Navigation path

Left navigation

Additional tools

Is-sikurezza marittima: Il-Kummissjoni tibgħat opinjoni motivata lill-Malta dwar il-kontroll mill-istat tal-port

European Commission - IP/10/512   05/05/2010

Other available languages: EN FR DE

IP/10/512

Brussell, il-5 ta' Mejju 2010

Is-sikurezza marittima: Il-Kummissjoni tibgħat opinjoni motivata lill-Malta dwar il-kontroll mill-istat tal-port

Il-Kummissjoni Ewropea llum bagħtet opinjoni motivata lill-awtoritajiet Maltin minħabba n-nuqqas li tiġi implimentata kif xieraq id-direttiva tal-UE dwar il-kontroll mill-istat tal-port. Din id-Direttiva hija strument ta’ qofol fil-kamp tas-sikurezza marittima, immirata lejn il-ġlieda kontra t-tbaħħir ta’ standards baxxi fl-Unjoni Ewropea. Malta teħtieġ tikkonforma mat-talba fi żmien xahrejn, u fin-nuqqas ta’ dan il-każ jista' jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

Ir-regoli tal-UE

Id-Direttiva 95/21/KE dwar il-kontroll mill-istat tal-port timmira li tnaqqas it-tbaħħir ta’ standards baxxi fl-ilmijiet Komunitarji billi tistabilixxi kriterji komuni dwar il-kontroll tal-bastimenti minn kwalunkwe stat tal-port u tarmonizza proċeduri dwar l-ispezzjoni u d-detenzjoni.

Sabiex jgħinu fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE, l-Istati Membri jridu jinformaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ bastimenti individwali li jidħlu fil-portijiet tagħhom u bl-għadd ta’ spetturi disponibbli.

Id-Direttiva teħtieġ ukoll li titwaqqaf sistema ta' penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta’ ksur tal-miżuri implimentattivi nazzjonali. Pereżempju, għandhom jiġu imposti penali jekk il-kaptan jonqos milli jinnotifika l-informazzjoni obbligatorja lill-awtoritajiet tal-port biex jevadi l-ispezzjoni.

Ir-raġuni għall-azzjoni tal-lum

L-azzjoni tal-Kummissjoni nbdiet wara żjara ta’ spezzjoni li saret f'Malta mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima. Dawn iż-żjarat huma parti minn programm ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni maħsub biex jivvaluta kif id-direttiva tkun qed tiġi implimentata fil-prattika f'kull Stat Membru.

Il-Kummissjoni tqis li Malta naqset milli tipprovdilha l-informazzjoni mitluba (l-għadd ta’ vapuri li daħlu fil-port u l-għadd ta’ spetturi) u naqset milli timponi penali.

L-effett prattiku tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni

Dan in-nuqqas ta’ konfrmità mad-Direttiva dwar il-kontroll mill-istat tal-port jipperikola s-sikurezza marittima bir-riskji li din timplika għall-ambjent.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website