Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/10/ 225

Brussell, it-3 ta’ Marzu 2010

Ewropa 2020: Il-Kummissjoni tipproponi strateġija ekonomika ġdida fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni Ewropea nediet illum l-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex toħroġ mill-kriżi u tħejji l-ekonomija tal-UE għall-għaxar snin li j miss. Il-Kummissjoni tidentifika tliet muturi ewlenin għat-tkabbir, biex jiġu implimentati permezz ta' azzjonijiet konkreti fil-livelli tal-UE u dawk nazzjonali: It-tkabbir intelliġenti (il-promozzjoni tal-għarfien, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u soċjetà digitali), l-iżvilupp sostenibbli (il-produzzjoni ssir iktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività) u t-tkabbir inklussiv (tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-akkwist ta' ħiliet u l-ġlieda kontra l-faqar). Din il-ġlieda għat-tkabbir u l-impjiegi teħtieġ paternità fil-livell politiku l-aktar għoli u mobilizzazzjoni mill-atturi kollha mal-Ewropa. Ġew iffissati ħames miri li jiddefinixxu fejn għandha tasal l-UE sal-2020 u li fil-perspettiva tagħhom jitkejjel il-progress.

Il-president Barroso qal, "l-Ewropa 2020 hija dwar x'hemm bżonn nagħmlu llum u għada biex l-ekonomija terġa tiġi għal li kienet. Il-kriżi kixfet kwistjonijiet fundamentali u bixriet insostenibbli li ma nistgħux nibqgħu ninjoraw. L-Ewropa għandha defiċit tat-tkabbir li qed ipoġġi l-futur f'riskju. Jeħtieġ li b'mod deċiżiv nittrattaw id-dgħufijiet tagħna u nisfruttaw il-ħafna qawwiet li għandna. Neħtieġu nibnu mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq l-għarfien, ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u livell għoljin ta' impjieg. Din il-battalja teħtieġ mobilizzazzjoni mill-atturi kollha mal-Ewropa."

L-ewwel nett, l-Ewropa trid titgħallem il-lezzjonijiet mill-kriżi globali ekonomika u finanzjarja. L-ekonomiji tagħna huma intrinsikament marbutin. Ebda Stat Membru ma jista' jindirizza l-isfidi globali b'mod effettiv jekk jaġixxi waħdu. Inkunu iktar b'saħħitna jekk naġixxu flimkien, u ħruġ b'suċċess għalhekk jiddependi minn koordinament mill-qrib tal-politika ekonomika. Jekk ma nagħmlux hekk ir-riżultat jista' jkun "għaxar snin mitlufa" ta' tnaqqis ekonomiku relattiv, ħsara permanenti fit-tkabbir u livelli strutturalment għoljin ta' qgħad.

L-Istrateġija Ewropa 2020 għalhekk tippreżenta viżjoni għall-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa matul l-għaxar snin li ġejjin, u tistrieħ fuq tliet oqsma prijoritarji li huma marbutin flimkien u jsaħħu lil xulxin: Tkabbir intelliġenti, l-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni; Żvilupp sostenibbli, il-promozzjoni ta' ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva; u tkabbir inklussiv, li jinkoraġġixxi ekonomija b'livelli għoja ta' impjiegi li jwassal għal koeżjoni soċjali u territorjali.

Il-progress lejn dawn l-għanijiet se jitkejjel kontra ħames miri sommarji rappreżentrattivi fil-livell tal-UE, li l-Istati Membri se jintalbu jittraduċu f'miri nazzjonali li jirriflettu punti tat-tluq:

  • 75 % tal-popolazzjoni bejn l-etajiet 20-64 għandha jkollha impjieg.

  • 3 % tal-PGD tal-UE għandu jkun investit fir-R&Ż.

  • Għandhom jintlaħqu l-miri "20/20/20" dwar il-klima/enerġija.

  • Is-sehem ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola għandu jkun taħt l-10 % jew mill-inqas 40 % tal-ġenerazzjoni żagħżugħa għandu jkollha lawrja jew diploma.

  • 20 miljun ruħ inq as għandhom ikunu fir-riskju tal-faqar.

