IP/10/ 211
Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010
It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern: L-Istati Membru kisbu l-aqwa riżultati li qatt kellhom s'issa, iżda għad baqa' x'isir rigward l-applikazzjoni prattika tar-regoli
Skont l-aħħar tabella ta' valutazzjoni tas-Suq Intern tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri qatt ma taw prestazzjoni aqwa minn din f'dak li għandu x'jaqsam mal-inklużjoni f'waqtha tar-regoli tas-Suq Intern fil-liġi nazzjonali, iżda għad iridu jtejbu l-mod li bih dawk ir-regoli jiġu applikati fil -prattika. Bħala medja, 0.7 % tad-Direttivi tas-Suq Intern li bħalissa skadiet id-data tal-implimentazzjoni tagħhom mhumiex inklużi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, medja li naqset minn dik ta' 1.0 % f'Lulju 2009. Dan ifisser li l-Istati Membri qegħdin sew taħt il-mira ta' 1.0 % miftiehma mill-Kapijiet tal-Istati, li kellha tinkiseb sa mhux aktar tard mill-2009. Għoxrin Stat Membru huma jew fil-mira jew taħtha, filwaqt li l-Litwanja u Malta kienu l-aqwa tnejn fil-prestazzjoni tagħhom meta mqabbla mal-oħrajn, u jonqoshom biss tliet Direttivi sabiex jiksbu riżultat perfett. Din hija t-tielet darba li Malta tinsab fl-ewwel post. Sittax-il Stat Membru kisbu l-aqwa riżultat li qatt kellhom s’issa. Madankollu, seba' Stati Membri – l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, il-Lussemburgu u l-Greċja – għadhom 'il fuq mill-mira u dan qed iżomm lid-defiċit milli jonqos aktar. Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, kien hemm tnaqqis żgħir fl-għadd ta' kawżi ta' ksur, iżda d-dewmien tal-proċedimenti għadu twil wisq u l-Istati Membri jdumu bħala medja 18-il xahar biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja minkejja l-obbligu legali li jieħdu azzjoni minnufih.
Il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi, Michel Barnier, qal: "Dan huwa riżultat eċċellenti li se jgawdi minnu s-Suq Intern kollu. Inħeġġeġ is-seba' Stati Membri li għadhom ma laħqux il-mira sabiex jirdoppjaw l-isforzi tagħhom. Minkejja dan kollu, il-kwalità tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika tar-regoli fir-realtà tibqa' problema kbira, li taffettwa l-effiċjenza u ddgħajjef il-fiduċja fis-Suq Intern. In-nuqqas ta' konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti hija sempliċement inaċċettabbli. Bi ħsiebni nuża l-possibbiltà maħluqa bit-Trattat il-ġdid li dawn id-deċiżjonijiet ninforzahom aktar malajr. Irrid nistabbilixxi sħubija reali mal-Istati Membri sabiex nifhmu u nipprevjenu aħjar dawn il-problemi. Ninsab konvint, li flimkien, liċ-ċittadini u lin-negozji nistgħu nqegħduhom mill-ġdid fil-qalba tas-Suq Intern."
L -implimentazzjoni tad-Direttivi tas-Suq Intern
Fil-livell ta’ 0.7% , id-defiċit medju għat-traspożizzjoni – jiġifieri l-perċentwal tad-Direttivi tas-Suq Intern li ma ġewx implimentati fil-liġi nazzjonali fil-ħin – għas-27 Stat Membru huwa ferm taħt il-mira intermedja ta' 1% li kienu qablu dwarha l-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern fl-2007. Din hija l-ewwel darba li l-Istati Membri rnexxielhom jisbqu l-mira tagħhom fiż-żmien stipulat.
B'kollox, 16-il Stat Membru kisbu jew laħqu l-aqwa riżultat tagħhom s'issa: il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u r-Renju Unit .
L-għadd ta' Stati Membri li kisbu l-mira tela' minn 18 għal 20. L-Istati Membri li għadhom mhumiex konformi ma' din il-mira ta' 1% huma dawn li ġejjin: L-Awstrija, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Greċja . Madankollu, bl-eċċezzjoni tal- Awstrija , is-seba' Stati Membri kollha rnexxielhom inaqqsu b'mod konsiderevoli d-defiċits tagħhom.
Meta jitqies il-volum tal-leġiżlazzjoni li se jkun hemm fis-sitt xhur li ġejjin, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Polonja kollha se jkollhom jieħdu azzjoni drastika sabiex jiksbu l-mira d-darba li jmiss.
L-Istati Membri rnexxielhom inaqqsu l-għadd ta' direttivi li tant kienu ilhom pendenti minn 22 għal 16 f'dawn l-aħħar sitt xhur.
