Navigation path

Left navigation

Additional tools

Aġenda Diġitali: jiżdiedu l-veloċitajiet tal-broadband però l-Ewropa trid taħdem iżjed

European Commission - IP/10/1602   25/11/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1602

Brussell, il-25 ta' Novembru 2010

Aġenda Diġitali: jiżdiedu l-veloċitajiet tal-broadband però l-Ewropa trid taħdem iżjed

Skont statistika ppubblikata llum mill-Kummissjoni Ewropea, il-konnessjonijiet broadband fl-Ewropa huma ferm iktar veloċi minn sena ilu. F'Lulju 2010 29 % tal-linji broadband tal-UE kellhom veloċitajiet tal-anqas ta' 10 megabits (Mbps) kull sekonda (żieda minn 15 % ta' sena qabel). L-utenti ġodda tal-broadband qed ikomplu jiżdiedu fl-UE b'25.6 abbonat għal kull 100 ċittadin (23.9 sena qabel). Iż-żieda annwali fil-broadband mobbli, b'rata ta' 45 %, hija waħda eċċezzjonali, b'6 mezzi ta' aċċess għall-broadband mobbli (usb-keys jew dongles) għal kull 100 ċittadin. Però għad baqa' wisq xi jsir qabel mal-UE tilħaq il-miri tagħha li tagħti aċċess għal broadband bażiku lil kull Ewropew sal-2013 u broadband veloċi u ultraveloċi sal-2020, kif spjegat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (ara IP/10/581, MEMO/10/199 u MEMO/10/200). Il-Kummissjoni, f'Settembru 2010, ippreżentat miżuri biex jiffaċilitaw it-tnedija u l-użu tal-broadband veloċi u ultraveloċi fl-UE (ara IP/10/1142).

Neelie Kroes, il-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Aġenda Diġitali qalet "Il-broadband veloċi huwa ossiġnu diġitali, essenzjali għall-prosperità u s-saħħa tal-Ewropa. Il-bidu tal-użu, u l-veloċitajiet disponibbli qed jittejbu, però jeħtieġ naħdmu iżjed biex nilħqu il-miri tagħna għal broadband b'veloċità għolja ħafna. B'mod partikolari, jeħtieġ ftehim urġenti dwar il-proposta tagħna biex niżguraw id-disponibbiltà tal-ispettru tar-radju għal broadband mobbli, li d-domanda għalih qed tikber b'rata għolja ħafna."

F'Lulju 2010, kważi terz tal-linji broadband tal-UE kellhom veloċitajiet 'il fuq minn 10 Mbps (15 % f'Lulju 2009). Veloċitajiet ogħla ta' trażmissjoni ta' dejta ġeneralment jipprovdu lill-klijenti b'għażla akbar u aħjar ta' servizzi bi prezz irħas għal kull megabit. 5 % tal-linji tal-UE għandhom veloċitajiet medji ta' 30 Mbps jew aktar (kien hemm biss 0.5 % b'100 Mbps jew aktar).

Servizzi ġodda tad-divertiment u tan-negozju, bħat-televixin b'definizzjoni għolja jew faċilitajiet ta' vidjokonferenzi, jeħtieġu veloċità ferm ogħla ta' aċċess għall-internet minn dak ġeneralment disponibbli fl-Ewropa llum, biex inkunu bħall-Korea t'Isfel u l-Ġappun, li huma l-aqwa fid-dinja. Il-miri tal-Aġenda Diġitali 2020 huma minimu ta' disponibbilità ta' 30 Mbps għal kulħadd, u nofs id-djar Ewropej abbonati f'veloċitajiet ogħla minn 100 Mbps.

L-istatistika ġdida turi wkoll li bejn Lulju 2009 u Lulju 2010, l-għadd ta' linji broadband kompla jiżdied madwar l-UE kollha bi 8 % (għalkemm aktar bil-mod miż-żieda ta' 11 % tas-sena ta' qabel). F'Lulju 2010 kien henmm madwar 128 miljun linja broadband fissa fl-UE, b'żieda ta' 9 miljun linja ġdida minn Lulju 2009. Bejn wieħed u ieħor hemm 220 miljun dar fl-UE.

Il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka jibqgħu fuq quddiem nett fl-użu tal-broadband fid-dinja kolllha (kważi 40 linja għal kull 100 ċittadin, bi 80 % tal-popolazzjoni milħuqa). r-rati taż-żieda qed jonqsu hekk kif is-swieq tagħhom jimmaturaw u jersqu lejn saturazzjoni (fl-Istati Membri li qegħdin fuq quddiem nett, bħall-Finlandja u l-Isvezja, ir-rati tal-użu tal-broadband fiss verament qed jonqsu, probabilment minħabba s-sostituzzjoni tal-fiss bil-mobbli.

