Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tmexxi 'l quddiem 10 pajjiżi biex iġġib ċertezza legali lil tfal u ġenituri fi żwieġijiet transkonfinali

European Commission - IP/10/347   24/03/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/347

Brussell, 24 ta’ Marzu 2010

Il-Kummissjoni Ewropea tmexxi 'l quddiem 10 pajjiżi biex iġġib ċertezza legali lil tfal u ġenituri fi żwieġijiet transkonfinali

Awstrijaka tiżżewweġ Ingliż fir-Renju Unit. Il-koppja jgħixu għal sentejn fl-Awstrija ma' binhom. Ir-raġel imbagħad jitlaq u l-mara tixtieq id-divorzju. Madanakollu, ma tafx liema liġi tapplika għad-divorzju tagħha. Tista' ġġib divorzju skont il-liġi Awstrijaka jew tapplika il-liġi tar-Renju Unit? Eluf ta' Ewropej isibu ruħhom f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal dawn kull sena minħabba li kull pajjiż tal-UE għandu s-sistema tiegħu biex jiddeċiedi l-liġi ta' liema pajjiż tapplika għad-divorzji. Il-Kummissjoni Ewropea illum ipproponinet soluzzjoni konkreta: liġi li tippermetti lill-koppji li jagħżlu l-liġi ta' liema pajjiż tapplika għad-divorzju tagħhom. Ir-Regolament tal-UE propost se jgħin lill-koppji ta' nazzjonalità differenti, koppji li jgħixu separati f'pajjiżi differenti, jew li jgħixu flimkien f'pajjiż li mhux pajjiżhom. L-għan hu li jitnaqqas il-piż fuq it-tfal u li jkun protett is-sieħeb iktar dgħajjef fi kwestjonijiet ta' divorzju. Isiru madwar 300 000 żwieġijiet internazzjonali kull sena fl-UE. Il-proporsta tal-lum issegwi talba minn 10 Stati Membri (l-Awstrija, il-Bulgarija, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Romanija, is-Slovenja u Spanja) u għandha tkun l-ewwel darba li l-mekkaniżmu ta' "kooperazzjoni msaħħa" jkun użat fl-istorja tal-UE.

"Koppji internazzjonali jistgħu jiltaqgħu ma problemi legali arbitrarji li jwasslu t-traġedja tad-divorzju f'diżastru finanzjarju u emotiv, u b'hekk jagħmlu l-ħajja ta' nies iktar diffiċli," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissjoni tal-UE għal Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. "Eluf ta' koppji isibu lilhom infushom f'sitwazzjonijiet personali diffiċli minħabba li s-sistemi legali nazzjonali ma jipprovdu ebda tweġiba ċara. F'ħafna każi, it-tfal u s-sieħeb l-iktar dgħajjef isofru. Jien ma rridx li n-nies fl-UE ikollhom ilaħħqu mal-komplikazzjonijiet ta' divorzji internazzjonali waħedhom. Nixtieq li jkollhom regoli ċari sabiex ikunu jafu dejjem il-pożizzjoni tagħhom. Għalhekk iddeċidejna li nimxu 'l quddiem illum."

Is-sitwazzjoni attwali għall-koppji transkonfinali hija kumplessa:

  • 20 pajjiż tal-UE jiddeċiedu l-liġi ta' liema pajjiż tapplika skont il-fatturi li jorbtu mal-pajjiżi bħal ma huma n-nazzjonalità u r-residenza għal żmien twil sabiex id-divorzju tal-konjuġi jkun irregolat minn liġi relevanti għalihom.

  • 7 Stati Membri tal-UE (id-Danimarka, il-Latvja, l-Irlanda, Ċipru, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) japplikaw il-liġi nazzjonali.

Dawn ir-regoli tal-liġi applikabbli konflittwali iwasslu għal kumplikazzjonijiet legali u spejjeż kbar, u b'hekk divorzji konsenswali u ppjanati isiru itqal.

