Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-UE; l-awdituri jsibu anqas żbalji fil-pagamenti

Commission Européenne - IP/10/1480   09/11/2010

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1480

Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-UE; l-awdituri jsibu anqas żbalji fil-pagamenti

Għat-tielet sena konsekuttiva l-kontijiet annwali tal-UE ġew approvati mill-awdituri esterni. Fir-rigward tal-pagamenti, l-evalwazzjoni globali tjiebet viżibbilment, fejn irriżulta tnaqqis sinifikanti fl-iżbalji fl-għajnuna mogħtija lir-reġjuni tal-UE.

Algirdas Šemeta, il-Kummissarju għat-Tassazzjoni, id-Dwana, l-Awditjar u l-Ġlieda kontra l-Frodi, qal: "Fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti, iċ-ċittadini jeħtieġu riassigurazzjoni partikolari li l-fondi tal-UE qed jiġu mmaniġġjati b'mod effiċjenti u jintefqu b'mod effettiv. Din hija prijorità għolja għall-Kummissjoni. Nistgħu nikkuntentaw ruħna bit-titjib li sar fis-sistema tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE, li llum qed jiġi rikonoxxut mill-Qorti tal-Awdituri. Iżda dejjem hemm iżjed x'jista' jsir, u l-Kummissjoni se tkompli l-isforzi intensi tagħha biex tiżgura li jkun hemm rendikont xieraq għall-fondi tal-UE u li dawn jintefqu sew."

Waqgħa fir-rati tal-iżbalji

Il-verdett jagħti riassigurazzjoni. Il-kontijiet instabu li kienu 'veri' u ġusti', li jfisser li ġew approvati. Fir-rigward tal-pagamenti, il-Kummissjoni għall-ewwel darba rnexxielha tniżżel ir-rata globali tal-iżbalji tan-nefqa tal-UE għal anqas minn 5 %. Dan ifisser li tal-anqas 95 % tal-pagamenti totali li saru fl-2009 kienu korretti.

Il-Kummissjoni tilqa' r-rikonoxximent tal-Qorti tal-Awdituri tal-progress viżibbli li sar fil-qasam tan-nefqa ta' koeżjoni (jiġifieri l-għajnuna għar-reġjuni tal-UE u biex jitjiebu l-impjiegi), u se tagħmel aktar sforzi biex tikkonsolida t-titjib li sar.

Fl-agrikoltura, is-sitwazzjoni kienet stabbli fis-snin riċenti, fejn il-livell tal-iżball kien dejjem madwar il-livell limitu ta' approvazzjoni ta' 2 %. Huwa riżultat tajjeb ħafna meta wieħed iqis il-kumplessità u l-ambitu tas-sussidji tal-impriżi agrikoli, li jitħallsu direttament lil miljuni ta' bdiewa madwar l-Ewropa.

Protezzjoni aħjar tal-baġit tal-UE

Il-valur tal-fondi li nġiebu lura minn proġetti fejn instabu l-iżbalji, jew mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, kompla jikber – sinjal tad-determinazzjoni tal-Kummissjoni biex tipproteġi l-baġit tal-UE fi żminijiet ta' awsterità finanzjarja. L-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati jew deċiżi fl-2009 telgħu għal EUR 3.3 biljun, meta mqabbel ma' EUR 2.9 biljun fl-2008. Il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu ir-rapportar tagħhom dwar l-irkupri nazzjonali li jkunu saru.

Miżuri preventivi

Min-naħa preventiva, il-Kummissjoni qed iżżid l-isforzi biex tissimplifika, fejn possibbli, ir-regoli finanzjarji tagħha, miżura ssuġġerita mill-awdituri. Din is-sena tfasslet proposta ġdida li tistabbilixxi proċeduri aktar sempliċi għall-għotjiiet u l-kuntratti tal-UE u din issa tinsab il-Parlament Ewropew.

It-trasparenza fil-pagamenti hija mod ieħor kif titjieb il-kwalità tan-nefqa tal-UE. Il-bażi tad-dejta elettronika tal-Kummissjoni fuq http://ec.europa.eu/beneficiaries/fts/index_en.htm issa tipprovdi dettalji dwar aktar minn 114-il elf għotja u kuntratt li ngħataw direttament mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll ħoloq għal siti nazzjonali li jipprovdu d-dettalji tal-benefiċjarji tas-sussidji tal-impriżi agrikoli u tal-għotji tal-għajnuna reġjonali.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site