Disa' pajjiżi tal-UE (il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi. l-Isvezja, u r-Renju Unit) għandhom livelli tal-użu tal-broadband ogħla mill-Istati Uniti (dawn tal-aħħar għandhom 26.4 abbonat għal kull 100 abitatant, skont l-istatistika tal-OECD ta' Mejju 2010). Il-Greċja u r-Repubblika Ċeka kisbu l-ikbar progress matul l-aħħar sena (imkejjel b'żieda per capita).

Id-Digital Subscriber Line (DSL) tibqa' t-teknoloġija l-iżjed komuni għall-aċċess għall-broadband fl-Ewropa b'100 miljun linja, però is-sehem tas-suq tagħha qed jonqos favur arkitetturi ta' fibra b'veloċità ogħla u kejbil b'Docsis 3.0 (modernizzar ta' netwerks tal-kejbil li jippermettu internet b'veloċità għolja ħafna). Fibre-to-the-home (FTTH) żdied b'40 % minn Lulju 2009 sa Lulju 2010, però attwalment jirrapreżenta biss 1.7 % tat-total tal-linji fl-Ewropa, għax jinsab biss f'għadd żgħir ta' pajjiżi (notevolment fl-Isvezja, fejn 24 % tal-linji broadband huma FTTH).

Il-broadband mobbli qed jiżdied b'rata għolja

L-aċċess għal broadband mobbli (eżempju dongles għal laptops) qed jaqbad f'għadd ta' Stati Membri, b'mod partikulari fil-Finlandja (21.5 linja b'aċċess għall-broadband mobbli permezz ta' usb-keys/datacards/dongles għal kull 100 ċittadin), l-Awstrija (16.7), l-Isvezja (14), id-Danimarka (13.4) u l-Portugall (12.1). L-użu tal-broadband mobbli fl-Ewropa bħalissa huwa 6 %, żieda ta' 45 % minn Lulju 2009.

Is-sehem tas-suq medju ta' operaturi tat-telekomunikazzjoni storiċi fl-UE naqas ftit għal madwar 44 % (l-ogħla 76 % f'Ċipru, 68 % fil-Finlandja, u 66 % fil-Lussemburgu; u b'rata l-aktar baxxa ta' 28 % fir-Rumanija u r-Renju Unit, u 32 % fil-Bulgarija). Madankollu, id-dominazzjoni storika ta' swieq tal-broadband (inkluż il-bejgħ mill-ġdid ta' linji bl-ingrossa) strutturalment qed tonqos għall-benefiċċju ta' kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura (bażikament permezz ta' ftuħ tal-infrastrutturi lokali tas-servizz (local loop unbundling) li jippermetti aċċess għan-netwerk minn partijiet terzi). Il-ftuħ komplet tal-infrastrutturi lokali u aċċess maqsum jirrapreżentaw 74.8 % tal-operatur alternattivi Digital Subscriber Lines (DSL), 'il fuq minn 71.4 % sena ilu. Żieda fl-għadd ta' ftuħ tal-infrastrutturi lokali tas-servizz, għalkemm b'rata aktar baxxa mis-sena l-oħra, isseħħ b'detriment ta' bejgħ mill-ġdid, tip ta' aċċess b'investiment baxx għal dawk li jidħlu ġodda, li naqas minn 10.6 % għal 8.9 % ta' linji DSL mill-2009. Dawk ġodda fis-swieq tat-telekomunikazzjoni jidhru li investew progressivament u dan għen biex inħoloq suq tal-broadband iżjed kompetittiv.

Il-pakkett tal-broadband ippreżentat f'Settembru 2010 jiġbor fih Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar aċċess regolat għal netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) li jassigura bilanċ adegwat bejn il-bżonn tal-ixprunar tal-investiment u l-bżonn li tiġi mħarsa l-kompetizzjoni (ara MEMO/10/424), proposta għal Deċiżjoni biex jiġi stabbilit Programm ta' Politika dwar l-Ispettru tar-Radju li jiżgura, fost oħrajn li l-ispettru huwa disponibbli għal wireless broadband (ara MEMO/10/425) u Komunikazzjoni dwar l-ixprunar tal-investiment (ara MEMO/10/427).

Ir-rapport jinsab hawn.

Anness

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website