L-Istati Membri rnexxielhom ukoll inaqqsu l-għadd ta' Direttivi li ma ġewx trasposti kif suppost. Meta nżidu l-għadd ta' direttivi li ma ġewx trasposti kif suppost mal-għadd ta' direttivi li ma ġewx trasposti fil-ħin, ir-riżultat ikun defiċit medju tal-UE ta' 1.5% meta mqabbel ma' 1.8% sitt xhur ilu.
L-Istati Membri issa għandhom jiffukaw ħafna aktar fuq il-ħtieġa li jitnaqqas id-dewmien fit-traspożizzjoni . Illum, l-Istati Membri jieħdu medja ta' 9 xhur żejda sabiex jittrasponu d-direttivi wara li tkun għaddiet l-iskadenza tat-traspożizzjoni. Il-Greċja u l-Lussemburga huma l-agħar tnejn f'dan ir-rigward.
Ksur tal-liġi
L-għadd totali ta' proċedimenti ta' ksur naqas bi ftit, 1.2% meta mqabbel ma' sitt xhur ilu. Bħas-snin ta' qabel, l-oqsma relatati mat-"tassazzjoni u l-unjoni doganali" u l-"ambjent" jibqgħu l-akbar għejun ta' ksur tal-liġi.
L-Italja hija responsabbli għall-akbar għadd ta' proċedimenti ta' ksur, u warajha nsibu lil Spanja u l-Greċja .
Iż-żmien medju meħtieġ biex jissolvew il-każijiet ta' ksur żdied. Meta mqabbel ma' Diċembru 2007, iż-żmien meħtieġ żdied minn 25 xahar għal 28 xahar għall-UE-15 u minn 12-il xahar għal 16 -il xahar għall-UE-12.
L-Istati Membru jieħdu żmien konsiderevoli – medja ta' madwar 18-il xahar – biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, minkejja li huma meħtieġa jieħdu azzjoni minnufih. L-Awstrija u Spanja huma dawk li jdumu l-aktar , u jieħdu medja ta' 25 xahar biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet.
It-test sħiħ tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern l-iktar riċenti jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/internal_market/score/index_en.htm
Annex
Internal Market Scoreboard 20:
Transposition and implementation of Internal Market rules (details)
Transposition
EU-27 Member State transposition deficit, as at 10/11/2009 – 1521 directives
| Ranking | 1 | 1 | 3 | 3 | 3 | 6 | 6 | 6 | 6 | 10 | 10 | 12 | 12 | 14 | 15 | 16 | 16 | 18 | 19 | 20 | 21 | 21 | 23 | 24 | 25 | 25 | 27 | |
| Member State | LT | MT | BG | DK | RO | HU | LV | SK | SE | NL | SI | ES | FI | DE | FR | EE | UK | CY | BE | IE | AT | PT | CZ | PL | IT | LU | EL | EU |
| Transposition deficit (%) | 0.2 | 0.2 | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.6 | 0.7 | 0.7 | 0.7 | 0.8 | 0.9 | 1.0 | 1.1 | 1.1 | 1.2 | 1.4 | 1.4 | 1.4 | 1.5 | 0.7 |
| Number of directives not transposed | 3 | 3 | 4 | 4 | 4 | 6 | 6 | 6 | 6 | 7 | 7 | 8 | 8 | 9 | 10 | 11 | 11 | 12 | 13 | 15 | 16 | 16 | 19 | 21 | 22 | 22 | 23 | |
| Missing notifications to reach the 1% objective | 1 | 1 | 4 | 6 | 7 | 7 | 8 |
EU-27 Member State performance in meeting 0% target for Directives whose transposition is over 2 years late, as at 10/11/2009
| Member State | BG | CZ | DK | EE | CY | LV | LT | HU | MT | NL | SI | RO | BE | DE | IE | ES | FR | PL | SK | FI | SE | UK | IT | AT | PT | LU | EL |
| Number of directives not transposed | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 3 | 3 | 3 | 5 | 6 |
Infringement cases
EU-27 Member State number of open infringement proceedings, as at 1/11/2009
| Member State | CY | LT | SI | LV | EE | RO | DK | FI | BG | MT | LU | CZ | HU | SK | AT | SE | NL | PL | UK | IE | DE | PT | FR | BE | EL | ES | IT |
| Number of open infringement cases | 14 | 18 | 19 | 20 | 21 | 21 | 23 | 24 | 29 | 29 | 31 | 32 | 32 | 35 | 38 | 42 | 49 | 57 | 59 | 67 | 68 | 69 | 83 | 90 | 93 | 93 | 100 |