Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/10/ 33

Brussell, 19 ta’ Jannar 2010

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-pubbliku biex jivvota fil-kompetizzjoni għall-kartellun ta’ Jum l-Ewropa 2010

Il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar nediet kompetizzjoni għal disinjaturi grafiċi żgħażagħ biex joħolqu l-kartellun tagħha għal Jum l-Ewropa għas-sena 2010. Ġurija ta’ esperti Ewropej fil-qasam tad-disinn u l-komunikazzjoni għażlu 10 finalisti fost aktar minn 1 700 konkorrent. L-10 proposti finalisti issa huma miftuħa għal vot pubbliku fuq il-websajt tal-kompetizzjoni.

"Din il-kompetizzjoni tat lill-Kummissjoni opportunità kbira biex tattira l-attenzjoni u turi kif iż-żgħażagħ jaraw l-Ewropa," qalet Margot Wallström, Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Komunikazzjoni. Id-disinn rebbieħ isir il-kartellun uffiċjali għall-Jum l-Ewropa mid-9 ta’ Mejju 2010 ’l quddiem u jitqassam fis-27 pajjiż tal-UE. Ir-rebbieħ u ż-żewġ runners-up se jirċievu vjaġġ kollu mħallas għal Brussell biex jattendu għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f’Mejju 2010 u premju fi flus ta’ EUR 2 000 u EUR 1 000 rispettivament. Barra li jirriflettu t-tema magħżula għall-kompetizzjoni tal-kartellun għal Jum l-Ewropa, ‛Jien ♥ l-Ewropa’, il-kontribuzzjonijiet tal-10 finalisti jistgħu wkoll jintużaw f’wirjiet organizzati mill-Kummissjoni Ewropea jew minn rappreżentanti tal-UE fl-Istati Membri kif ukoll f’materjal ta’ pubbliċità.

Il-voti jistgħu jkunu mitfugħa fil-websajt tal-kompetizzjoni sal-31 ta’ Jannar 2010: http://www.designeurope2010.eu/

Biex tirċievi aġġornamenti regolari dwar il-progress tal-voti inti tista’ tissieħeb fil-grupp Facebook fuq: http://www.facebook.com/group.php?gid=131496902480


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site