Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni twieġeb għal sejħiet għal aġenzija għall-ġestjoni tal-fruntieri iktar b'saħħitha

European Commission - IP/10/184   24/02/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/ 184

Brussell, l-24 ta’ Frar 2010.

Il-Kummissjoni twieġeb għal sejħiet għal aġenzija għall-ġestjoni tal-fruntieri iktar b'saħħitha

Il-Kummissjoni illum għamlet proposti biex issaħħaħ l-aġenzija għall-ġestjoni tal-fruntieri tal-U njoni Ewropea Frontex. Il-proposti jinkludu t-tisħieħ tal-qafas legali biex ikun żgurat ir-rispett totali tad-drittijiet fundamentali waqt attivitajiet tal-Frontex u tittejjeb il-kapaċità operattiva tal-Frontex biex tappoġġa l-Istati Membri. Bil-proposta l- ġdida l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija iktar tagħmir u iktar persunal. Il-Frontex tkun tista' tmexxi b'mod konġunt l-operazzjonijiet ta' ronda mal-Istati Membri. Dan jse jippermetti wkoll li tiġi pprovduta assistenza teknika lil pajjiżi tezi u jintbagħtu uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi.

Il-Kummissarju għall-affarijiet interni Cecila Malmström qalet: " Il-proposta tal-lum se twitti t-triq għal iktar soldarjetà u kooperazzjoni aħjar bejn il-pajjiżi tal-UE. Din ser tagħtina l-opportunità biex niffaċċaw aħjar l-immigrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin, filwaqt li jissaħħu is-salvagwardji biex jiggarantixxu rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Nittama li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu malajr biex din il-proposta ssir liġi, sabiex l-Aġenzija takkwista r-riżorsi umani u tekniċi li għandha bżonn."

Skont evalwazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni u minn evalwazzjoni indipendenti, il-Kooperazzjoni bejn pajjiżi tal-UE għall-ġestjoni tal-immigrazzjoni permezz tal-aġenzija tal-UE Frontex sa issa kienet limitata minħabba n-nuqqas ta' riżorsi u koordinazzjoni insuffiċjenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Frontex hija għodda ewlenija biex tinżamm żona mingħajr fruntieri interni u tgħin lill-pajjiżi tal-UE biex jikkoordinaw ir-rondi tal-fruntieri bl-ajru, bl-art u bil-baħar.

Il-proposta tal-lum għandha tiżgura li Frontex tkun tista' tipprovdi riżorsi tekniċi u umani xierqa fil-qafas ta' rondi konġunti tal-fruintiera. Il-pajjiżi tal-UE jkollhom jiżguraw li fond għal tagħmir bħal ma huma dgħajjes u ajruplani jkunu disponibbli għall-Aġenzija, li gradwalment tkun tista' tixtri jew tikri tagħmir.

Il-proposta tintroduċi wkoll il-ħtieġa espliċita li l-gwardji tal-fruntiera kollha li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet jridu jkunu tħarrġu fid-drittijiet fundamentali, bil-għan li jkun salvagwardjat il-punt li l-immigranti kollha jintlaqgħu b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u partikolarment il-prinċipju ta' non-refoulement.

Il-kapaċità operattiva ser tittejjeb billi jkunu ċċarati r-rwoli rispettivi tal-Frontex u tal-Istati Membri li jipparteċipaw, waqt li jkun rispettat il-prinċipju li kull Stat Membru jibqa' responsabbli li jikkkontrolla l-parti tiegħu tal-fruntiera esterna. huma proposti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-pjan operattiv , l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet u l-iskemi ta' rappurtaġġ tal-inċidenti .

Frontex se tkompli tikkoordina operazzjonijiet konġunti li jirritornaw lill-immigranti fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji sabiex ikun żgurat li dawn l-operazzjonijiet ta' ritorn jitwettqu fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Pereżempju, osservatur indipendenti ser ikun preżenti waqt tali operazzjonijiet u jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-Istati Membri mal-liġi tal-UE u ma' kodiċi ta' kondotta li jistipula l-istandards tad-drittijiet fundamentali li jridu jiġu rrispettati.

Il-proposti issa jridu jkunu dibattuti u approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Gvernijiet tal-UE fil-Kunsill.

Sfond

Frontex twaqqfet fl-2005 biex tikkoordina l-operazzjonijiet ta' ko0ntroll tal-Istati Membri tal-UE fuq il-fruntieri esterni tal-UE. Frontex għandha l-bażi tagħha f'Varsavja u għandha 220 impjegat. Tieħu EUR 80 miljun mill-baġit annwali tal-UE.

Frontex tikkoordina l-kooperazzjoni bejn għassiesa tal-fruntieri nazzjonali, tipprovdi taħriġ għall-gwardji tal-fruntieri, tiċċentralizza d-dejta ta' sorveljanza mill-pajjiżi tal-UE, u tgħin l-Istati Membri jwettqu operazzjonijiet konġunti ta' ritorn.

Fil-Kunsill Ewropew tal-10-11 ta' Diċembru 2009, il-gvernijiet tal-UE qablu dwar programm ta' ħidma ġdid għall-UE fil-qasam tal-ġustizzja u affarijiet interni, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni iktar kmieni matul is-sena ( IP/09/894 ). Il-gvernijiet tal-UE sejħu lill-Kummissjoni biex tipproponi titjib għall-Frontex, bħala parti mill-Programm ta' Stokkolma, fil-Kunsill Ewropew tal-10-11 ta' Diċembru 2009 ( MEMO/08/84 ).

Għal aktar tagħrif

MEMO/10/45


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website