Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tagħmel l-aħħar appell lil 14-il Stat Membru biex jattivaw in-numru telefoniku dirett 116 000 għar-rappurtar ta’ tfal neqsin

European Commission - IP/10/1513   17/11/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1513

Brussell, 17 ta’ Novembru 2010

Il-Kummissjoni Ewropea tagħmel l-aħħar appell lil 14-il Stat Membru biex jattivaw in-numru telefoniku dirett 116 000 għar-rappurtar ta’ tfal neqsin

Illum il-Kummissjoni Ewropea għamlet l-aħħar appell lil 14-il Stat Membru biex jattivaw mill-iktar fis possibbli n-numru telefoniku dirett 116 000, li huwa komuni għall-Ewropa kollha, għar-rappurtar ta' tfal neqsin. In-numru telefoniku dirett jipprovdi numru uniku għal tfal neqsin u għall-ġenituri tagħhom biex jitolbu l-għajnuna minn kullimkien fl-UE. L-eżistenza ta’ numru uniku se jgħin lit-tfal u lill-ġenituri li jinsabu f’diffikultà biex jiksbu l-għajnuna meta jkunu 'l bogħod minn darhom, pereżempju waqt btala tal-familja. F’rapport adottat illum, il-Kummissjoni tieħu konjizzjoni tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri, tipproponi rekwiżiti ta’ kwalità minimi u komuni għas-servizz fl-UE kollha u tagħti lill-Istati Membri l-aħħar ċans biex jattivaw dan in-numru telefoniku dirett qabel tikkunsidra tieħu miżuri leġislattivi.

“L-għajbien ta’ tifel jew tifla dejjem hija traġedja u f’ċerti każijiet ħajjithom tista' tkun f'riskju. In-numru 116 000 joffri għajnuna, appoġġ u jista jsalva l-ħajja ta tfal neqsin u tal-ġenituri tagħhom,” qalet il-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza. "Kull tifel u tifla u kull ġenitur għandu jżomm f’moħħu numru wieħed biss minflok 27 numru nazzjonali. Iċ-ċittadini għandhom jeżiġu li t-talbiet tagħhom jiġu trattati bl-istess mod, indipendentement minn minn fejn fl-Ewropa qed issir is-sejħa lin-numru 116. Nappella lill-Istati Membri biex jagħmlu kull sforz biex jimplimentaw dan in-numru telefoniku b'ħeffa biex is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal titpoġġa fuq quddiem."

Il-Viċi President Neelie Kroes, il-Kummissarju għall-Aġenda Diġitali, żiedet “L-għajbien ta tifel jew tifla hija esperjenza trawmatika aħna għandna d-dmir li nipprovdu l-iktar mezzi sempliċi u effettivi biex ngħinu lill-ġenituri u lit-tfal fsitwazzjoni bħal din. Din hija r-raġuni għall-eżistenza tan-numru telefoniku dirett 116 000: numru telefoniku qasir li tista' ċċemplu, indipendentement minn f’liema pajjiż Ewropew tinsab fil-mument. Għalhekk, l-Istati Membri li għadhom ma attivawx dan in-numru jridu jorganizzaw rwieħhom biex in-numru telefoniku dirett 116 000 ikun operattiv madwar l-UE kollha.”

Fl-2007, l-UE diġà stabbilixxiet regoli (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE) biex tiżgura li, f'kull parti tal-Ewropa, in-numru 116 000 jinżamm għal linji biex jiġu rrappurtati tfal neqsin u biex tingħata direzzjoni u appoġġ lil qrabathom. Bl-adozzjoni tar-regoli l-ġodda tal-UE dwar it-telekomunikazzjonijiet f'Novembru 2009, l-Istati Membri tal-UE huma obbligati li jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw li n-numru telefoniku dirett 116 000 jiġi attivat sa mhux iktar tard mill-25 ta' Mejju 2011 (MEMO/09/491, IP/09/1812). Illum, in-numru telefoniku 116 000 huwa kompletament attivat fi 12-il Stat Membru biss (l-ewwel pajjiż li attiva dan in-numru kien il-Portugall fl-2007) u għad irid jiġi attivat kompletament fl-Awstrija, fil-Bulgarija, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fl-Islovenja u fl-Isvezja. Bħalissa, fir-Renju Unit dan in-numru qed jopera b’mod parzjali.

Ir-rapport ta’ llum huwa l-aħħar appell tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex jimplimentaw, bi prijorità, in-numru telefoniku dirett għar-rappurtar ta' tfal neqsin. Huwa jidentifika wkoll l-ostakli fl-implimentazzjoni tan-numru telefoniku u jipprovdi soluzzjonijiet prattiċi għall-Gvernijiet li għadhom ma attivawx dan in-numru telefoniku.

Il-Kummissjoni identifikat żewġ ostakli prinċipali għall-implimentazzjoni sħiħa, li huma n-nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lill-pubbliku u lill-operaturi dwar l-eżistenza tan-numru telefoniku dirett, u l-ispejjeż – kemm tat-tħaddim u kif ukoll tas-sejħiet lejn in-numru 116 000. Sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi, il-Kummissjoni tidentifika eżempji ta’ prattika tajba mill-esperjenza ta’ dawk il-pajjiżi fejn in-numru telefoniku huwa attiv. Xi eżempji jinkludu:

  • Għoti ta’ servizz b’lingwi differenti: fir-Rumanija, is-servizz huwa disponibbli wkoll bil-Franċiż, bl-Ingliż u bl-Ispanjol. Fil-Greċja s-servizz huwa disponibbli wkoll bl-Ingliż.

