Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea se taqta' l-burokrazija żejda fil-każijiet transkonfinali tal-qorti għan-negozji u l-konsumaturi

European Commission - IP/10/1705   14/12/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1705

Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2010

Il-Kummissjoni Ewropea se taqta' l-burokrazija żejda fil-każijiet transkonfinali tal-qorti għan-negozji u l-konsumaturi

Kumpanija bbażata fi Franza għandha kuntratt ta' kostruzzjoni ma' intraprenditur ibbażat fil-Polonja biex jibni fabbrika viċin Pariġi. Iż-żewġ impriżi jaqblu li qorti f'Varsavja se tittratta kwalunkwe tilwim dwar il-kuntratt. L-impriża Pollakka tressaq lill-kumpanija Franċiża l-Qorti għax tkun qiegħda lura fil-pagamenti. Il-qorti ta' Varsavja taqtagħha li l-kumpanija Franċiża għandha tħallas l-ammont pendenti. Il-kumpanija Pollakka mbagħad trid li din is-sentenza tapplika għall-assi tal-kumpanija fi Franza. Bħalissa dan jitlob li l-kumpanija Pollakka l-ewwel trid tgħaddi minn proċedura li tieħu ħafna żmien imsejħa "exequatur" f'qorti fi Franza - li tista' tiswieha sa EUR 3,000. Il-proċedura "exequatur", li fl-UE ssir aktar minn 10,000 darba fis-sena, issa għadda żmienha minħabba l-iżviluppi tas-Suq Uniku Ewropew u l-livell ta' fiduċja bejn is-sistemi legali tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Din hi r-raġuni għaliex illum il-Kummissjoni Ewropea pproponiet it-tneħħija tal-proċedura "exequatur", mossa li tista' tiffranka sa EUR 48 miljun kull sena u tiffaċilita n-negozju transkonfinali, partikolarment għall-impriżi żgħar u medji. L-iffrankar tal-ispejjeż hu parti mill-proposta tal-Kummissjoni għal riforma bl-għeruq u x-xniexel tal-hekk imsejjaħ ir-Regolament "Brussell I" tal-2001, li jikkonsisti f'sett ta' regoli tal-UE li jiddeterminaw liema qorti għandha l-ġurisdizzjoni f'każijiet transkonfinali u kif sentenzi tal-qorti li jinħarġu fi Stat Membru tal-UE jkunu rikonoxxuti u infurzati f'pajjiż ieħor tal-UE. Ir-riforma hi maħsuba biex issaħħaħ is-Suq Uniku u taqta' l-burokrazija żejda. Se ssaħħaħ ukoll il-protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej meta jittrattaw ma' negozji f'pajjiżi terzi, issaħħaħ iċ-ċertezza legali fl-għażla ta' ftehimiet legali fost in-negozji, u ttejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-arbitraġġ.

"Illum il-Kummissjoni qed tipproponi li telimina proċedura kkumplikata u li tiswa l-flus għar-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali bejn l-Istati Membri. Din hi aħbar tajba għaċ-ċittadini u l-SMEs Ewropej. Il-proposti tagħna se jwasslu għal soluzzjoni eħfef u orħos ta' tilwiemiet transkonfinali, bi ffrankar ta' bejn EUR 2,000 u EUR 12,000 f'każijiet individwali," qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso.

"F'Suq Uniku ta' veru, is-sentenzi dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali maħruġa fi Stat Membru għandhom jingħtataw il-fiduċja u l-krettu sħiħ fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea tagħna. Din hi r-raġuni għaliex illum qed nieħdu azzjoni biex inneħħu l-proċedura exequatur li żmienha għadda u li hi mimlija burokrazija żejda, biex b'hekk inneħħu xkiel kbir għat-tranżazzjonijiet transkonfinali fl-Ewropa," qalet il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE, Viviane Reding. "It-tir tiegħi hu li sal-2013 is-sentenzi dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali jkunu jistgħu jiġu eżegwiti b'mod effettiv, fil-pront u mingħajr spejjeż żejda madwar l-UE, indipendentement jekk isirux minn qorti domestika jew minn qorti oħra fi Stat Membru ieħor tal-UE."

Anke jekk is-Suq Uniku tal-UE jagħti lin-negozju aċċess għal suq ta' kważi 500 miljun konsumatur, huma biss kwart tal-20 miljun SMEs Ewropej li huma involuti f'kummerċ transkonfinali. Stħarriġ reċenti sab li kważi 40 fil-mija tan-negozji jkunu aktar inklinati li jagħmlu negozju barra minn pajjiżhom jekk jiġu ssimplifikati l-modi kif jiġu ttattati t-tilwimiet fil-qorti f'pajjiżi oħra. It-tneħħija tal-ostakli burokratiċi li jimponu kostijiet addizzjonali u inċertezza legali fin-negozji għalhekk hi parti ċentrali minn dak li jsuq lill-Kummissjoni biex tagħmel ħajjet in-negozji u l-konsumaturi aktar faċli. (ara IP/10/1390 u MEMO/10/525).

