Navigation path

Left navigation

Additional tools

Avveniment mhux ta' min jitilfu: Ejjew u pparteċipaw fil-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp fis-6 u s-7 ta' Diċembru fi Brussell

European Commission - IP/10/1461   03/11/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1461

Brussell, I-3 ta’ Novembru 2010

Avveniment mhux ta' min jitilfu: Ejjew u pparteċipaw fil-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp fis-6 u s-7 ta' Diċembru fi Brussell

Fis-6 u fis-7 ta' Diċembru, il-Kummissjoni Ewropea se torganizza l-ħames edizzjoni tal-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp (JEI) fi Brussell, b'kooperazzjoni mal-Presidenza Belġjana tal-Unjoni Ewropea. Il-President José Manuel Barroso se jagħmel diskors prinċipali fil-ftuħ ta' dan il-forum importanti ta' diskussjoni politika li jgħaqqad flimkien Kapijiet ta' Stat u Gvern li qegħdin iservu bħalissa, u kif ukoll dawk preċedenti, mill-Ewropa, l-Afrika u l-bqija tad-dinja; Rappreżentanti ta' livell għoli ta' gvernijiet, organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll persuni involuti fl-iżvilupp, NGOs, midja u soċjetà ċivili. Organizzati ftit jiem wara s-Summit bejn l-Afrika u l-UE fi Tripli, b'mod parallel mal-Konferenza dwar il-Bidla fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti f'Cancún, il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp jipprovdu interkonnessjoni f'waqtha u mmirata għall-partijiet interessati u l-gvernijiet biex jindirizzaw l-isfidi globali f'atmosfera miftuħa u ħafna drabi informali. Sabiex tipparteċipa fil-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp, jekk jogħġbok irreġistra f'http://register.eudevdays.eu/.

"Il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp" huma avveniment fundamentali fil-kalendarju Ewropew tal-Iżvilupp kif ukoll pjattaforma ewlenija tal-Ewropa għad-djalogu u l-iskambju dwar kwistjonijiet ta' żvilupp", qal Andris Piebalgs il-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp. "Huma jipprovdu opportunità unika għall-atturi involuti fl-iżvilupp biex jiddiskutu u jaqsmu l-ideat; Huma jipprovdu wkoll mezz għall-pubbliku biex jiskopru l-mużika, l-arti, u l-films tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. L-edizzjoni ta' din is-sena tal-Jiem Ewropew tal-Iżvilupp qed issir f'mument kruċjali meta l-politika tal-iżvilupp qed tevolvi bħala reazzjoni għall-organizzazzjoni istituzzjonali l-ġdida tal-UE u l-kuntest globali attwali. ”

JEI 2010: Il-programm attwali

Taħt it-tmexxija tal-President José Manuel Barroso u l-Kummissarju għall-Iżvilupp Andris Piebalgs, l-edizzjoni tal-2010 tal-JEI se jkollha 15-il Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli, żewġ diskorsi prinċipali u 30 seminar dwar suġġetti sensittivi bħal pereżempju r-rwol tal-iżvilupp fl-organizzazzjoni istituzzjonali kif preskritt fit-Trattat ta' Lisbona, il-governanza, ir-riflessjoni dwar il-futur tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-aċċess għall-enerġija, il-"Politika tas-Saħħa Globali", il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, l-appoġġ lis-settur privat, l-effikaċja tal-għajnuna, id-drittijiet tal-bniedem, eċċ. Il-JEI se jkunu akkumpanjati minn diversi avvenimenti iżgħar, u t-tnedija ta' Premijiet u rapporti. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni Lorenzo Natali għall-Ġurnaliżmu ta' din is-sena li se ssir fil-Kunsill Lokali ta' Brussell, kif ukoll iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tar-rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-Mużika Kontra l-Faqar huma mumenti prinċipali fost dawn l-avvenimenti. (Għal-lista tal-avvenimenti, ara l-link għall-abbozz tal-programm tal-JEI hawn taħt).

S'issa, il-lista tal-parteċipanti kkonfermati tinkludi – apparti r-rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-UE: Il-Presidenti attwali tal-Benin, Burkina Faso, ir-Rwanda, il-Mali, it-Tanzanija u l-Malawi (li attwalment għandha l-presidenza tal-Unjoni Afrikana), il-Prim Ministri taż-Żimbabwe u l-Awtorità Palestinjana, il-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek, Jean Ping (Il-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana), l-Eks President ta' Franza, Jacques Chirac, akkademiċi rikonoxxuti bħal preżempju l-Prof. Paolo Buss, il-Prof. Paul Collier, Dr. Armando De Negri u Dr. Rajendra Pachauri u rappreżentanti minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħal pereżempju Filippo Grandi (UNRWA), Dr.Ibn Chambas (Segretarju Ġenerali tal-AKP), u Cheick Sidi Diarra (Rappreżentant Għoli għan-Nazzjonijiet Uniti għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati). Ir-rappreżentanti tal-fondazzjonijiet Nike u Bill u Melinda Gates ikkonfermaw ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom.

Ir-reġistrazzjonijiet huma miftuħa!

Kull midja li hija interessata li tattendi l-Jiem Ewropew tal-Iżvilupp trid tirreġistra onlajn issa f': http://register.eudevdays.eu/.

Barra minn hekk, sabiex kulħadd ikollu l-possibbiltà li jsegwi l-avvenimenti u d-diskussjonijiet, din is-sena l-websajt tal-JEI - www.eudevdays.eu – se tipprovdi riżorsi komprensivi bbażati fuq l-internet. Trażmissjoni diretta onlajn, sommarji awdjoviżivi ta' kuljum, servizz ta' kwotazzjonijiet, aċċess għall-persunal tal-Kamera u għat-tagħmir tat-TV u r-Radju u diversi faċilitajiet oħra se jkunu disponibbli biex jiffaċilitaw ix-xogħol tal-ġurnalisti u r-rappreżentanti tal-midja. Lista sħiħa tas-servizzi pprovduti hija disponibbli fil-"Gwida għall-Midja" (ara l-link hawn taħt).

Sfond:

Il-Jiem Ewropew tal-Iżvilupp tniedu fl-2006 bħala mezz għall-effettività tal-għajnuna u opportunità biex jissaħħaħ il-Kunsens Ewropew dwar il-kooperazzjoni għall-Iżvilupp. L-erba' edizzjonijiet preċedenti kellhom 31 Kap tal-Istat, 44 Kap tal-Gvernijiet jew ministri u 6 rebbieħa tal-Premju Nobel. L-aħħar edizzjoni tal-2009 fi Stokkolma kellha total ta' 6000 parteċipanti.

Links Siewja:

Il-Gwida tal-JEI għall-midja:

http://eudevdays.eu/download/EDD_2010_media-guide.pdf

L-abbozz tal-programm tal-JEI

http://eudevdays.eu/download/EDD_2010_Full_Draft_Programme.pdf

Il-websajt tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/piebalgs/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website