Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/1614

Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010

Previżjoni tal-ħarifa għall-perjodu 2010-2012: L-irkupru tal-UE qabad it-triq, iżda l-progress huwa irregolari

Il-previżjoni tal-Kummissjoni tal-ħarifa tipprevedi kontinwazzjoni fl-irkupru ekonomiku li attwalment jinsab għaddej fl-UE. IL-PDG hu pproġettat li jiżdied b'madwar 1¾ % fl-2010-11 u b'madwar 2 % fl-2012. Prestazzjoni aħjar milli kien mistenni għal din is-sena sa issa,, tikkostitwixxi l-bażi tax-xejra pożittiva sinifikanti fit-tkabbir annwali fl-2010 mqabbel mal-previżjoni tar-rebbiegħa. Madankollu, f'kuntest globali ta' tnaqqis fl-attività ekonomika fil-livell dinji u l-bidu ta' konsolidazzjoni fil-finanzi pubbliċi, l-attività mistennija li timmodera lejn l-aħħar tas-sena u fl-2011, iżda terġa taqbad ir-rotta fl-2012 bis-saħħ ta' domanda privata msaħħa. Minħabba l-bidu tal-irkupru ekonomiku fl-UE, il-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol mistennija li jitjiebu bil-mod fil-perjodu tal-previżjoni, u bl-istess mod ukoll is-sitwazzjoni baġitarja. Ir-rata tal-qgħad hija pproġettata li taqa' għal madwar 9 % fl-2012, filwaqt li d-defiċit pubbliku għandu jonqos għal madwar 4 ¼% tal-PDG. Madankollu, l-iżviluppi fost l-istati Membri mistennija li jibqgħu irregolari.

Olli Rehn, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-UE qal: "L-irkupru ekonomiku qabad it-triq. Ninsab fiduċjuż minħabba l-prospett li s-sena d-dieħla l-impjiegi fl-Ewropea fl-aħħar mistenni li jitjieb. Id-defiċits pubbliċi bdew jonqsu bis-saħħa tal-miżuri ta' konsolidazzjoni li ttieħdu u minħabba li t-tkabbir reġa' qabad ir-rotta. Madankollu, dan l-irkupru huwa irregolari, u ħafna mill-Istati Membri qed jgħaddu minn fażi diffiċli ta' aġġustament. Kontinwazzjoni determinata tal-konsolidazzjoni fil-finanzi pubbliċi ta' politiki ffokati fuq id-disponibbiltà ta' fondi f'qasir żmien biex it-tkabbir jittejjeb, huma essenzjali biex tkun stabbilita bażi soda għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi. It-taqlib fis-swieq tad-dejn sovran jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni ta' politika b'saħħitha.

Żviluppi s'issa pożittivi b'mod ġenerali

L-istess bħal ma ġara f'irkupri wara kriżjijiet finanzjarji tal-passat, b'mod ġenerali ix-xejra pożittiva attwali qed tkun pjuttost imrażżna. Madankollu, il-qagħda ekonomika fl-UE dan l-aħħar tjiebet b'mod sinifikanti, bi tkabbir fil-PGD għall-2010 li s'issa żdied b'mod sorprendenti, speċjalment fit-tieni perjodu ta' tliet xhur. Jidher ukoll li l-irkupru qed jinfirex. Filwaqt li t-ttkabbir fl-esportazzjoni – l-ewwel stadju fix-xejra tradizzjonali tal-irkupru – kien sod għal xi żmien,l-ekonomija tal-UE issa dieħla fit-tieni fażi – fejn it-titjib fl-esportazzjoni – jibda jixpruna d-domanda fl-investiment (fit-tagħmir).

Irkupru gradwali u irregolari

Bit-tnaqqis previst fl-attività globali li mbagħad idgħajjef it-tkabbir fl-esportazzjoni u b'strumenti temporanji ta' appoġġ li jaslu fi tmiem tagħhom, il-prospetti fiż-żmien qasir għall-ekonomija tal-UE jidhru aktar skoraġġanti. Il-kontribut tal-esportazzjonijiet nett għat-tkabbir fil-PDG mistenni li jonqos fil-perjodu tal-previżjoni; filwaqt li mistenni li jiżdied il-kontribut tad-domanda domestika, minħabba tisħiħ gradwali fl-investiment u fiż-żieda tal-konsum privat. Mil-lat tal-investiment, it-titjib fir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità produttiva u fil-qagħda tal-gwadann tal-kumpaniji jikkostitwixxi wieħed mill-fatturi mistennija li jsaħħu t-tkabbir filwaqt li l-aġġustament kontinwu, fil-karta tal-bilanċ flimkien mal-konsolidazzjoni fil-finanzi pubbliċi mistennija li jkollhom effett restrinġenti. Mil-lat tal-konsum privat it-titjib li qed isir bil-mod fl-impjiegi, it-tkabbir moderat tad-dħul u t-trażżin tal-inflazzjoni jikkostitwixxu l-bażi tat-titjib fl-irkupru, għalkemm mistenni ukoll effett skoraġġanti minħabba konsolidazzjoni u nuqqas ta' self min-naħa tal-unitajiet domestiċi.