Illum il-Kummissjoni ftiehmet fuq ir-riforma tar-Regolament "Brussell I" tal-2001. Dan ir-Regolament hu fundamentali għat-tilwim transkonfinali għax jiddetermina liema qorti jkollha ġurisdizzjoni f'każijiet transkonfinali. Jippermetti wkoll li s-sentenzi tal-qorti fi Stat Membru jkunu rikonoxxuti f'ieħor.

Ir-riforma proposta llum mill-Kummissjoni tinkludi erba' tibdiliet ewlenin:

  • It-tneħħija tal-proċedura skomda "exequatur": Taħt ir-regoli preżenti, sentenza fi Stat Membru ma tidħolx fis-seħħ awtomatikament f'ieħor. L-ewwel trid tiġi vvalidata u ddikjarata infurzabbli permezz ta' pass intermedjarju speċjali minn qorti fl-Istat Membru li jkun se jinfurzaha - l-hekk imsejħa proċedura "exequatur". F'każijiet kumplessi, din il-proċedura tista' tiswa sa EUR 12,700 fi ħlasijiet lill-avukati, traduzzjoni u spejjeż tal-qorti. F'xi pajjiżi tista' tieħu bosta xhur biex ikollok sentenza li tiġi rikonoxxuta u infurzata. Fil-95% tal-każijiet din il-proċedura hija sempliċiment formalità. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li tneħħiha. Fil-ġejjieni, is-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li jingħataw minn qorti fi Stat Membru se jkunu awtomatikament infurzabbli madwar l-UE kollha. L-eżekuzzjoni ta' sentenza xorta tkun tista' titwaqqaf minn qorti, imma dan ikun jista' jsir biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali (bħall-ksur tad-drittijiet ta' ġuri ġust mill-qorti barranija li tkun tat is-sentenza).

  • It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tat-tilwimiet legali li jonvolvu pajjiżi mhux membri tal-UE: Fil-mument, ir-regoli nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni tal-konvenut minn pajjiżi terzi ivarjaw bil-kbir minn Stat Membru għall-ieħor. Il-liġijiet nazzjonali ta' pajjiż jistgħu jippermettu lil ċittadin jew kumpanija biex itellgħu il-Qorti konvenut minn barra l-UE fil-qorti nazzjonali, filwaqt li f'pajjiż ieħor dan jista' ma jkunx possibbli. Ir-riforma proposta llum se tbiddel dan kollu. Partikolarment fir-relazzjonijiet bejn konsumatur li jgħix fl-UE u negozju stabbilit barra l-UE, il-qorti ta' fejn jgħix il-konsumatur fil-futur se jkollha l-ġurisdizzjoni, indipendentement mill-Istat Membru.

  • Iġġib ċertezza legali għall-għażla tal-ftehimiet legali bejn il-kumpaniji: Fir-relazzjonijiet ta' bejn in-negozji, il-kumpaniji ta' spiss jiftiehmu li jittrattaw it-tilwim kollu f'qorti waħda partikolari. Madankollu, it-tattiċi ta' kawżi l-Qorti jwasslu għal sitwazzjoni fejn il-validità ta' għażla tali ta' ftehim fuq qorti tkun sfidata f'qorti ta' Stat membru ieħor tal-UE sabiex jiddewwem il-ftehim dwar it-tilwima - prattika li xi drabi tissejjaħ "Italian torpedo". Illum il-Kummissjoni pproponiet miżuri biex ittemm tattiċi abbużivi bħal dawn billi tiżgura li l-qorti magħżula fl-għażla għal qbil dwar qorti tkun dejjem l-ewwel li tiddetermina jekk ftehim hux validu jew le.

  • It-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-arbitraġġ: Il-proposti ta' riforma tal-Kummissjoni se jġibu trasparenza dwar l-arbitraġġ, li s'issa mhux kopert bir-Regolament "Brussell I". Aktar minn 60% tal-kumpaniji kbar Ewropej jippreferu l-arbitraġġ minn kawża quddiem il-Qorti biex isolvu tilwima dwar in-negozju. Iċ-ċentri Ewropej tal-arbitraġġ f'Londra u f'Pariġi jittrattaw każijiet b'valur totali ta' aktar minn EUR 50 biljun. Dan hu negozju ta' EUR 4 biljun fis-sena fl-UE. Madankollu, bħalissa, kumpanija li trid tiżgiċċa minn ftehim ta' arbitraġġ tista' b'mod relattivament faċli tiddikjara li l-ftehim huwa invalidu u tippreżenta kawża fil-qorti ta' Stat Membru minn fejn x'aktarx li jkollha deċiżjoni favorevoli u ddaħħal f'dubju l-validità tal-ftehim ta' arbitraġġ. Din hi r-raġuni għaliex illum il-Kummissjoni pproponiet li tagħti ċertezza lill-kumpaniji li l-għażla tat-tribunal tal-arbitraġġ se tkun protetta kontra l-kawżi abbużivi.

