Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-industriji kulturali u kreattivi futuri

European Commission - IP/10/466   27/04/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/466

Brussell, 27 ta' April 2010

Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-industriji kulturali u kreattivi futuri

Illum il-Kummissjoni Ewropea se tniedi konsultazzjoni pubblika online immirata lejn l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tal-industriji kulturali u kreattivi Ewropej. Il-konsultazzjoni hija marbuta ma' Green Paper ġdida li tenfasizza l-bżonn biex jittejjeb l-aċċess għall-iffinanzjar, speċjalment għan-negozji ż-żgħar, bħala importanti ħafna biex jgħin is-settur jiffjorixxi u biex jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli u inkluziv.

"L-industriji kulturali u kreattivi tal-Ewropa mhux biss huma essenzjali għad-diversità kulturali tal-kontinent tagħna;iżda huma wkoll wieħed mis-setturi ekonomiċi l-iktar dinamiċi tagħna.Għandhom rwol importanti biex jgħinu lill-Ewropa toħroġ mill-kriżi," qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Il-Kummissarju sejjer iniedi konsultazzjoni pubblika f'konferenza għall-istampa fi Brussell illum ma' Peter Dundas, id-Direttur Kreattiv ta' Emilio Pucci, waħda mill-iktar ditti antiki lussużi Taljani.

"Bi pjaċir nilqa' t-tnedija tal-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea għaliex din tenfasizza r-rwol ċentrali tas-setturi artistiċi u kreattivi fl-ixprunar tat-tkabbir ekonomiku Ewropew," qal is-Sur Dundas.

Is-settur, li jinkludi l-arti tal-ispettaklu, l-arti viżwali, il-wirt kulturali, il-films, it-televiżjoni u r-radju, il-mużika, l-istampar, il-logħbiet elettroniċi, il-midja l-ġdida, l-arkitettura, id-disinn, il-moda, u r-riklamar, jipprovdi xogħlijiet ta' kwalità għal ħames miljun ruħ fl-UE.


Jikkontribwixxi 2,6 % għall-PGD Ewropew – li huwa ogħla mill-kontribut ta' ħafna industriji ta' manifattura oħrajn. L-industriji kulturali u kreattivi wkoll qed jikbru iktar malajr mill-biċċa l-kbira tal-partijiet l-oħra tal-ekonomija.

Id-diġitizzazzjoni u l-globalizzazzjoni qed jiftħu opportunitajiet ġodda tas-suq, b'mod partikolari għan-negozji ż-żgħar. Iżda dawn in-negozji ħafna drabi jiffaċċjaw l-ostakoli biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tħeġġeġ lill-partijiet interessati u oħrajn biex jikkunsidraw mistoqsijiet bħal:

Kif nistgħu niffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li l-uniku assi tagħhom huwa l-kreattività?

Kif tista' l-UE tgħin biex tiżgura t-taħlita t-tajba ta' ħiliet kreattivi u maniġerjali f'dawn is-setturi?

Kif nistgħu nrawmu iktar innovazzjoni u esperimentazzjoni, inkluż l-użu iktar wiesa' ta' teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni?

L-industriji kulturali u kreattivi jikkontribwixxu wkoll għall-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tal-bliet u r-reġjuni tagħna. Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura bħal Lille, Liverpool u oħrajn juru li dan is-settur joħloq ix-xogħol u jgħin fit-trasformazzjoni tal-immaġini tal-bliet. Filwaqt li jiżviluppaw l-ewwel fil-livelli lokali u reġjunali, l-industriji kulturali u kreattivi potenzjalment jilħqu firxa globali, u b'hekk jikkontribwixxu għal preżenza Ewropea mad-dinja kollha. L-appoġġ fl-ambjent lokali u reġjunali tagħhom jista' jgħin billi jagħtihom spinta biex jilħqu suċċess globali.

L-industriji kulturali u kreattivi jista' wkoll ikollhom effetti ta' benefiċċju fuq medda wiesgħa ta' negozji oħra u s-soċjetà b'mod ġenerali. Id-deżinjaturi, per eżempju, bil-mod il-mod saru parti essenzjali mit-tim tal-maniġment ta' bosta kumpaniji kbar.

Il-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Green Paper se tibqa' għaddejja sal-aħħar ta' Lulju. Id-dettalji huma disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali kollha tal-UE:

http://ec.europa.eu/culture/our-policy-development/doc2577_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website