Navigation path

Left navigation

Additional tools

l-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja

European Commission - IP/10/1543   23/11/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1543

Brussell, it-23 ta’ Novembru 2010

l-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja

Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni biex twaqqaf il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja, kif previst mit-Trattat ta' Lisbona. Din il-ktiba ta' politika teżamina l-volontarjat fl-Ewropa, tiddeskrivi l-ħtiġijiet ta' tali Korp ta' volontarjat, u tagħti fid-dettall il-kundizzjonijiet biex il-Korp jagħmel kontribuzzjoni pożittiva għall-operazzjonijiet umanitarji tal-Ewropa.

"Il-Korp ser jippermetti lill-Ewropej jesprimu l-impenn tagħhom lejn is-solidarjetà tagħna, u jaħdmu flimkien bħala ċittadini tal-UE. Billi ngħinu lin-nies affettwati minn diżastri, għandna l-opportunità li nikkontribwixxu għal soċjetà Ewropea b'iktar koeżjoni," stqarret Kristina Georgieva, il-Kummissarju għall-Koperazzjoni Internazzjonali, Għajnuna Umanitarja u Rispons f'każ ta' Kriżi.

Il-Korp Volontarju Ewropew ser iżid valur mal-iskemi volontarji eżistenti permezz ta' selezzjoni, taħriġ u skjerament ta' volontarji.

Huwa ser ikollu sinerġiji b'saħħithom mal-organizzazzjonijiet u strutturi volontarji eżistenti. Sabiex ikunu evitati d-duplikazzjoni u d-devjazzjoni tal-fondi, il-Korp ser ikun immexxi mid-domanda u bbażat fuq il-ħtiġijiet, u ser jappoġġa il-kapaċitajiet lokali.

Il-Kummissjoni diġà bdiet konsultazzjonijiet mal-partijiet involuti. Konsultazzjoni miftuħa ser tkun formalment varata sal-aħħar ta' din is-sena.

Il-Kummissjjoni ser tkompli tanalizza l-opportunitajiet u l-forom possibbli ta' koperazzjoni mal-atturi relevanti. Ser tagħmel ukoll valutazzjoni tal-impatt tal-kost-effettività u l-impatt soċjali tal-oqsma li fihom jista jieħu azzjoni l-korp.

Fl-2011, is-sena Ewropea tal-volontarjat, xi wħud mill-ideat identifikati sa issa ser ikunu ttestjati permezz ta' azzjonijiet pilota. Proposta leġislattiva hija maħsuba għas-sena ta' wara.

Għal iktar informazzjoni dwar l-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea

http://ec.europa.eu/echo/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website