal-Parlament Ewropew, meta mqabbla ma' medja ta' 29 % fost iż-żgħażagħ Ewropej. Dawn huma r-riżultati ewlenin ta' stħarriġ fost 4 550 żgħażugħ/a, ħaddiema żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li sar fil-bidu tal-2010. L-istħarriġ juri li l-fondi tal-UE tal-proġetti taż-żgħażagħ għandhom impatt pożittiv fuq il-parteċipanti. L-istħarriġ sar fl-Istati Membri kollha u ffoka fuq parteċipanti fi proġetti transnazzjonali. Dan issa se jsir eżerċizzju regolari fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-impatt tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni. Riżultati prinċipali tal-istħarriġ Fost il-parteċipanti żgħażagħ:
Fost il-ħaddiema żgħażagħ:
Fost l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ:
Meta ġew mistoqsija jekk kinux qed jipparteċipaw f'inizjattiva internazzjonali ġdida jew Ewropea sa minn tmiem il-proġett tagħhom jew humiex qed jippjanaw li jagħmlu dan fil-futur, 83 % tal-parteċipanti żgħażagħ, 96 % tal-ħaddiema żgħażagħ u 97 % tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ wieġbu pożittiv. Ir-riżultati prinċipali tal-istħarriġ fid-dettall
Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
Tweġibiet minn parteċipanti żgħażagħ fuq l-impatt fuq ċerti attitudnijiet
Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
Il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-2009 tal-Parlament Ewropew
Ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ jikkonfermaw, mil-lat tal-benefiċjarji nnifishom, l-effettività tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, fir-rigward taż-żewġ għanijiet prinċipali tiegħu: li joffri opportunitajiet liż-żgħażagħ biex jiksbu kapaċitajiet ġodda permezz ta' tagħlim mhux formali u jinkoraġġixxihom biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà. B'baġit totali annwali ta' madwar EUR 140 miljun, Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-13) kull sena jsostni aktar minn 7 000 proġett li jinvolvu aktar minn 130 000 parteċipant. Attenzjoni partikolari tingħata lil żgħażagħ żvantaġġati. Il-programm isostni varjetà kbira ta' attivitajiet li jinkludi skambji taż-żgħażagħ, servizz volontarju transnazzjonali kif ukoll taħriġ u networking għal ħaddiema żgħażagħ. Biex tkun taf aktar: Rapport sħiħ tal-istħarriġ u tagħrif dwar il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni: http://ec.europa.eu/youth/index_en.htm http://www.europarl.europa.eu/pdf/eurobarometre/post_electoral/EB71.3-FocusonAge-EN.pdf |
Side Bar