Navigation path

Left navigation

Additional tools

Kultura: Il-Kummissjoni tipproponi Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mal-UE kollha

European Commission - IP/10/250   09/03/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO GA

IP/10/250

Brussell, id-9 ta' Marzu 2010

Kultura: Il-Kummissjoni tipproponi Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mal-UE kollha

Illum il-Kummissjoni Ewropea ipproponiet pjanijiet biex twaqqaf iċ-'Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew' bħala inizjattiva li tifrex mal-UE kollha. L-iskop taċ-ċertifikat huwa li jenfasizza siti li jiċċelebraw u jissimbolizzaw l-integrazzjoni, l-ideali u l-istorja Ewropea. Id-Deċiżjoni proposta biex jitwaqqaf dan iċ-ċertifikat se tkun ippreżentata lill-Kunsill tal-Ministri tal-UE u lill-Parlament Ewropew biex tkun adottata u tkun tista' tidħol fis-seħħ fl-2011 jew l-2012.

"Nemmen li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jgħin biex iżid l-għarfien pubbliku dwar il-patrimonju kulturali tagħna li huwa komuni għalina lkoll iżda li fl-istess waqt huwa daqshekk varjat kif ukoll biex tistimula t-turiżmu kulturali u d-djalogu interkulturali," qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Il-proposta tal-Kummissjoni tkompli tiżviluppa proġett intergovernattiv tal-2006 li kien jinvolvi 17-il Stat Membru. It-twessigħ taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew f'inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti kredibilità, viżibilità u prestiġju akbar.

Erbgħa u sittin sit ingħataw iċ-ċertifikat permezz tal-iskema attwali, abbażi tal-għażliet mill-Istati Membri individwali (ara l-anness għal-lista). Dawn jifirxu mid-dar ta' Robert Schuman, l-istatista Franċiż li kien wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-UE, fi Scy-Chazelles (Lorraine), għat-Tarzni ta' Gdansk, fejn twaqqfet Solidarność, l-ewwel trejdjunjin indipendenti f'pajjiż tal-Patt ta' Varsavja, li għinet biex tiġġenera l-avvenimenti li fl-aħħar kellhom iwasslu biex jingħaqad il-kontinent wara l-Gwerra Bierda.

Taħt l-iskema l-ġdida proposta, kull wieħed mis-27 Stat Membru se jkun jista' jinnomina sa żewġ siti kull sena biex jirċievu ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Bord magħmul minn esperti indipendenti se jivvaluta n-nomini u jagħżel sa massimu ta' sit wieħed għal kull sena f'kull pajjiż biex jingħata t-titolu. Il-parteċipazzjoni fl-iskema se tkun volontarja.

Il-benefiċċji ewlenin taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew se jkunu:

  • o pportunitajiet ġodda għal tagħlim dwar il-wirt kulturali Ewropew u l-valuri demokratiċi li jservu ta' pedament għall-istorja u l-integrazzjoni Ewropea

  • a ktar għarfien tat-turiżmu kulturali Ewropew, li jġib miegħu benefiċċji soċjali

  • k riterji ċari u trasparenti għall-Istati Membri li jieħdu sehem

  • p roċeduri ta' għażla u superviżjoni li għandhom jiżguraw li jingħataw il-marka dawk is-siti l-iktar rilevanti biss.

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew propost tal-UE huwa differenti minn inizjattivi ta' wirt kulturali oħra bħalma huma l-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO jew 'Ir-Rotot Kulturali Ewropej' tal-Kunsill tal-Ewropa għaliex huwa għandu:

  • j aħtar siti li kellhom rwol fundamentali fl-istorja tal-Unjoni Ewropea

  • j agħżel siti abbażi tal-valur simboliku Ewropew tagħhom iktar milli għas-sbuħija jew il-kwalità tal-arkitettura tagħhom

  • j enfasizza d-dimensjoni edukattiva, speċjalment għaż-żgħażagħ.

