Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/1450

Brussell, id-29 ta' Ottubru 2010

Linji gwida għar-rikonċijlazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ mal-politika dwar il-bijodiversità

Filwaqt li b'mod ġenerali l-enerġija mir-riħ ma tirrappreżentax theddida għall-ħajja selvaġġa, farms għall-enerġija mir-riħ li huma mhumiex ikkonċepiti b'mod xieraq jew li jinsabu f'postiijiet ħżiena jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq speċijiet u ħabitati vulnerabbli. Minħabba dan, il-Kummissjoni Ewropea llum ppubblikat linji gwida għall-iżvlupp tal-enerġija mir-riħ f'żoni naturali protetti. Il-linji gwida japplikaw għan-netwerk tan-Natura 2000, aspett ewlieni tal-politika tal-UE dwar il-bijodiversità u għodda ewlenija għall-ksib tal-mira tal-UE li sal-2020 it-telf tal-bijodiversità jieqaf u jitreġġa' lura. L-enerġija mir-riħ għandha rwol importanti għall-ilħiq tal-mira tal-UE li sal-2020 20 % tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE jkun ġej mill-enerġija rinnovabbli, u l-implimentazzjoni tagħha fiż-żoni tan-Natura 2000 mhijiex awtomatikament eskluża. Iżda żviluppi bħal dawn jeħtieġ li jkunu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.

Janez Potočnik, il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent qal: “Dawn il-linji gwida ġodda se jipprovdi lill-Istati Membri u lill-industrija b'ċarezza dwar it-twettiq ta' attivitajiet għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ f'konformità mar-rekwiiżiti tan-Natura 2000. M'hu se jkun hemm l-ebda bidla fil-leġiżlazzjoni jew fil-politika, iżda biss gwida dwar il-liġi eżistenti. L-għan tagħna huwa li niżguraw li jintlaħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli filwaqt li tiġi mħarsa l-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet.

L-ippjanar strateġiku huwa kruċjali

Il-linji gwida ppubblikati llum għandhom il-mira li jiġi evitat kunflitt bejn l-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ u l-konservazzjoni tal-bijodiversità fiż-żoni mħarsa tan-Natura 2000. Jissottolinjaw l-importanza tal-ippjanar strateġiku u l-bżonn ta' valutazzjoni xierqa u ta' kwalità tajba tal-iżviluppi ġodda. Il-linji gwida fihom eżempji tal-aħjar prassi, u juru kif l-iżviluppi tal-enerġija mir-riħ jistgħu jevitaw il-ħsara liż-żoni sensittivi tan-natura.

L-ippjanar tal-iżviluppi tal-farms għall-enerġija mir-riħ fuq firxa ġeografika wiesgħa huwa wieħed mill-mezzi l-aktar effettivi għall-minimizzazzjoni tal-impatti tal-farms għall-enerġija mir-riħ fuq in-natura u l-ħajja selvaġġa mill-bidu tal-proċess tal-ippjanar. Dan mhux biss iwassal għal qafas ta' żvilupp aktar integrat iżda għandu wkoll inaqqas ir-riskju ta' diffikultajiet u dewmien fi stadji aktar tard fil-livell ta' proġetti individwali.

Sfond

L-Ewropa waqqfet għaliha nnfisha l-mira li sal-2020, tikseb 20 % tal- konsum tagħha tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli , u l-enerġija mir-riħ hija iddestinata li tagħti kontribut sinifikanti għall-ksib ta' dan il-għan. L-enerġija mir-riħ tgħin ukoll biex jitnaqqsu sostanzjalment l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, kif ukoll tnaqqas il-konsum tal-ilma ħelu assoċjat mal-ġenerazzjoni tal-enerġija konvenzjonali fl-UE. Matul dawn l-aħħar għaxar snin l-enerġija mir-riħ tkattret malajr, u fl-2009 kienet tikkostitwixxi madwar 4.8 % tat-total tal-konsum tal-elettriku tal-UE. Dan mistenni li sal-2020 jittripla.

Natura 2000 hija netwerk ekoloġiku madwar l-UE ta' kważi 26 000 sit fis-27 pajjiż tal-UE, stabbilit f'konformità mad-Direttiva dwar il-Ħabitats tal-1992 u jkopri kważi 18 % tal-medda tat-territorju tal-UE. L-għan tan-netwerk huwa li jassigura l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta' żoni b'valur għoli ta' bijodiversità u s-sopravivenza fit-tul tal-ispeċijiet u tal-ħabitati l-aktar prezzjużi u mhedda tal-Ewropa. Madankollu Natura 2000 mhijiex sistema ta' riżervi naturali esklussivi fejn huma esklużi l-attivitajiet kollha tal-bniedem. Filwaqt li n-netwerk ċertament se jinkludi riżervi naturali, il-biċċa l-kbira tal-art x'aktarx li tkompli tkun proprjetà privata u l-enfasi se tkun fuq l-iżgurar li l-ġestjoni tal-futur tkun sostenibbli, kemm ekoloġikament kif ukoll ekonomikament.

Għal iktar tagħrif

Gwida dwar l-enerġija mir-riħ u n-Natura 2000

http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/guidance_en.htm

In-natura tal-UE u l-Politika dwar il-bijodiversità

http://ec.europa.eu/environment/nature/index_en.htm

Il-Politika tal-UE dwar l-enerġija mir-riħ

http://ec.europa.eu/energy/renewables/wind_energy/wind_energy_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website