Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/36

Brussell, 2 0 ta' Jannar 2010

L-UE tniedi s-Sena Ewropea 2010: Waqqaf il-faqar issa!

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Spanjola tal-UE għada se jniedu s-Sena Ewropea 2010 għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. Bis-slogan “Waqqaf il-Faqar Issa!”, il-kampanja qed timmira biex matul l-2010 tqiegħed il-ġlieda kontra l-faqar – li jaffettwa direttament wieħed minn kull sitt Ewropej – fiċ-ċentru tal-attenzjoni madwar l-UE. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Durão Barroso u l-Prim Ministru Spanjol José Luis Rodríguez Zapatero se jinawguraw is-Sena waqt attività ta' tnedija li se ssir għada f'Madrid.

"Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni sp eċjali għandha rwol fundamentali biex noħorġu mill-kriżi. Fis-soċjetà spiss huma l-persuni vulnerabbli li jispiċċaw l-agħar li jintlaqtu mill-impatti ta' riċessjoni. Huwa għalhekk li s-Sena Ewropea 2010 għandha sservi bħala katalizzatur biex jitqajjem l-għarfien u biex jissawwar impetu għal soċjetà iktar inklussiva u li tagħmel parti intrinsika mill-istrateġija futura tal-UE tal-2020 li jien ipproponejt," qal il-President tal-Kummissjoni José Manuel Durão Barroso.

Vladimír Špidla, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċ jali u l-Opportunitajiet Indaqs żied jgħid: “Wieħed minn sitta min-nies fl-Ewropea jiffaċċja kuljum ġlieda biex ilaħħaq mal-ħajja, iżda l-faqar jista' jaffettwa wkoll lilna – u lis-soċjetajiet tagħna b'mod sħiħ. Filwaqt li bosta mill-għodda biex ikun ittrattat il-faqar jinsabu fil-livell nazzjonali, tliet kwarti tal-Ewropej jistennew ukoll li l-UE tgħin. Is-Sena Ewropea tpoġġi din il-kwistjoni fil-quċċata tal-aġenda biex l-Ewropa kollha kemm hi tkun tista’ tingħaqad biex ikunu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali."

Kważi 80 miljun Ewropew – jew 1 7 % tan-nies madwar l-UE – bħalissa qed jgħixu taħt il-livell tal-faqar. Dan il-fatt allarmanti ħalla effett kbir fuq l-opinjoni pubblika skont stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru dwar l-attitudnijiet lejn il-faqar (ara wkoll IP/09/1585 ). Il-maġġoranza vasta tal-Ewropej (73 %) iqisu l-faqar bħala problema mifruxa ma' kullimkien f'pajjiżhom, b’89 % jitolbu għal azzjoni urġenti mill-gvern tagħhom biex tinstab soluzzjoni għall-problema. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tan-nies iqisu l-gvern nazzjonali tagħhom bħala l-ewwel istituzzjoni responsabbli, 74 % tan-nies jistennew ukoll li l-UE jkollha rwol importanti.

Is-Sena Ewropea 2010 għandha l-għan li tqajjem għarfien akbar tal-kawżi u l-konsegwenzi tal-faqar fl-Ewropa, kemm fost l-operaturi ewlenin bħall-gvernijiet u l-imsieħba soċjali u kemm fost il-pubbliku inġenerali. Hija għandha wkoll l-għan li timmobilizza dawn l-imsieħba differenti fil-ġlieda kontra l-faqar; tippromwovi l-integrazzjoni soċjali u l-inklużjoni; u tinkoraġġixxi impenji ċari biex jitfasslu politiki tal-UE u nazzjonali biex ikunu ttrattati l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

L-attivitajiet tas-Sena se jkunu fil-biċċa l-kbira diċentralizzati, bi programmi nazzjonali mfassla minn kull wieħed mid-29 pajjiż li jkunu qed jieħdu sehem (is-27 pajjiż tal-UE flimkien man-Norveġja u l-Islanda). Baġit ta’ EUR 17-il miljun se jappoġġja l-kampaniji biex jitqajjem l-għarfien fil-livelli Ewropej u nazzjonali u mijiet ta’ proġetti nazzjonali marbuta mal-prijoritajiet nazzjonali differenti.

Il-kampanja ta’ komunikazzjoni tas-Sena Ewropea se tinkludi kompetizzjoni għall-ġurnalisti, inizjattiva tal-arti u ġim agħtejn speċjali meta diversi avvenimenti nazzjonali madwar l-UE jkunu kkonċentrati fuq ġimagħtejn f’Mejju u f’Ottubru. Is-Sena tintemm b’konferenza tal-għeluq fis-17 ta’ Diċembru fi Brussell, taħt il-Presidenza Belġjana tal-UE.

Il-websajt tal-kampanja ( http://www.2010againstpoverty.eu ) tinkludi pjattaforma tal-imsieħba biex tistimula n-netwerking u l-inizjattivi bi sħab fost l-operaturi ewlenin, bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-websajt se tkun ukoll vetrina għall-attivitajiet f’kull pajjiż li jkun qed jipparteċipa.

Ara wkoll Memo 10/08

Aktar tagħrif

Is-Sena Ewropea 2010 għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

http://www.2010againstpoverty.eu

Video News Release : Poverty is still a reality in Europe

http://www.tvlink.org/mediadetails.php?key=a4caf6e35e7b306be79b&title=Poverty+is+still+a+reality+in+Europe&titleleft=Social%20affairs

Stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-attitudnijiet lejn il-faqar u l-esklużjoni soċjali – (rapport sħiħ, rapport fil-qosor u folji bil-fatti skont il-pajjiż)

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb_special_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website