  • Fl-Ungerija, fi Spanja u fir-Rumanija jiġi organizzat taħriġ bmiri partikolari għall-operaturi membri tal-persunal li ġeneralment ikunu assistenti soċjali u psikologi. L-operaturi tan-numru telefoniku jirċievu taħriġ dwar ir-regoli proċedurali u l-mod ta’ kif għandhom jirrispondu s-sejħiet, billi jimmaniġġjaw l-emozzjonijiet ta’ min ikun ċempel, bħar-rabja jew il-paniku.

  • Ftehimiet ta koperazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizz u l-awtoritajiet nazzjonali għall-infurzar u/jew l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jżidu l-effiċjenza tal-immaniġġjar tal-każijiet. Ftehimiet bħal dawn jeżistu fil-Belġju, fi Spanja, fi Franza, fil-Portugall u fir-Rumanija.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li jintużaw l-aħjar prattiki biex jiġu żviluppati sett ta’ standards minimi komuni li jiggarantixxu servizz ta’ kwalità għolja fl-UE kollha, biex il-ġenituri u t-tfal ikunu jistgħu jserħu moħħhom li se jirċievu l-istess assitenza, ikunu fejn ikunu.

Kull sena l-Kummissjoni se torganizza laqgħat ta’ livell għoli mal-partijiet interessati sakemm in-numru telefoniku jkun operattiv fis-27 pajjiż tal-UE. Il-laqgħat se jqajmu kuxjenza, jippermettu li jsir skambju tal-aħjar prattiki u jidentifikaw għodod prattiċi biex ikun żgurat li n-numru telefoniku jkun operattiv u joffri servizz ta’ kwalità għolja. Dawn il-laqgħat se jsiru madwar il-25 ta’ Mejju ta’ kull sena biex jimmarkaw il-Jum Internazzjonali tat-Tfal Neqsin u biex jesprimu solidarjetà mat-tfal neqsin u ma’ qrabathom.

Sfond

Fil-15 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li titlob li l-Pajjiżi Membri jżommu n-numru 116 000 disponibbli f'kull parti tal-UE għal linji ddedikati għat-tfal (IP/07/188). Il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri għal bosta drabi biex dan in-numru jkun operattiv mill-iktar fis possibbli (IP/08/1129).

Taħt ir-regoli riveduti tat-telekomunikazzjoni, li dwarhom kien hemm qbil fl-2009 (ara MEMO/09/513), u b'mod partikolari l-Artikolu 27a tad-Direttiva Servizz Universali (Direttiva 2009/136/KE), l-Istati Membri huma obbligati li, mhux iktar tard mill-25 ta' Mejju 2011, “jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal servizz li jħaddem numru telefoniku dirett għar-rappurtar ta' każijiet ta' tfal neqsin. Is-servizz telefoniku dirett għandu jkun disoponibbli fuq in-numru 116 000.” L-istess Direttiva teħtieġ ukoll li l-Istati Membri "jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu infurmati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu ta' servizzi disponibbli taħt il-firxa ta' numri 116, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi speċifikament maħsuba għal persuni li jivjaġġaw bejn l-Istati Membri."

Għal iktar informazzjoni

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni:

http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm

Tfal Neqsin fl-Ewropa:

http://www.missingchildreneurope.eu/

Il-paġna fuq l-internet ta' Viviane Reding, Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm

Il-paġna fuq l-internet ta' Neelie Kroes, Viċi-President u Kummissarju għall-Aġenda Diġitali:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/kroes/index_en.htm

ANNESS

State of implementation for 116000

Member State

116000

116000

116000

Assigned

Operational

Assigned to or operated by

Austria

 

 

Belgium

X

May
2009

Child FOCUS

Bulgaria

 

 

Cyprus

 

 

Czech Republic

 

 

Denmark

X

February 2009

TDC (Thora Center)

Estonia

 

 

Finland

 

 

France

X

May
2009

INA VEM Fédération nationale d'aide aux victimes

Germany

 

 

Greece

X

October 2008

The Smile of the Child

Hungary

X

June
2008

Kék Vonal

Ireland

 

 

Italy

X

May
2009

Telefono Azzuro

Latvia

 

 

Lithuania

 

 

Luxembourg

 

 

Malta

X

 

Malta Police Force

Netherlands

X

September 2008

Stichting de Ombudsman (Centrum Internationale Kinderontvoering)

Poland

X

March
2009

Telekomunikacja Polska S.A. / ITAKA – Centre for Missing People

Portugal

X

September 2007

Instituto de Apoio à Criança

Romania

X

May
2009

Rometelecom (Romanian Center for Missing and Sexually Exploited Children)

Slovakia

X

May
2009

Orange SK (Slovak Board of UNICEF)

Slovenia

 

 

Spain

X

September 2010

Fundación ANAR

Sweden

 

 

United Kingdom

X

July 20101

Charity Missing People

1 :

Partially operational


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website