Il-Kuntest

Ir-Regolament Brussell I jiffaċilita l-koperazzjoni ġudizzjarja ċivili fl-UE billi jidentifika l-iktar ġurisdizzjoni xierqa biex tkun solvuta tilwima transkonfinali u jkunu żgurati r-rikonoxximent u l-infurzar bla intoppi tas-sentenzi maħruġa fi Stat Membru ieħor. Dan jgħin lis-Suq Uniku biex jiffunzjona sew.

Tmien snin wara li r-Regolament oriġinali daħal fis-seħħ, il-proposti ta' riforma tal-Kummissjoni issa qed ifittxu li jagħmluh aktar effiċjenti.

Il-proposta biex titneħħa l-"exequatur" issegwi passi li ttieħdu aktar kmieni bħall-Ordni Ewropea tal-Ħlas (proċedura ssimplifikata għal talbiet transkonfinali mhux kontestati), il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għal talbiet transkonfinali ta' inqas minn EUR 2,000 u r-Regolament tal-UE dwar l-Obbligi ta' Manteniment.

Il-Kummissjoni ħarġet rapport dwar l-applikazzjoni ta' Brussell I f'April 2009, flimkien ma' dokument li jagħti t-tifsila ta' diversi alternattivi ta' politika.

Illum il-Kummissjoni ppubblikat ukoll Green Paper b'ħafna alternattivi dwar l-iffaċilitar taċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' dokumenti dwar l-istejtus ċivili (Ara IP/10/1704).

Il-pass li jmiss

Issa f'idejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri biex jaqblu fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal riforma tar-Regolament "Brussell I".

Għal aktar informazzjoni

MEMO/10/677

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm

Il-homepage tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE, Viviane Reding.

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm

ANNEX

Chart 1: Relevance of rules on jurisdiction and enforcement for cross-border commercial activity

"To what extent would you be inclined to engage in (more) cross-border commercial activity if, in the event of a dispute, a judgement obtained in one Member State would be enforceable in another without additional procedures?"

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: CSES study, Text box 3.3, p. 61

Chart 2: Number of exequatur applications and success rates (2009)

Member State

No. Applications

Success rate %

Austria

244

93

Belgium*†

307

95

Bulgaria

54

56

Cyprus

14

75

Czech Rep

42

93

Denmark*

163

95

Estonia

8

78

Finland

46

100

France

1,176

99

Germany*

1,638

88

Greece*

500

95

Hungary*

53

88

Ireland

127

93

Italy

1,156

93

Latvia

55

76

Lithuania

183

83

Luxemburg

244

95

Malta

7

93

Netherlands*

378

95

Poland

444

88

Portugal

205

93

Romania

153

93

Slovakia

18

83

Slovenia

238

93

Spain

887

93

Sweden

380

90

UK*

1,202

93

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
EU27

9,922

93

Chart 3: Cost and length of exequatur proceedings in the EU Member States

Member State

Estimated cost of exequatur proceedings

(€)

Length of 1st instance exequatur proceedings

Length of 2nd instance exequatur proceedings

Austria

2,786

1 week

n.a

Belgium

1,893

1-4 months

Liège: 1 year; Antwerp: 1 year; Brussels: up to 2 years

Bulgaria

1,102

n.a.

n.a

Cyprus

1,824

1-3 months

n.a

Czech Rep

1,334

n.a

n.a

Denmark

2,666

n.a

n.a

Estonia

1,883

3-6 months

6 months to 1-2 years

Finland

2,765

2-3 months

6 months

France

3,086

10-15 days

n.a

Germany

2,986

3 weeks

1-6 months; applications which obviously have no chance of success are immediately closed within a period of 1-2 weeks

Greece

1,873

10 days-7 months

6-10 months

Hungary

1,878

1-2 hours

3 months (in more than 50 % of the cases)

Ireland

3,565

1 week or more

n.a

Italy

3,855

Milan: 20-30 days ; Bolzano: 7-20 days

about 2 years

Latvia

2,616

10 days

2-6 months

Lithuania

1,309

up to 5 months

up to 2 months

Luxemburg

1,863

1-7 days

10-12 months

Malta

1,449

Exemplary single cases with procedures concluded within days up to 3 months

first hearing after 2 years; decision 3-12 months later

Netherlands

3,136

n.a.

n.a.

Poland

1,299

1-4 months

1-3 months

Portugal

2,193

n.a.

4-5 months

Romania

1,296

n.a.

n.a.

Slovakia

1,308

n.a.

n.a.

Slovenia

1,893

n.a.

2-12 months

Spain

1,048

n.a.

2-4 months

Sweden

2,646

2-3 weeks

n.a.

UK

3,955

1-3 weeks

1-2 months

EU27

2,208

n.a.

n.a.

Source: CSES study, p. 42.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website