Il-Kummissjoni illum pproponiet formula komuni biex ikunu deċiżi r-regoli ta' liema pajjiż japplikaw għall-koppji internazzjonali. Skont ir-Regolament propost:

  • Il-koppji internazzjonali se jkollhom iktar kontroll fuq is-separazzjoni tagħhom. Se jkunu jistgħu jiddeċiedu l-liġi ta' liema pajjiż tapplika għad-divorzju, sakemm wieħed mill-konjuġi jkollu rabta ma' dak il-pajjiż. Pereżempju, koppja Svediża-Litwana li jgħixu l-Italja jistgħu jitolbu lill-qorti Taljana biex tapplika l-liġi Svediża jew Litwana;

  • Il-qrati jkollhom formola komuni biex jiddeċiedu l-liġi ta' liema pajjiż tapplika meta l-koppji ma jkunux jistgħu jiftehmu bejnithom.

Il-koppji jkunu jistgħu jaqblu wkoll liema liġi tapplika għad-divorzju tagħhom ukoll meta ma jippjanawx li jisseparaw. Dan għandu jagħtihom ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà ikbar u għandu jgħin biex jipproteġi l-konjuġi u t-tfal tagħhom minn proċeduri kumplessi, twal u ta' tbatija.

Il-proposti huma mfassla wkoll biex jipproteġu s-sieħeb l-iktar dgħajjef milli jkun fi żvantaġġ inġust fil-proċeduri ta' divorzju. Bħalissa, is-sieħeb li jista' jippermetti spejjeż tal-ivvjaġġar u tariffi legali jista' "jiġri lejn il-qorti" f'pajjiż ieħor sabiex il-każ ikun irregolat minn liġi li tissalvagwardja l-interessi tiegħu. Pereżempju, jekk sieħeb wieħed minn koppja Polakka jmur jgħix fil-Finlandja, dan wara sena jista' jitlob għal divorzju hemm mingħajr il-kunsens tas-sieħeb l-ieħor.

Ir-regoli l-ġodda għandhom jindirizzaw dan it-tip ta' "xiri ta' forum" fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw billi jiggarantixxu li tapplika l-liġi tal-pajjiż li fih is-sieħeb l-iktar dgħajjef jgħix mal-konjuġi jew fil-pajjiż fejn il-konjuġi għix l-aħħar.

L-Istati Membri tal-UE issa għandhom jivvutaw dwar jekk l-10 pajjiżi jistgħux ikomplu bil-kooperazzjoni msaħħa. Il-Parlament Ewropew jrid jagħti l-kunsens tiegħu wkoll. "Għaxar pajjiż talbu lill-Kummissjoni biex tipproponi soluzzjoni. L-użu tal-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa huwa sinjal tajjeb li l-UE għandha l-flessibbiltà biex tgħin liċ-ċittadini tagħha, ukoll fi kwestjonijiet legali diffiċli. Il-mira tiegħi hi li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu l-vantaġġ sħiħ tad-dritt li jgħixu u jaħdmu fi ħdan il-fruntieri tal-Ewropa kollha," qalet il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja Viviane Reding.

Sfond

Il-Kummissjoni l-ewwel li pproponiet għajnuna għall-koppji internazzjonali kien fl-2006, iżda l-pjan ('l hekk imsejjaħ "ir-Regolament Rome III") ma ġabx l-appoġġ unanimu meħtieġ tal-gvernijiet tal-UE. Minn dak iż-żmien, 10 pajjiżi tal-UE (l-Awstrija, il-Bulgarija, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Romanija, is-Slovenja u Spanja) qalu li jixtiequ jużaw 'l hekk imsejjħa kooperazzjoni msaħħa biex jimxu 'l quddiem f'din il-miżura. Skont it-Trattati tal-UE, il-kooperazzjoni msaħħa tippermetti disa' pajjiżi jew aktar li jimxu 'l quddiem dwar miżura li hija importanti, iżda imblukkata minn minoranza żgħira ta' Stati Membri. Il-pajjiżi l-oħra tal-UE iżommu d-dritt li jingħaqdu mal-miżura meta jridu.

Ir-Regolament propost illum m'għandu ebda effett fuq l-abilità tal-Istati Membri li jiddefinixxu żwieġ.

MEMO/10/100

Il-proposta tal-lum tista' tinstab fuq il-websajt:

http://ec.europa.eu/justice_home/news/intro/news_intro_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website