Anness: siti li ngħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew permezz tal-iskema attwali:

Iċ-Ċer tifikat tal-Patrimonju Ewropew – siti li ngħażlu mill-Istati Membri qabel

PAJJIŻ

SIT 1

IL-BELĠJU

Il-Palazz tal-Isqfijiet Prinċpijiet f'Li ège

Ix-xogħol tal-fuħħar ta' Raeren (il- komunità li titkellem bil-Ġermaniż)

Is-sit arkeoloġiku ta' Ename

Is-sit arkeoloġiku ta' Coudenberg

IL-BULGARIJA

Is-sit arkeoloġiku ta' Debelt

Il-mafkar Vassil Lev ski

Il-lokalità storika ta' Rousse

Iċ-ċentru tal-Mużika Boris Christoff

ĊIPRU

Il-fortifikazzjonijiet ta' Nicosia

Il-kastell ta' Kolossi

Is-sit ta' Kourion

Iċ-ċirkwit ta' sitt knejjes b'affreski Biżantini u post-Biżantini, Troodos

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Il-kastell ta' Kyn ž vart

Zlín, il-lokalità ta' Tom áš Bat'a

Vítkovice l-minjiera tal-faħam f'Ostrava

Il-mafkar ta' Anton í n Dvo řá k f' Vysok á u Příbrami

F RANZA

L-Abbazija ta' Cluny

Id-dar ta' Robert Schuman, qrib Metz

Il-Qorti tal-Palazz tal-Papa, Avignon

IL-GREĊJA

L-Akropolis, Ateni

Il-Palazz ta' Knossos

Is-sit arkeoloġiku ta' Poliochne

Is-sit Biżantin ta' Monemvasia

L-UNGERIJA

Il-kastell reali ta' Esztergom

Il-fortizza Szigetv á r

Il-kulleġġ Riformat u l-knisja l-kbira f'Debrecen

Il-palazz reali ta' Visegrád

L-ITALJA

Fejn twieldu Rossini, Puccini u Verdi

Fejn twieled Alcide De Gasperi

Il-ġżira Ventotene

Piazza Capitolina f'Ruma

IL-LATVIA

Iċ-ċentru storiku ta' Riga

Il-palazz Rund ā le

Il-lokalità ta' Kuld ī ga

IL-LITWANJA

Ix-xogħlijiet ta' Mikalojus Konstantinas Č iurlionis '

Iċ-ċentru storiku ta' Kaunas

Ir-reġjun ta' Ž emaitija (artijiet baxxi) u l-Għolja tas-Slaleb

Il-mużew tal-Vittmi tal-Ġenoċidju (1940-41) f'Vilnius

MALTA

Il-katakombi tar-Rabat

IL-POLONJA

It-tarzni ta' Gda ńsk

L-għolja ta' Lech f'Gniezno (il-katidral, il-knisja, il-palazzi, il-mużew)

Il-Katidral ta' S an Vaclav u Stanislav fi Krakovja

Il- belt ta' Lublin

IL-PORTUGALL

Il-katedral ta' Braga

Il-Kunvent ta' Ġesù f' Set ú bal

Il-librerija ġenerali tal-Università ta' Coimbra

It-tneħħija tal-piena kapitali

IR-RUMANIJA

Is-sit arkeoloġiku ta' Istria

Il-Palazz Cantacuzino f'Buk arest

L-Athenaeum Rum en f'Bukarest

Il-Park Br â ncu ş i f' T â rgu Jiu

IS-SLOVAKKJA

L-Arkitettura Ekkleżjastika Pre-Romaneska, il-knisja ta' Santa Margerita, Kop č any

Il-Kastell ta' Červený Kameň

It-Tomba tal-Ġenral Milan Rastislav Štefánik fi Bradlo

IS-SLOVENJA

Il-knisja kommemorattiva tal-Ispirtu s-Santu f'Javorca

L-isptar Franja ġewwa Dolenji Novaki

Iċ-ċimiterju ta' Zale f'Ljubljana

SPANJA

L-Arkivju tal-Kuruna ta' Aragona

il-Monasteru Reali ta' Yuste

Cap Finisterre

Ir-Residenza tal-Istudenti, Madrid

L-ISVIZZERA

Il- Katidral ta' San Pietru f'Ġinevra

Il-Kastell ta' La Sarraz

L-ospizju ta' San Gottardu

1 :

Dawn is-siti ntgħażlu mill-Istati Membri taħt il-kappa ta' arranġamenti intergovernattivi. Biex tiġi żgurata l-koerenza globali taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, is-siti fl-Unjoni Ewropea li ngħataw iċ-ċertifikat permezz tas-sistema intergovernattiva u li jixtiequ jiksbu ċ-Ċertifikat il-ġdid, jeħtieġu li jiġu vvalutati mill-ġdid bil-kriterji l-ġodda.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website