Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/1721

Brussell, il-15 ta' Diċembru 2010

Ambjent: Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjonijiet dwar LIFE+ u Natura 2000

Il-Kummissjoni Ewropea nediet żewġ konsultazzjonijiet online fil-qasam tal-ambjent. L-ewwel konsultazzjoni hija dwar l-istrument finanzjarju li jmiss għall-ambjent, li se jkun is-suċċessur tal-istrument tal-LIFE+ wara li dan jiskadi fi tmiem l-2013. It-tieni waħda hija dwar il-finanzjament tan-Natura 2000, in-netwerk tal-UE dwar żoni protetti. Iż-żewġ konsultazzjonijiet se jibqgħu sejrin sa nofs Frar 2011.

Għal LIFE+, qegħdin jintalbu opinjonijiet dwar għanijiet, prijoritajiet u modi ta' appoġġ. Din il-konsultazzjoni online tagħmel parti minn konsultazzjoni pubblika usa', u l-Kummissjoni se tuża r-riżultati meta tfassal proposta għal strument ġdid. Jintlaqgħu b'mod speċjali kontribuzzjonijiet minn amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, minn dawk interessati fl-ambjent, mis-settur privat, u milll-pubbliku ġenerali. Il-konsultazzjoni tikkonsisti f'19-il mistoqsija, disponibbli f'sitt lingwi tal-UE. Il-konsultazzjoni se tibqa' miftuħa sal-15 ta' Frar u hija disponibbli f'sitt lingwi (Ingliż, Franċiż, Spanjol, Taljan, Ġermaniż u Pollakk). Mill-1992 'l hawn LIFE ikkontribwixxa iktar minn EUR 2 biljun għall-ħarsien tal-ambjent. Il-konsultazzjoni tinsab fuq is-sit http://ec.europa.eu/environment/consultations/life.htm#_en.htm

It-tieni konsultazzjoni dwar il-finanzjament ta' Natura 2000, se tkun tagħmel parti minn komunikazzjoni mistennija fis-sajf tal-2011, u tivvaluta l-approċċ attwali għal finanzjament tan-netwerk. Il-konsultazzjoni qed tistaqsi jekk l-approċċ meħud sa issa kienx adegwat għall-implimentazzjoni effettiva tan-netwerk, u qed tfittex mezzi biex ittejjeb is-suċċessi sal-lum. Qed jintalbu l-opinjonijiet ta' awtoritajiet pubbliċi, is-settur privat, dawk interessati ambjentalment u ċittadini interessati. Il-konsultazzjoni tikkonsisti f'10 mistoqsijiet, għalkemm tweġibiet miftuħa u kummenti jintlaqgħu wkoll. Natura 2000, li hija vitali għal politika tal-bijodiversità tal-UE, hija l-ikbar netwerk interkonnessa ta' żoni protetti fid-dinja. Tinkludi kważi 18 % taż-żoni terrestri tal-UE. Il-konsultazzjoni li hija disponibbli f'sitt lingwi, tagħlaq fis-17 ta' Frar 2011. Ara http://ec.europa.eu/environment/consultations/natura2000_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website