Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/10/ 176

Brussell, it-23 ta’ Frar 2010

Il-Il-kampanja tal-UE dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa, “Għażla b’togħma tajba”, tippremja lir-rebbieħa tal-logħba tal-kaċċa għat-teżor

Erbat itfal Ewropej taw prova tal-għarfien eċċellenti li għandhom dwar id-dieta bilanċjata u stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa billi rrispondew tajjeb il-mistqosijiet kollha tal-logħba tal-kaċċa għat-teżor li kienet onlajn, fil-qafas tal-Kampanja tal-UE dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa, "Għażla b'togħma tajba". L-aqwa parteċipanti tal-logħba tal-kaċċa għat-teżor Lara García de Veas Piñeiro (l-ewwel rebbieħa), Seamus Hickey (it-tieni rebbieħ), Francesca Martini u Silvia Vicari (it-tielet rebbieħa) se jingħataw il-premijiet li jinvolvu l-isport u d-drawwiet ta' tisjir tajbin f'erba' ċerimonji li se jsiru fi Spanja, l-Irlanda u l-Italja.

"L-agrikoltura tal-UE tipprovdi l-elementi neċessarji għal alimentazzjoni tajba għas-saħħa u bis-saħħa ta' skemi ġodda għall-iskejjel iktar u iktar tappoġġa dieta bilanċjata fost it-tfal li jattendu skejjel Ew ropej," qal Dacian Cioloş, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

"Kuntent li nista' nikkonferma li t-tfal Ewropej juru interess liema bħalu fl-alimentazzjoni u l-attività fiżika. Il-fatt li t-tfal isegwu dieta bilanċjata hija sfida kontinwa u għandna naġixxu issa. L-ewwel pass huwa li għandna nrawmu l-għarfien fosthom," qal John Dalli, il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur.

Il-Kampanja “Għażla b’togħma tajba” tnediet f'Settembru 2009 (ara IP/09/1366 ), u timxi id f'id mal- Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u mal- Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel tal-UE – inizjattivi li jħeġġu dieta iktar bilanċjata u drawwiet ta’ ikel iktar tajbin għas-saħħa fost it-tfal.

Il-logħba tal-kaċċa għat-teżor ilha tintlagħab minn Settembru 2009 fuq il-websajt “Għażla b’togħma tajba”, li fiha l-karattri sportivi u dawk relatati mal-prodotti magħmulin mill-ħalib, ħxejjex u frott għenu iktar kompetituri żgħar jirrispondu s-16-il mistoqsija li kien hemm dwar id-dieta bilanċjata u stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa. Fost il-premijiet ta' sfida, kollha spirati mill-karattri użati fil-kampanja “Għażla b togħma tajba”, bħal ngħidu aħna Mr Milk u Yoghurt Jr, Mrs Pear u Leek il-plejer tal-baskitbol, ir-rebbieħa fortunati kellhom iċ-ċans li jagħżlu minn fost mejda tal-ping pong, mountain bike, u magni li jagħsru l-frott jew li jagħmlu l-jogurt.

Sfond

Il-Kampanja għall-Ikel Tajjeb għas-Saħħa qed twassal il-messaġġ: Kul, Ixrob u Ċċaqlaq direttament fl-iskejjel. Aktar minn 17 000 tifel u tifla u l-għalliema tagħhom ħadu sehem fil-logħob li jkun hemm waqt il-wirja tal-Kampanja "Għażla b’togħma tajba" meta din kienet qed iddur madwar il-Belġju, Franza, ir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja. Ir-rispons kien pożittiv ħafna fejn l-iskejjel qalu li l-avveniment kien interessanti, istruttiv u interattiv. Ix-xhieda uffiċjali tal-vidjo attraenti li juri liċ-ċampjin Belġjana tat-tennis Justine Henin u lil Rosolino Cannio, id-detentur tar-rekord tal-Guinness fl-età ta’ 8 snin, iħeġġu lit-tfal biex itejbu d-drawwiet tal-ikel tagħhom.

Il-ġenituri jistgħu wkoll isibu bosta punti u pariri utli dwar kif jistgħu jħajru lit-tfal tagħhom jieklu kolazzjon ibbilanċjat jew jagħżlu xi ħaġa ħafifa għal bejn l-ikliet aktar tajba għas-saħħa. Ir-rokna ddedikata lill-għalliema toffri aċċess għall-Aħjar Inizjattivi, Fatti u Figuri u Għodod tat-Tagħlim bil-lingwi kollha tal-UE bħala appoġġ lill-għalliema fil-ħidma tagħhom fl-iskejjel.

Stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru wera li tliet kwarti ta' dawk li rrispondew "jaqblu totalment” li “bħalissa jidher li hawn iktar tfal b’piż żejjed minn ħames snin ilu”. Fil-fatt, madwar 22 miljun tifel u tifla fl-UE għandhom piż żejjed, u 5 miljuni minnhom għandhom problema ta’ obeżità.

Għal aktar tagħrif:

  • Il-kampanja "Għażla b'Togħma Tajba":

http://ec.europa.eu/agriculture/tasty-bunch/

  • Il-Kaċċa għat-Teżor:

http://ec.europa.eu/agriculture/tasty-bunch/treasure-hunt/index_en.htm

  • Il-materjal awdjoviżiv tal-istampa aġġornat huwa ppubblikat fuq

http://ec.europa.eu/agriculture/tasty-bunch/press-corner/index_en.htm?press=audiovisual


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site