Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/156

Brussell, il-11 ta’ Frar 2010.

Il-Kummissjoni tippjana €90 miljun oħra għall-isforz tal-għajnuna umanitarja f'Ħaiti

Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tipproponi li tiġbed fondi mir-riżerva ta' emerġenza tal-baġit tal-UE sabiex tiffinanzja pakkett sostanzjali ulterjuri ta' għajnuna umanitarja f'Ħaiti. F'deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni b'valur ta' €90 miljun, l-enfażi se tkun fuq kontribut sinifikati għall-ħtieġa immensa u urġenti għall-kenn għall-Ħaitjani li d-djar tagħhom iġġarfu jew ġarrbu ħsarat fit-terremot, kif ukoll għall-appoġġ tad-distribuzzjoni tal-ikel u l-għoti ta' kura tas-saħħa tant meħtieġa.

"Irridu nevitaw akkost ta' kollox mewġa oħra fid-diżastru umanitarju ta' Ħaiti. Billi riesaq l-istaġun tax-xita u tal-uragani, hija prijorità ewlenija li n-nies jingħataw saqaf fuq rashom " qalet Kristalina Georgieva, il-Kummissarju Ewropew il-ġdid responabbli mill-kooperazzjoni internazzjonali, l-għajnuna umanitarja u r-reazzjoni għall-kriżijiet. "U s-saqaf għandu jkun wieħed li jiflaħ għat-tempesti tal-Karibew. L-esperjenza tal-2008, meta l-pajjiż ġie bbumbardjat minn erba' tempesti tropikali waħda wara l-oħra, għadha frisks f'moħħna. Bil-ħruġ ta' €90 miljun oħra, il-Kummissjoni Ewropea qed turi li hija ddeterminata tappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet Ħaitjani fl-organizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja għal nieshom."

Il-finanzjament mir-riżerva ta' emerġenza għandu jiġi approvat mill-awtorità baġitarja tal-Unjoni Ewropea (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill).

Minbarra mill-appoġġ għal attivitajiet ta' kenn, id-deċiżjoni tista' tintuża biex tilqa' għal ħtiġijiet urġenti kontinwi f'oqsma oħra bħall-ikel, is-saħħa u l-ilma/is-sistema tad-dranaġġ.

Dan il-finazjament ġdid se jtella' r-rispons kumplessiv tal-UE f'Ħaiti għal €609 miljun, li minnhom €309 miljun huma għajnuna umanitarja (€120 miljun mill-Kummissjoni u €189 miljun mill-Istati Membri). It-€300 miljun li jifdal huma għal riabilitazzjoni u rikostruzzjoni urġenti. Flimkien mal-missjoni militari tal-UE li se tibda dalwaqt bil-għan li tipprovdi l-kenn, dan il-finanzjament se jkompli jikkontribwixxi għat-taffija tat-tbatija tal-poplu ta' Ħaiti.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website