Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/188

Brussell, il-25 ta’ Frar 2010 .

Il-previ ż jonijiet intermedji tal-UE: l-irkupru miexi i ż da jibqa' dgħajjef

Filwaqt li l-ekonomija tal-UE qed tirkupra bil-mod il-mod, xorta għadha tħabbat wiċċha ma' diffikultajiet li jxekkluha. Il-PGD reali beda jikber mill-ġdid fit-tielet kwart tal-2009, u b'hekk intemmet l-itwal u l-akbar riċessjoni fl-istorja tal-UE. Il-miżuri eċċezzjonali tal-kriżi li ġew implimentati fl-UE kellhom rwol ewlieni s abiex l-ekonomija terġa' tibda tqum fuq saqajha. Madankollu, fi qbil mal-previżjoni tal-Ħarifa tal-2009, it-tkabbir batta fir-raba' kwart tas-sena, hekk kif beda jnin l-impatt ta' xi fatturi temporanji . B'mod ġenerali u skont l-aġġornament attwali, il-perspettiva ekonomika għall-UE baqgħet l-istess. Huwa previst li fl-2010 l-PGD se jikber b'0.7% kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro. Fil-biċċa l-kbira, it-tbassir għall-inflazzjoni ukoll baqa' l-istess, 1.4% u 1.1% fl-UE u fiż-żona tal-euro rispettivament. Skont kif jidher biċ-ċar minn żviluppi riċenti fis-swieq finanzjarji, l-inċertezza dwar dan it-tbassir tibqa' kbira.

Il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Olli Rehn qal : "L-irkupru tal-ekonomija tal-UE qed jimmaterjalizza , iżda xorta għadu fraġli. L-għan ewlieni tagħna għandu jkun li nerġgħu nagħtu l-ekonomija Ewropea direzzjoni li hija b'saħħitha u sostenibbli. Għal dan il-għan irridu naħdmu fuq żewġ fronti: l-irkupru ekonomiku u t-tisħiħ tal-finanzi pubbliċi tagħna. L-Istrateġija l-ġdida Ewropa 2020, li twassal għall-immodernizzar tal-ekonomiji tagħna, għandha timxi id f'id mat-tisdiq tal-finanzi pubbliċi tagħna. Dan huwa meħtieġ għat-tkabbir sostenibbli u għall-ħolqien tal-impjiegi."

Il-previ ż joni tat-tkabbir għall-UE u ż - ż ona tal-euro fit-triq it-tajba

It-tbassir dwar it-tkabbir għall-ewwel nofs ta' din is-sena ġie rivedut kemxejn 'il fuq fil-previżjoni tal-Kummissjoni kemm għall-UE kif ukoll għaż-żona tal-euro. Iżda minħabba reviżjonijiet marġinali aktar baxxi għat-tieni nofs tal-2010, ir-rata tat-tkabbir tal-PGD imbassra għall-2010, b'mod ġenerali baqgħet l-istess, jiġifieri 0.7% fiż-żewġ żoni. Dan huwa kkalkulat abbażi ta’ tbassiriet aġġornati għal Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, Spanja u r-Renju Unit, li lkoll flimkien huma jgħoddu għal madwar 80 % tal-PGD tal-UE.

Irkupru global i iktar b'saħħtu

Irri ż ulta li l-attività ekonomika globali kienet iktar b'saħħitha fit-tieni nofs tal-2009 milli kien mistenni minn qabel, speċjalment fl-Ażja emerġenti. Is-sena l-oħra, il-PGD reali (esklu ż l-UE) evita tisbita assoluta u issa huwa mistenni li jikber b'madwar 4¼% fl-2010. Fir-rigward tal-futur qrib, l-indikaturi globali huma inkoraġġanti, u jirriflettu parzjalment iċ-ċiklu tal-inventarju fil-manifattura.

Iktar 'il quddiem, it-tkabbir dinji mistenni jgħaddi minn fażi dgħajfa, minħabba li l-miżuri ta' stimolu battew ftit ftit u minħabba ċ-ċiklu tal-inventarju. Id-differenzi bejn pajjiż u ieħor jibqgħu konsiderevoli, bi rkupru li huwa deċiżament aktar sod għall-ekonomiji emerġenti li reġgħu ħadu r-ruħ wara d-dħul lura tal-kapital u l-investituri li reġgħu bdew jitħajru jirriskjaw. Filwaqt li l-ambjent estern tal-UE qed jirkupra aktar malajr milli mistenni, fadal biex wieħed jara sakemm dan se jgħin lill-UE din is-sena.

