Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-UE tiċċelebra l-25 anniversarju tal-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura

European Commission - IP/10/334   22/03/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO GA

IP/10/334

Brussell, 22 ta’ Marzu 2010

L-UE tiċċelebra l-25 anniversarju tal-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura

Fit-23-24 ta' Marzu, il-Kummissjoni Ewropea se tiċċelebra l-25 anniversarju tal-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura b'konferenza u wirja fi Brussell li għaliha għandhom jattendu aktar minn 400 rappreżentant tal-Ibliet Kapitali tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni kif ukoll ħafna operaturi kulturali oħra. Il-President José Manuel Barroso u l-Kummissarju Androulla Vassiliou se jinawguraw l-avveniment, flimkien ma' Doris Pack, il-President tal-Kumitat Kulturali tal-Parlament Ewropew. L-għan tal-konferenza huwa l-qsim tal-esperjenzi u l-prattika tajba kif ukoll l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura mit-tnedija tagħha fl-1985.

Il-President Barroso stqarr: "Din l-inizjattiva hija illustrazzjoni ċara tal-impenn tal-UE għad-diversità kulturali u turi wkoll kif il-kultura tista' tgħaqqad il-poplu fl-Ewropa. Nixtieq nirringrazzja lill-ibliet kollha li poġġew lill-Ewropa fuq quddiem matul is-sena tagħhom bħala Bliet Kapitali u nawgura lill-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura kull suċċess għall-25 sena li ġejjin.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, ikkummentat li: "Il-25 anniversarju għandu jkun opportunità biex wieħed jirrifletti dwar is-suċċess enormi tal-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura bħala forza qawwija li tħeġġeġ il-kreattività, il-ħolqien tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, ir-regenerazzjoni u t-turiżmu. Huwa wieħed mill-avvenimenti kulturali l-aktar konoxxuti fl-Ewropa u ninsab fiduċjuża li dan se jkompli jirrappreżenta l-aqwa li l-Ewropa għandha x'toffri fil-25 sena li ġejjin "

L-ewwel jum tal-konferenza se jkun iddedikat għaċ-ċelebrazzjoni uffiċjali, kif ukoll għal skambju ta' fehmiet bejn l-Ibliet Kapitali tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni. It-tieni jum għandu jkollu dimensjoni aktar strateġika u għandu jħares lejn l-impatt u l-wirt tal-inizjattiva.

Mill-ewwel Kapitali Ewropea tal-Kultura li nżammet f'Ateni fl-1985, aktar minn 40 belt mill-Ewropa kollha kellhom dan it-titlu. L-Ibliet Kapitali tal-Kultura għal din is-sena huma Essen għar-Ruhr (fil-Ġermanja), Pécs (fl-Ungerija) u Istanbul (fit-Turkija).

Il-miri prinċipali tal-proġett tal-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura huma:

  • L-enfasi tal-ġid u d-diversità tal-kulturi Ewropej;

  • Il-promozzjoni ta' fehim reċiproku bejn iċ-ċittadini Ewropej;

  • L-inkoraġġiment ta' sens ta' appartenenza fl-istess familja Ewropea billi nsiru konxji tal-għeruq komuni Ewropej tagħha u tal-ambizzjonijiet li għandna naqsmu fil-ġejjieni.

L-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura huma wkoll opportunità unika għar-reġenerazzjoni tal-ibliet fil-tul, billi jingħata spirtu ġdid lill-ħajja kulturali tagħhom, lill-industriji kreattivi tagħhom u permezz tat-trasformazzjoni tad-dehra tagħhom.

Il-mibkija Melina Mercouri, il-Ministru preċedenti tal-Kultura għall-Ġreċja kif ukoll attriċi magħrufa, kienet ħarġet bl-ideja tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura flimkien ma' Jack Lang, il-kontroparti tagħha fi Franza. (Ara l-lista sħiħa tal-ibliet kapitali hawn taħt).

Għal aktar tagħrif:

Dwar iċ-ċelebrazzjoni

http://ec.europa.eu/culture/news/news2459_en.htm

Dwar l-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura

http://ec.europa.eu/culture/our-programmes-and-actions/doc413_en.htm

Ara wkoll il - MEMO/10/93.

ANNESS: Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura, 1985-2011

1985 : Ateni (il-Greċja)

1986 : Firenze (l-Italja)

1987 : Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi)

1988 : Berlin (il-Ġermanja)

1989: Pariġi (Franza)

1990 : Glasgow (ir-Renju Unit)

1991 : Dublin (l-Irlanda)

1992 : Madrid (Spanja)

1993 : Antwerp (il-Belġju)

1994: Liżbona (il-Portugall)

1995 : il-Lussemburgu (il-Lussemburgu)

1996 : Kopenħagen (id-Danimarka)

1997 Tessaloniki (il-Greċja)

1998: Stokkolma (l-Iżvezja)

1999: Weimar (il-Ġermanja)

2000 : Bergen (in-Norveġja), Bologna (I-Italja), Brussell (il-Belġju), Helsinki (il-Finlandja), Krakovja (il-Polonja), Praga (ir-Repubblika Ċeka), Reykjavík (l-Iżlanda), Santiago de Compostela (Spanja)

2001: Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Porto (il-Portugall)

2002 : Bruges (il-Belġju) u Salamanca (Spanja)

2003 : Graz (l-Awstrija)

2004 : Genova (l-Italja) u Lille (Franza)

2005 : Kork (l-Irlanda)

2006 : Patras (il-Greċja)

2007 : Sibiu (ir-Rumanija) u l-Lussemburgu (il-Lussemburgu)

2008 : Liverpool (ir-Renju Unit) u Stavanger (in-Norveġja)

2009 : Vilnius (il-Litwanja) u Linz (l-Awstrija)

2010 : Istanbul (it-Turkija), Essen għar-Ruhr (il-Ġermanja) u Pécs (l-Ungerija)

2011 : Turku (il-Finlandja) u Tallinn (l-Estonja)

2010 : Guimarães (il-Portugall) u Maribor (is-Slovenja)

2011 : Marsilja (Franza) u Košice (is-Slovakkja)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website