Filwaqt li l-irkupru fil-livell aggregat qed isir dejjem aktar awtosuffiċjenti, il-progress fil-Istati Membri għadu wieħed irregolari, u l-irkupru mistenni li jkompli javvanza b'pass relattivament mgħaġġel f'ċerti każijiet, iżda jaqa' lura f'każijiet oħrajn. Dan jirrifletti differenzi fil-kobor tal-isfidi ta' aġġustament fl-ekonomiji u bbilinċjar mill-ġdid kontinwu fi ħdan l-UE u fiż-żona tal-ewro.

Bdew jitjiebu l-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol u l-finanzji pubbliċi

Żviluppi fs-suq tax-xogħol tipikament jaqgħu wara dawk fil-PDG b'sitt xhur jew aktar. F'konformità ma' din ix-xejra, fix-xhur ta' dan l-aħħar kien hemm stabilizzazzjoni fil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fl-UE, bi ftit titjib mistenni fil-perjodu tal-previżjoni. Huwa mistenni tkabbir fl-impjieg ta' kważi ½ % fl-2011 u ta' madwar ¾ % fl-2011, filwaqt li r-rata tal-qgħad hija pproġettata li taqa' gradwalment, minn xi 9½ % din is-sena għal madwar 9 % sal-2012. Il-kundizzjonijiet globali huma mistennija li jibqgħu dgħajfa għalkemm, għandhom jirriflettu, inter alia, l-iskjerament tal-miżuri ta' politika li ttieħdu b'reazzjoni għar-riċessjoni u l-aġġustament strutturali li għaddej bħalissa, li ma jonqsux fis-settur pubbliku. Huwa evidenti wkoll xi titjib mil-lat tal-politika fiskali, b'madwar nofs l-Istati Membri tal-UE mistennija li jirreġistraw defiċit ġenerali aktar baxx din is-sena minn tas-sena 2009. Hekk kif il-miżuri ta' stimolu jaslu fi tmiem tagħhom u l-fażi ta' konsolidazzjoni tingrana aktar, fis-sena li ġejja d-defiċit fl-24 Stat Membru mistenni li jaqa'. Għall-UE globalment, għall-2011 huwa mistenni defiċit ta' ftit aktar minn 5 % tal-PDG, bi tnaqqis ta' madwar 1 pp. fl-2012 hekk kif l-irkupru jirranka. Il-proporzjoni tad-dejn, madankollu, mistenni li jkompli jitjieb fil-perjodu tal-previżjoni.

L-inflazzjoni tibqa' moderata

L-inflazzjoni fil-prezz tal-konsumatur matul il-perjodu li ġej mistennija li tkun relattivament baxxa kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-ewro. L-inflazzjoni HICP hija pproġettata għal medja ta' 2 % fl-UE għal din is-sena u għas-sena d-dieħal, u tonqos għal madwar 1¾ % fl-2012 (għaż-żona tal-ewro, mistennija rata ta' 1¾ % fl-2011-12). In-nuqqas ta' attività ekonomika li jippersisti, flimkien ma' tkabbir pjuttost moderat fis-salarji u fil-kost kull unità tax-xogħol mistennija li jkomplu jrażżnu l-inflazzjoni, minkejja żieda mhux qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima u żidiet fit-tassazzjoni indiretta u fil-prezzijiet amministrati f'ċerti Stati Membri u .

Inċertezza għolja, iżda riskji li b'mod ġenerali jikkumpensaw għal xulxin

Peress li għad hemm livell għoli ta' inċertezza, ma jistgħux ma jtqiesux ir-riskji għall-perspettiva tat-tkabbir tal-UE, għalkemm dawn jidhru li huma bbilanċjati b'mod ġenerali. Mil-lat pożittiv, l-ibbilanċjar mill-ġdid tat-tkabbir tal-PDG lejn domanda domestika, u l-effett mifrux minħabba t-titjib fl-attività fil-Ġermanja fi Stati Membri oħrajn, jistgħu jseħħu f'livell saħansitra aktar milli kien mistenni. Il-miżuri ta' politika għall-ġestjoni tad-defiċits u d-djun għoljin jistgħu wkoll jirriżultaw aktar effettivi milli kien preżunt fir-rigward tat-tnaqqis fit-tħassib dwar is-suq, kif ukoll biex titħeġġeġ il-fiduċja fost in-negozji u l-konsumaturi. Mil-lat negattiv, il-qagħda tas-suq finanzjarja għadha ta' tħassib, u hemm possibbiltà ta' aktar tensjonijiet, kif ġie indikat b'mod qawwi dan l-aħħar meta reġa' tfaċċa l-istress fis-swieq tal-bonds sovrani. Barra minn hekk, wieħed ma jistax jeskludi domanda esterna pproġettata anqas effettiva, filwaqt li l-konsolidazzjoni fil-finanzi pubbliċi tista' taffettwa b'mod ħażin aktar milli kien mistenni lid-domanda domestika fil-pajjiżi konċernati. Ir-riskji li hemm għall-perspettiva tal-inflazzjoni, jidhru li ukoll huma bbilanċjati b'mod ġenerali.

Rapport aktar dettaljat jinsab disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/economy_finance/eu/forecasts/2010_autumn_forecast_en.htm

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website