Navigation path

Left navigation

Additional tools

Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa: Il-Kummissjoni tniedi l-Premju Lorenzo Natali 2010 għall-ġurnaliżmu relatat mal-iżvilupp.

European Commission - IP/10/482   30/04/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/482

Brussell, it-30 ta' April 2010

Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa: Il-Kummissjoni tniedi l-Premju Lorenzo Natali 2010 għall-ġurnaliżmu relatat mal-iżvilupp.

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa fit-3 ta' Mejju li ġej, il-Kummissjoni Ewropea se tniedi uffiċjalment il-Premju Lorenzo Natali 2010. Dan il-premju dinji, organizzat flimkien ma' Reporters sans Frontières u l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Gazzetti, tippremja l-aħjar xogħlijiet ġurnalistiċi dwar it-temi tal-Iżviupp, id-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, iddikjara: "Permezz tal-Premju Lorenzo Natali, il-Kummissjoni Ewropea tippremja l-ġurnalisti li jikkontribwixxu għall-progress fil-kwistjonijiet ta' żvilupp, demokrazija u drittijiet tal-bniedem. Bosta minnhom iwettqu xogħolhom f'kundizzjonijiet spiss diffiċli, iżda l-ħidma tagħhom biex juru r-realtà fil-post hija indispensabbli biex iċ-ċittadini tagħna jkunu konxji tal-importanza tal-politika tal-iżvilupp. Għalhekk irridu ngħinuhom ikomplu l-missjoni ta' informazzjoni tagħhom biex javvanzaw fil-ġlieda kontra l-faqar.

Il-Premju Natali huwa premju internazzjonali li jippremja, mill-1992, l-aħjar xogħlijiet ġurnalistiċi li jirrigwardaw kwistjonijiet ta' żvilupp, demokrazija u drittijiet tal-bniedem. Huwa miftuħ għal ġurnalisti tat-televiżjoni, tar-radju u tal-istampa miktuba jew onlajn. Fl-2009, ħadu sehem iktar minn 1000 ġurnalist minn 130 pajjiż differenti.

Il-ġurnalisti li jixtiequ jippreżentaw il-kandidatura tagħhom jistgħu jagħmlu dan sat-31 ta' Awwissu 2010 (www.nataliprize2010.eu). Ir-rebbieħa jiġu mħabbra fix-xahar ta' Diċembru waqt ċerimonja ta' għoti tal-Premijiet li se ssir Brussell, fil-preżenza tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs.

B’kollox se jingħataw EUR 60.000 fi premji lil 17-il ġurnalist mill-Afrika, l-Ewropa, il-Maghreb/ Lvant Nofsani, l-Ażja u l-Amerika Latina/Karibew.

Kuntest:

Għal dawn l-aħħar għoxrin sena, il-Premju Lorenzo Natali huwa parti integrali tal-politika ta' żvilupp tal-Kummissjoni Ewropea. Id-difiża tal-libertà tal-espressjoni, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, tippermetti azzjoni għal governanza tajba, għall-paċi u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għixien fil-pajjiżi l-iktar fqar.

Biex torganizza l-Premju Lorenzo Natali, il-Kummissjoni Ewropea din is-sena se terġa' tingħaqad mal-assoċjazzjonijiet dinjin tal-istampa fosthom dawk l-iktar magħrufa:

  • Reporters Sans Frontières, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb fl-2005.

  • L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Gazzetti (WAN IFRA - World Association of Newspapers and News Publishers), li tirrappreżenta b'kollox iktar minn 18 000 pubblikazzjoni fuq il-ħames kontinenti.

Lorenzo Natali (1922-1990), Kummissarju Ewropew u Viċi President tal-Kummissjoni bejn l-1976 u l-1989, kien inkarigat mill-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp bejn l-1985 u l- 1989.

Għal iktar tagħrif: http://www.nataliprize2010.eu


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website