Impatt ħafif fuq id-dinamika domestika sa issa

Indikaturi tas-sentiment imtejjeb għall-UE juru li t-twessigħ fl-attività miexi 'l quddiem, iż da d-dejta fattwali, b'mod speċjali l-produzzjoni industrijali u l-bejgħ bl-imnut, ma tantx kienu inkoraġġanti dan l-aħħar. Filwaqt li ambjent estern aħjar minn dak mistenni jista' jħeġġeġ aktar l-esportazzjoni, l-investiment jibqa' dgħajjef ħafna, u jirrifletti rati eċċezzjonalment baxxi tal-użu tal-kapaċità. L-investiment residenzjali x'akarx li wkoll se jkun dgħajjef fl-2010, minħabba l-aġġustament meħtieġ fis-setturi tad-djar f'għadd ta' Stati Membri. Il-kundizzjonijiet tas-suq finanzjarju rkupraw sa minn kmieni fl-2009, iżda l-aġġustament fil-karta tal-bilanċ mhuwiex lest u l-inċertezza tibqa' kbira. Perspettiva ta' investiment kwiet normalment timplika suq tax-xogħol dgħajjef għall-futur, bir-riżultat li dan imbagħad x'aktarx irażżan il-konsum privat. Minħabba li ħafna mill-elementi li jagħtu spinta 'l quddiem għadhom temporanji kemm fl-UE kif ukoll globalment, wieħed għad irid jittestja s-saħħa tal-irkupru .

I ż - ż amma tal-istabbiltà tal-prezzijiet.

Il -proċess qawwi tat-tnaqqis fir-rata tal-inflazzjoni tul il-biċċa l-kbira tal-2009 kien spjegat l-aktar mill-effetti ba ż i 'l isfel mill-komponenti tal-ikel u l-enerġija u fit-telqa li kienet qed tikber fir-ritmu tal-ekonomija . L-inflazzjoni tal-HICP ż diedet xi ftit fl-aħħar xhur tal-2009, u ż ammet rata annwali moderata ħafna ta' 1.0% fl-UE u 0.3% fi ż - ż ona tal-euro, kif kien mistenni fil-Ħarifa . Fil-ġejjieni, tnaqqis konsiderevoli fl-attività ekonomika għandu jra żż an l-inflazzjoni, u b'hekk ipatti għa ż - ż idiet fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-komoditajiet. Huwa mistenni li l-istabbiltà fil-prezzijiet tin ż amm, b'revi ż joni marġinali tat-tbassir tal-inflazzjoni tal-HICP ta' 1.4% biss fl-UE, filwaqt li fi ż - ż ona tal-euro tibqa' l-istess, jiġifieri 1.1%.

Valutazzjoni tar -ris kj i

B'mod ġenerali, ir-riskji għall-perspettivi tat-tkabbir fl-UE għall-2010 għadhom jidhru bbilanċjati. Mill-aspett negattiv, is-sitwazzjoni tas-swieq finanzjarji tibqa' inċerta ħafna u soġġetta għal riskji avversi serji. Mill-aspett pożittiv, il-ħeġġa tal-irkupru globali, partikolarment fis-swieq emerġenti tal-Ażja, u fil-bidla imminenti taċ-ċiklu tal-inventarju tal-UE, jista' jkollha impatt akbar minn dak mistenni fuq id-domanda domestika. Fir-rigward tal-perspettivi tal-inflazzjoni, ir-riskji għall-2010 ukoll jidhru ġeneralment ibbilanċjati.

Rappo rt aktar dettaljat jinsab disponibbli fuq :

http://ec.europa.eu/economy_finance/ articles/eu_economic_situation/2010-02-25-eu_interim_economic_forecast_en.htm

Table 1: Real GDP growth

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
Note: the quarterly figures are working-day and seasonally adjusted, while the annual figures are unadjusted.

Table 2: Consumer price inflation

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED



Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website