Sbiex jintlaħqu dawn il-miri, il-Kummissjoni tipproponi aġenda għall-programm Ewropa 2020 li jikkonsisti f'sensiela ta' inizjattivi mudell. L-implimentazzjoni ta' dawn l-inizjattivi hija priorità komuni, u se tkun teħtieġ azzjoni fil-livelli kollha: Organizzazzjonijiet fil-livell tal-UE, Stati Membri, awtoriajiet lokali u reġjonali.

  • Unjoni tal-innovazzjoni – iffukar mill-ġdid tar-R&Ż u l-politika dwar l-innovazzjoni fuq l-isfidi ewlenin tas-soċjetà, filwaqt li tingħalaq il-firda bejn ix-xjenza u s-suq sabiex l-innovazzjonijiet jittraduċu ruħhom fi prodotti. Bħala eżempju, il-Privattiva Komunitrja tista' tiffranka lill-impriżi EUE 289 miljun kull sena.

  • Żgħażagħ fil-mobilità – titjieb il-kwalità, u l-attrazzjoni internazzjonali tas-sistema edukattiva għolja Ewropea permezz tal-promozzjoni tal-mobilità fost l-istudenti u l-professjonisti żgħażagħ. Bħala azzjoni konkreta, il-postijiet vojta fl-Istati Membri kollha għandhom ikunu iktar aċċessibbli madwar l-Ewropa kollha u jkun hemm rikonoxximent xieraq tal-kwalifiki professjonali u l-esperjenza.

  • Aġenda diġitali għall-Ewropa – it-twassil ta' benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn Suq Uniku Diġitali bbażat fuq Internet b'veloċità qawwija. L-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għall-internet b'veloċità għolja sal-2013.

  • Ewropa effiċjenti fir-riżorsi – appoġġ għall-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u baxxa fl-emissjoni tal-karbonju. L-Ewropa għandha żżomm mal-miri tagħha tal-2020 f''dik li hi produzzjoni tal-enerġija, l-effiċjenza u l-konsum. Dan għandu jirriżulta fi tnaqqis ta' EUR 60 biljun ta' importazzjoni ta' żejt u gass sal-2020.

  • Politika industrijali għall-tkabbir ekoloġiku – għajnuna lill-bażi industrijali tal-UE biex tkun kompetittiva fid-dinja ta' wara l-kriżi, bil-promozzjoni tal-imprenditorija u l-iżvilupp ta' ħiliet ġodda. Dan għandu joħloq miljuni ta' impjiegi ġodda ;

  • Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda – il-ħolqien ta' kundizzjonijiet għall-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol, bil-għan li jiżdiedu l-impjiegi u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudelli soċjali tagħna, filwaqt li l-baby boomers jirtiraw ; u

  • Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar – tkun żgurata koeżjoni soċjali u territorjali permezz ta' għajnuna lill-fqar u lil dawk li huma soċjalment esklużi filwaqt li tippermettilhom jieħdu sehem attiv fis-soċjetà.

L-ambizzjoni tal-Ewropa 2020 tfisser li t-tmexxija u r-responsabbiltà jeħtieġ jittieħdu f'livell ġdid. Il-Kummissjoni tistieden lill-Kapijiet tal-Istati u l-Gvernijiet biex jieħdu paternità ta' din l-Istrateġija u jirratifikawha fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa. Ir-rwol tal-Parlament Ewropew ukoll se jikber.

Il-metodi ta' governanza se jissaħħu sabiex ikun żgurat li l-impenji jittraduċu ruħhom f'azzjoni konkreta fil-post. Il-Kummissjoni se tissorvelja l-progress. Ir-Rappurtaġġ u l-evalwazzjoni kemm taħt l-Ewropa 2-020 u l-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir (SGP) se jsiru b'mod simultanju (filwaqt li jibqgħu żewġ strumenti distinti) sabiex titjieb il-koerenza. Dan għandu jippermetti liż-żewġ strateġiji jsegwu għanijiet simili filwaqt li jibqgħu strumenti separati.

Further information : http://ec.europa.eu/eu2020/index_en.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site